Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 33 SPORTSillum IDDIFENSUR internazzjonali Taljan ta' Torino Mateo Darmian jinsab fil-mira ta' Real Madrid. Huwa kellu Tazza tad-Dinja mill-aqwa mat- team nazzjonali Taljan matul is-sajf li għadda u kien wieħed mill-ftit affarijiet pożittivi li kkaratterizzaw lil dan it- tim nazzjonali fit-Tazza tad-Dinja diżastruża li kellhom fil-Brażil. Huwa wkoll qed jimpressjona bis-sħiħ ma' Torino li qed ikollhom staġun ferm tajjeb permezz ta' riżultati mill-aqwa fosthom ir-rebħa ta' 3-2 barra minn darhom kontra Athletic Bilbao fil-UEFA Europa League, li kienet l-ewwel darba li tim Taljan qatt kiseb rebħa barra minn daru kontra dan it- tim Bask. Il-Galacticos lesti li joffru s-somma ta' €15–il miljun biex jakkwisatw is-servizzi ta' dan il-plejer. Fattur li jista' jħaffef dan il-proċess huwa l-fatt li l-kowċ ta' Real Madrid li qed jissemma' li jista' jieħu post Manuel Pellegrini bħala kowċ ta' Manchester City, jaf sew lill-istess difensur. Dan minħabba l-fatt li kien propju hu li ta d-debutt lil Matteo Darmain fis-Serie A ma' AC Milan fil-konfront li r-Rossoneri lagħbu ġewwa darhom fis-San Siro fid-19 ta' Mejju tal-2007. Real Madrid huma l-aktar favoriti li jakkwistaw lil dan il-plejer, madankollu fl-isfera internazzjonali hemm PSG u Chelsea interessati fih waqt li fl-Italja hemm Napoli u Roma interessati li jakkwistaw lil dan id- difensur. Darmian l-mira ta' Real Madrid Matteo Darmian jattira l-interess tal-ġganti Spanjoli, Real Madrid ITTIM minn Merseyside fl-Ingilterra, Everton, lesti li joffru s-somma ta' €20 miljun għall-plejer internazzjonali Kroat, Mateo Kovacic. Kien ilu jissemma' li dan il-plejer flimkien ma' Mauro Icardi setgħu iħallu lill-Inter. Madankollu Icardi jinsab pass 'il bogħod milli jiffirma kuntratt ġdid ma' Inter li jwasslu sal-2019. Dan hekk kif id-direttur sportiv ta' Inter Piero Ausilio li ħa post Marco Branca madwar sena ilu f 'din il-kariga saħaq li lanqas jekk team joffri s-somma ta' 40 miljun Ewro biex jakkwista lil dan il-plejer ma jħallih jitlaq. Fattur li jista' jamplifika t-tluq ta' Kovacic minn ma' Inter huwa l-fatt li Inter jaf jaffrontaw problemi finanzarji fi tmiem l-istaġun. Dan hekk kif huwa ferm improbabbli li Inter jirnexxielhom jagħmluha għat-tielet post tas-Serie A biex jiksbu kwalifikazzjoni awtomatika għall-UEFA Champions League. Barra minn hekk tidher xi ħaġa diffiċli wkoll li Inter jirnexxielhom jirbħu l-UEFA Europa League u b'hekk jirnexxielhom jiksbu post fil-UEFA Champions League. Dan huwa minħabba l–fatt li Inter telgħu f 'polza diffiċli kontra Wolfsburg li jinsabu jokkupaw it-tieni post tal- Bundesliga. Barra minn hekk anki jekk Inter jirnexxielhom jeliminaw lil Wolfsburg, hemm ċerti timijiet oħra li jafu joffru oppożizzjoni denja lit-team immexxi minn Roberto Mancini. Everton lesti li joffru 20 miljun Ewro għal Kovacic Kovacic jattira l-interess ta' Everton Eto'o jirċievi unur għall-ħidma tiegħu kontra r-razziżmu ILPLEJER mill-Cameroon u li ftit tal-jiem ilu skorja l-ewwel gowl tiegħu bil- flokk ta' Sampdoria rċieva unur speċjali għall-ħidma tiegħu li jagħmel kontra r-razziżmu. Huwa ġie ppreżentat bil-Medalja Ewropea tat- Tolleranza mill-President tal-Kunsill Ewropew fuq it- Tolleranza, Dr Moshe Kantor. Waqt diskors li għamel wara li rċieva dan l-unur Eto'o semma b'mod partikolari l-inċident li seħħ fuq tren matul ix-xahar li għadda f 'Pariġi fejn partitarji ta' Chelsea ma ħallewx partitarju ta' ġilda skura jitla' fuq it-tren magħhom. Huwa saħaq li l-filmat ta' sorveljanza ta' dan l-episodju kien tassew ixxukkjah u b'hekk saħaq li jixtieq li jkun hemm iktar kastigi ħorox għal min jagħmel atti razzjali kemm fil-ground kif ukoll barra minnu. Chelsea ssospendew ħames partitarji wara dan l-inċident f 'Pariġi iżda Eto'o, li għandu 34 sena, u li fl-istaġun 2013-14 kien jilgħab ma' Chelsea u għalhekk jaf sew l-ambjent fi Stamford Bridge, afferma dawn il-ħames partitarji bl- ebda mod ma jirrappreżentaw jew huma riflessivi tal- partitarji kollha ta' Chelsea. L-attakkant prolifiku ta' Sampdoria għadda minn esperjenzi ta' razziżmu lura fl-2006 meta kien jilgħab ma' Barcelona fi Spanja, fejn saħansitra kien wissa li kien se jħalli l-grawnd li kieku komplew jinstemgħu ħsejjes marbuta max-xaduni kull darba li huwa kien imiss il-ballun. Barra minn hekk, meta l-istess plejer kien jilgħab ma' Inter fl-Italja, ir-referee kien waqqaf il-logħba bejn in-Nerazzurri u Cagliari meta partitarji tat-team mill-kapitali ta' Sardinja kienu qed ikantaw kori razzisti. Eto'o għandu CV partikolari hekk kif huwa rebaħ xejn inqas minn tliet edizzjonijiet tal-UEFA Champions League, waqt li lagħab ukoll ma' Real Madrid, Anzi Makhachkala u Everton. Hekk kif huwa għandu esperjenza tal-ambjent kalċistiku fir-Russja wara li kien jilgħab ma' Anzhi huwa saħaq li ma jemminx li t-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir f 'dan il-pajjiż Ewropew se tkun milquta mir- razziżmu. Dan hekk kif huwa tenna li l-esperjenza tiegħu jilgħab fir-Russja kienet saħansitra l-isbaħ waħda tul il-karriera glorjuża tiegħu fil- football. Huwa kkonkluda li fforma impressjoni ferm tajba ta' dan il-pajjiż u tal-futbol fi ħdanu. Lewis Hamilton jiddomina u jikseb l-ewwel pole tal- istaġun fl-Awstralja IĊCHAMPION tad- dinja tal-Formula 1, Lewis Hamilton, iddomina u kiseb l-ewwel pole position tal-istaġun f 'Melbourne, fl- Awstralja. Huwa rebaħ it-tliet sessjonijiet ta' tttestjar ilbieraħ biex ta twissija lil sieħbu Nico Rosberg li fadallu x'jaqdef biex jilħaq il-potenzjal tiegħu. Niftakru li Hamilton kien rebaħ il-GP ta' Melbourne lura fl-2008. Rosberg illum se jkun qed jibda fit-tieni post iżda lbieraħ fil-pole temm iktar minn nofs sekonda distakk minn Hamilton. Tajjeb ngħidu li din kienet id-39 pole li kiseb Hamilton fil-karriera spettakolari tiegħu u r-raba' waħda li kiseb f 'Albert Park f 'Melbourne. Is-sena li għaddiet kien l-istess Hamilton li kiseb il-pole fl-istess ċirkwit madankollu kien Rosberg li ħareġ rebbieħ fil-GP. Wara l-Mercedes fil- gradwatorja, se jkun hemm Felipe Massa fuq Williams, Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen – it-tnejn fuq Ferrari u Valtteri Bottas fuq Williams. Iżda l-iktar ħaġa li serqet ix-xena f 'dan il-pole kien il-fatt li ż-żewġ sewwieqa tal-eks tim ta' Hamilton, McLaren, jiġifieri Jenson Button u Kevin Magnussen naqqsu milli jikkwalifikaw għat-tieni stadju tal- kwalifikazzjoni flimkien mas- sewwieq tas-Sauber, Marcus Ericsson. Lewis Hamilton fl-azzjoni waqt il-pole position f'Melbourne, fl-Awstralja