Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 Meta u fejn twelidt? Twelidt fl-isptar Blue Sisters f 'Awwissu tal-1969. Għalkemm ma staqsejtnix… tgħammidt nhar il-festa tal-Patruna, fil-Bażilika ta' Santa Liena. Kif bdejt tinteressa ruħek fil- futbol? Meta kelli madwar 16–il sena u bdejt noħrog mid-dar waħdi mill-ewwel bdejt insegwi lil Birkirkara sajf u xitwa, xemx u xita. Għal snin twal ma kontx nitlef logħba. Wara li żżewwiġt ġejt noqgħod is-Siġġiewi (ukoll ħomor u sofor) u bejn xogħol u familja, naqqast mill-grawnd. Qatt però, ma waqaft insegwi lit-tim tiegħi. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek bħala avukat u ma' dak ta' viċi president ta' Birkirkara? Mill-ewwel bdejtli bl-iebes! Meta ħajruni biex noħroġ għall-kumitat aċċertawni li bħala ħin kont se niddedika xi sagħtejn fil-ġimgħa. Din kienet l-ikbar gidba kalċistika li qatt blajt. Irrid ngħid però li Birkirkara għandna xorti li hawn nies li fil-kwiet u mingħajr daqq ta' trombi jagħmlu xogħol bla qies b'risq il-klabb tagħna u allura għal-logħba tal-futbol. Sigħat twal wara l-kwinti ta' volontarjat li ma jidhirx u qajla allura jiġi apprezzat, ħlief forsi minn dawk il-ftit li verament jaraw u jafu l-ħin u s-sagrifiċċji personali li jagħmlu dawn in-nies. Il-voluntiera li huma l-ossiġnu veru tal-futbol Malti. Minn hawn nissellef żewġ linji biex minn qalbi u f 'isem kull min iħobb il- futbol nirringrazzjahom. Ippermettili niddeskrivi dan l-istaġun ta' Birkirkara bħala wieħed diżappuntanti. Taqbel miegħi u x'taħseb li mar ħażin f 'dan l-istaġun għat-tim tagħkom? Ma naqbilx. Fl-aħħar tliet snin aħna konna fil-quċċata. Sentejn ilu rbaħna l-kampjonat. Is-sena li għaddiet tlifnih fl-aħħar logħba. Din is-sena qegħdin it-tieni u bħalissa ilna ma nitilfu logħba għal 13–il partita. Fi tliet partiti infila tlifna t-tliet punti fl-aħħar sekondi tal-logħba. Iktar milli ma konniex tajbin biżżejjed aħna, naħseb li kienu konsistenti għall-aħħar il-Hibernians. Batejna wkoll bl-injuries fejn infakkrek biss biss, li t-top scorer tagħna Liliu, li qabel il-Milied kien ras imb ras ma' Tarabai li llum jinsab waħdu fil-quċċata tal-klassifika tat-top scorers; weġġa' u nqala' barra għal erba' xhur. Infakkrek ukoll li fil-bidu tal-istaġun sfajna ltiema minn żewġ plejers importanti bħal Rowen Muscat u Joseph Zerafa fejn dawn marru jfittxu żvilupp tal-karriera barra minn xtutna u li ma stajniex frott is-sistema lokali nsibu sostituti tagħhom fil-pożizzjonijiet rispettivi kif ġieb u laħaq. Ir-ritorn tagħhom flimkien mal-akkwisti fit-transfer window ta' Jannar, fosthom Mazzetti u Macchi li daħħlu sew mal-kumplament tal-iskwadra sahhew it-tim mhux ftit. Kemm taħseb li hija tabilħaqq reali l-possibiltà li tisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat meta Hibernians għandhom vantaġġ sostanzjali fuqkom? Tmien punti, iebsa ħafna. Mhux impossibbli imma. Li nista' ngħid żgur li mhux se naqtgħu qalbna qatt. Nibqgħu mhux biss nonoraw l-iskeda tal-partiti imma nitqabbdu sal-aħħar. Jien għandi mhux biss mentalità rebbieħa, imma wkoll leali u ġellieda (fis-sens Ingliż tal-kelma fighting spirit). Leali lejn l-avversarji u lejn l-ispirtu tal-logħba imma ġellieda fis-sens li ma naqta' qalbi qatt u nemmen li fid-dinja wieħed irid jibqa' jiġġieled sal-aħħar imbgħad jiġri li jrid. Bħala fatt, illum it- tim komplut, qed jirritornaw il-plejers mill-injuries u hemm għaqda kbira fl- iskwadra. Maturazzjoni, professjonalità u motivazzjoni li jekk jibqgħu hekk nistgħu nsejħu fuqha f 'kull ħin u bżonn. Il-futbol Malti marid? Il-futbol huwa riflessjoni tas-soċjetà. Mhux il-futbol marid. Midneb il- bniedem li dejjem isib mezzi biex jisfrutta d-dgħajfin għall-gwadann personali. Dak li huwa sintomatiku fil- bniedem jiġi rifless fl-attivitajiet kollha li jagħmel u fl-oqsma kollha li jabita u jimmilita fihom. Bħal fil-politika, bħal fin-negozju. Bħal fil-ħajja. Il-livell tal-futbol Malti żdied jew naqas f 'dawn l-aħħar snin? Ma nippremettiex li għandi l-esperjenza teknika li nwieġeb din il-mistoqsija imma nista' nosserva allura nikkummenta u ngħid li bħala kompetizzjonijiet Ewropej kien hawn min hu daqsna bħala pajjiz u wasal ferm iktar 'il boghod milli wasalna t-timijiet Maltin. Għalissa. Taħseb li l-kampjonat Malti bil- format kif introdott minn din is- sena qed iħalli l-frott mixtieq? Hux qed iħalli l-frott jew le jista' jiġġudika kulħadd, għax bħalma jien involut fil-futbol jien ukoll spettatur bħalma hu kuħadd. F'dik li hija ġlieda għar-relegazzjoni żgur li hemm taqtiegħa li qatt ma niftakar li kienet daqstant mifruxa fuq numru ta' timijiet. Fil-ġlieda għall-Ewropa l-istess. Għar-rebħ tal-kampjonat l-istorja tisbieħ appena dawk fil-quċċata jfallu l-ewwel punti. Qatt ma nista' naqbel personalment però li l-punti li tim jikseb jinqasmu. Nemmen li dak mhux l-ispirtu sportiv. Kemm taħseb li hija kbira l-problema tal-korruzzjoni f 'pajjiżna? Jekk tqis biss biss, il-kliem li qal l-Integrity Officer tal-MFA fin- Newsletter 35 hija kbira ħafna. Mhux sorpriż però meta tqis ukoll li barra minn Malta fejn plejers igawdu salarji ferm ogħla u timijiet idaħħlu flejjes ferm iktar partikolarment minn drittijiet televiżivi xorta jaħkem dan il-fenomenu ikrah. Però jien mhux tip li noqgħod ninħela niżen kemm il-korruzzjoni hija kbira jew le. Minflok irridu lkoll ningħaqdu flimkien fi ġlieda qalila kontra tagħha. Klabbs, Federazzjoni, plejers, ufficjali, media u partitarji. Bis-serjetà. Mhux bil-paroli. Mhux bit-tgħajjir, mhux bl-ippuntar tas-swaba'. Imma billi kulħadd jibda minnu nnifsu u b'min huwa l-eqreb tiegħu u jara, jiżen, jiddeċiedi u jgħid x'jista' jagħmel hu. Imbagħad ixammar il-kmiem. Imidd għonqu u verament tibda l-battalja. Taħseb li huma ħafna l-plejers Maltin li jilgħabu l-flus fuq siti internazzjonali fuq logħbiet li fihom ikunu involuti huma stess f 'pajjiżna u li għalhekk imbagħad jippruvaw jinfluwenzaw ir-riżultat finali tal-logħba li jkunu involuti fiha? Spekulattiva għall-aħħar u informazzjoni ovvjament m'għandix. Żgur però li biex ikun hemm match fix bilfors li jkun hemm plejer jew plejers involuti. Tant hemm permutazzjonijiet li impossibbli tgħid eżatt. Imma anki jekk l-imħatra tkun biss kemm karti sofor se jingħataw f 'logħba pereżempju, u plejer jew iktar ikunu involuti, dak xorta jinfluwenza l-logħba għalkemm forsi mhux ir-riżultat. Ejjew allura nibdew indaħħlu minnufih miżuri anki hawn biex dan ma jibqax iseħħ. Fil-kuntratti tal-plejers, u jekk hemm bżonn fil-kundizzjonijiet tal-liċenzja li l-siti tal-Gaming li joperaw minn jew huma liċenzjati f 'Malta. Ma taħsibx li l-kastig li ngħata mill-MFA lill-plejers li ġew akkużati b'korruzjoni fl-aħħar snin kien żgħir wisq? Iva naqbel. Però, dik mhix l-ikbar problema. Il-liġijiet tal-pajjiż iridu wkoll ikunu eħrex. Ħafna eħrex. Għax hawn issa qed nitkellmu mhux biss fuq imħatri bejn erba' Maltin imma fuq kriminalità organizzata li qed jużaw l-imħatri llegali biex jaħslu l-flus. Din hija problema serja li għandha riperkussjonijiet gravi. Għanqbuta li jekk titħalla tinfirex tifga' kulma jipprova jwaqqaf il-ħakma tagħha. Dan l-awtoritajiet iridu jifhmuh. Hemm bżonn li nfehmuhom u hemm bżonn li jieħdu l-passi u l-miżuri kollha neċessarji biex jipprevenu anki billi jillegalizzaw biex jirriflettu din ir-realtà. Ma taħsibx li n-numru ta' referees li jikkontrollaw il-logħbiet f 'pajjiżna huwa ftit wisq fejn ħafna drabi naraw lill-istess referees jikkontrollaw il-logħbiet fid-diviżjonijiet kollha? Fl-aħħar snin l-MFA għamlet investiment kbir fil-qasam tar-referees u għandna numru dejjem jikber ta' referees ta' kwalità u li dejjem iġibu riżultati tajbin ħafna meta jirreffjaw barra xtutna. Li jrid isir huwa li jibda jiġu addottati wkoll testijiet msejħin fit and proper tests - testijiet serji u hawn mhux qed nitkellem fuq fiżika, sabiex nassiguraw li anki huma jkunu lil hinn minn suspetti u tentazzjonijiet. Nixtieq nara wkoll iktar trasparenza fl-għażla ta' min ikunu l-uffiċjali tal- logħba. It-trasparenza hija l-bażi ta' kull SPORTSillum L-Avukat Adrian Delia għal Cristian Antony Muscat Jekk hemm persuna li f'dawn l-aħħar xhur semma' leħnu b'mod pubbliku u bl-iktar mod voċiferu għall-akbar ġid tal-futbol lokali, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief l-Avukat, Dr Adrian Delia. Huwa wkoll il-Viċi President ta' Birkirkara u f'din l-intervista jitfa' dawl fuq diversi temi li qegħdin l-iktar -aħbarijiet, f'dak li jikkonċerna futbol lokali bħalissa. Huwa fatt magħruf li l-intelliġenza tiegħu hija ta' gwadann enormi għall-futbol lokali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Dr Delia ma jeskludiex li se jkun qed jikkontesta lill-amministrazzjoni preżenti tal-MFA għall- presidenza tal-istess assoċjazzjoni s-snin li ġejjin.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015