Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 31 SPORTSillum "Ma nistax nemmen li għadda dan iż-żmien kollu mill-ewwel logħba li lgħabt" – Dorianne Theuma FTIT tal-jiem ilu l-plejer femminili tal-futbol, Dorianne Theuma – bla dubju waħda mill-aqwa futbolers nisa li pproduċa l-futbol Malti fil- kategorija tan-nisa f 'kull żmien, laħqet ammont ferm sabiħ ta' 300 logħba fil-karriera tagħha. Hija għamlet din fir- rebħa kbira ta' 6-2 kontra Mġarr United fejn ukoll irnexxielha tiskorja żewġ gowls mill-isbaħ. Fil- karriera mill-aqwa tagħha hija lagħbet 210 logħba ma' Hibernians u 90 logħba ma' Mosta. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Dorianne Theuma nnifisha fejn tatna dawn il-kummenti: "Ma nistax nemmen li għadda dan iż-żmien kollu mill-ewwel logħba li lgħabt. Ninsab kuntenta ħafna li lħaqt dan it- tragward u nispera li nkompli nżid iktar. Nirringrazzja lill-plejers u lill-kowċis kollha li kelli l-opportunità li nilgħab magħhom matul dan iż- żmien kollu fejn bis-saħħa tagħhom irnexxieli nirbaħ ukoll ċerti unuri. Statistika – Dorianne Theuma Iddebuttat fil-kampjonat femminili Malti ma' Hibernians fl-istaġun 1997/98, fejn lagħbet sal- istagun 2007/08. Bejn l-istaġun 2008/09 u 2012/13 lagħbet ma' Mosta fejn reġgħet ingħaqdet ma' Hibernians fl-istaġun 2013/14. Ma' Hibernians lagħbet 209 logħba fejn skurjat 217 –il gowl b'medja ta' 1.04 kull logħba. Ma' Mosta lagħbet 90 logħba u skurjat 95 gowl b'medja ta' 1.06 kull logħba. Nhar it-Tlieta 20 ta' Jannar 2015 lagħbet it- 300 logħba tagħha kontra Mġarr United fejn niżlet isimha darbtejn fost l-iskorers fir-rebħa ta' 6-2. Mat-Tim Nazzjonali tan-Nisa, ddebbutat kontra r-Rumanija fl-10 ta' Awwissu tal-2003 fejn lagħbet 56 logħba u skurjat 15 –il gowl. Unuri li rebħet Dorianne Theuma matul il-karriera mill-aqwa tagħha: Kampjonat : 11 –il darba 1998/99 – 2005/06, 2007/08, 2010/11 u 2013/14 Knock-Out: 4 darbiet 2001/01, 2003/04, 2005/06 u 2011/12 Super Cup: 6 darbiet 2006/07, 2007/08, 2009/10, 2011/12-2013/14 Plejer tas-Sena: 6 darbiet 2002/03, 2008/09-2010/11, 2012/13 u 2013/14 Top Skorer: 6 darbiet 2001/02-2003/04, 2005/06, 2007/08-2008/09 F'dawn it-300 logħba apparti l-unuri hawn fuq imsemmija, Dorianne Theuma, irnexxielha wkoll tiskorja 14-il darba, 4 gowls f 'logħba waħda u 21 hat- trick. "Ninsab motivat ħafna biex nirritorna fil-futbol Malti, speċjalment ma' Pietà Hostpurs" – Ricardo Costa RICARDO Costa jinsab fl-ewwel jiem tiegħu tar-ritorn tiegħu ma' Pietà Hostpurs, wara li fl-aħħar staġun kien diġà jilgħab mal-Hotspurs. Huwa kellu jirritorna mat-tim immexxi minn Noel Coleiro matul is- sajf li għadda iżda baqa' f 'pajjiż twelidu - il-Brażil, minħabba raġunijiet familjari. Fil-karriera tiegħu, huwa lagħab għal Tarxien Rainbows bejn l-2010 u l-2012, fejn skorja tmien u disa' gowls rispettivament. Fl-istaġun ta' wara, huwa laghab ma' Deportivo Saprissa f 'Kosta Ruca. Hu rritorna f 'Malta fis-Sajf tal-2013 fejn ingħaqad ma' Pietà Hotspurs fil- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni. F'kuntatt li għamel dan il-ġurnal mal- istess plejer Brażiljan huwa saħaq li: "Ninsab motivat ħafna biex nirritorna fil-futbol Malti u speċjalment ma' Pietà Hostpurs – it-tim li miegħu kelli staġun mill- aqwa matul l-istaġun li għadda u fejn inħossni ġo dari. Napprezza l-isforz ta' Joe Sammut, Mario Mallia u tal-kowċ Noel Coleiro talli ġabuni lura mal-Hotspurs u nittama li jirnexxielna nagħmlu realtà l-għanijiet kollettivi tagħna fi tmiem dan l-istaġun, li primarjament huma dawk li jirnexxielna nsalvaw fil- Kampjonat BOV Premier. Għandna ħafna plejers ta' talent u qed inħares 'il quddiem biex permezz tal-esperjenza li għandi ngħin għas-suċċess tat- tim. Bdejt nittrenja bl-iktar mod intensiv biex inkun ippreparat għall-battalji li ġejjin!" Ricardo Costa determinat li jirritorna għas-suċċess ma' Pietà Hotspurs Atetico Madrid iridu lil Cavani Falcao se jkollu jistenna sa Mejju biex ikun jaf il-futur tiegħu mal-United KOLLOX qed jindika li Edinson Cavani iktar magħruf bħala El Matador se jkun qed iħalli lil Atletico Madrod matul is-sajf li ġej. Fost it- timijiet li qed jissemmew li jista' jingħaqad magħhom hemm Atetico Madrid hekk kif dawn jistgħu jitilfu lill-player internazzjonali Kroat Mario Mandzukic. Barra minn hekk, Atletico jistgħu jitilfu wkoll lil Arda Turan. PSG iħallsu lil Edinson Cavani xejn inqas minn 64 miljun Ewro u għalhekk biex jiffinanzjaw lil dan il-plejer, bilfors li l-Ispanjoli iridu jbigħu xi plejers mill-formazzjoni tagħhom. Qed jissemma' li Juventus ukoll huma interessati, iżda l-Ispanjoli mmexxija minn Diego Pablo Siemone li diġà għamel kuntatt personali mal-plejer, jidhru favoriti li jakkwistaw lill-attakkant prolifiku Urugwajan matul is-sajf li ġej. Atetico Madrid ġew imsaħħa b'mod sostanzjali meta ftit taż- żmien ilu l-biljunarju, Wang Jianlin, li għandu saħħa finanzjarja tremenda, xtara sehem tal-Ispanjoli. Possibiltà li Cavani jingħaqad ma' Atletico Madrid matul is-sajf li ġej ILPLEJER internazzjonali Kolumbjan ta' fama mondjali Radamel Falcao se jkollu jistenna sa Mejju li ġej biex ikun jaf il-futur tiegħu ma' Manchester United. Dan hekk kif l-amministrazzjoni tar-Red Devils trid tara jekk tagħmilx it-trasferiment ta' Falcao magħhom bħala wieħed permanenti, bil-manager Louis van Gaal determinat li ma jiħux deċiżjonijiet rigward dan qabel Mejju. L-attakkant sabha diffiċli biex jintegra ma' Manchester United u jsib il-forma mixtieqa minnu sa minn mindu ngħaqad mal-United b'self mingħand AS Monaco għas-somma ta' 16–il miljun Sterlina. Jekk United iridu jżommu lil Falcao magħhom huma jridu jħallsu s-somma ta' 43 miljun Sterlina, u għalhekk kollox jiddependi mill-plejer Kolumbjan biex juri xi jsarraf bil-flokk tat-tim minn Old Trafford meta fadal biss 11–il logħba għat-tmiem tal- kampjonat. Sa minn meta skorja l-ewwel gowl tiegħu mal- United kontra Everton f 'Ottubru li għadda, Falcao rnexxielu jiskorja biss erba' goals f '20 dehra għat-tim immexxi mill-Olandiż, Louis van Gaal. Dan kollu flimkien mal-wirjiet ferm fqar li Radamel Falcao dan l-aħħar mar-Red Devils qed jindika li tkun tabilħaqq sorpiża jekk Manchester United jiffirmawh għal kollox.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015