Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 35 SPORTSillum għal President tal-MFA? kontabbilità. Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret ftit tal-ġimgħat ilu u li jien kont preżenti għaliha rajtek u smajtek tgħaddi kummenti li fihom sostnejt ir-rabja tiegħek b'mod diplomatiku u paċifiku għall-kummenti li kien għadda Franz Tabone li fihom stqarr li wħud mill-klabbs Maltin qed jiġu ffinanzjati esklussivament mill- match fixing. Għaliex ħassejtek irrabjat u għaliex flimkien ma' presidenti oħra tal-Premier ħassejtu l-bżonn li tippreżentaw affidavid li fih tistqarru li l-klabbs li tmexxu intom qed jiġu ffinanzjati b'mod nadif? Nixtieq kif anki esprimejt pubblikament li npoġġi ġebla fuq dan l-episodju. Kont urtat għax wara li tqatta' sigħat twal tiddedika ruħek għall-futbol u tagħmel minn kollox biex tiġġieled il-ħażin minn kull fejn jiġi, tiġi perċepit bħala parti minn borma tinten. Ħassejt ukoll li jekk l-Integrity Officer kellu provi li hemm klabbs finanzjati minn logħob illeċitu kellu jmexxi kontra tagħhom minnufih. Dan nemmen li għad jista' jagħmlu. U jekk ma jsirx nixtieq nifhem għalfejn ma jseħħx. Dan l-episodju issa però ġie wkoll iċċarat permezz ta' stqarrija konġunta li nifhem li diġà ntbagħtet lill-media. Taqbel mal-proposta tat-tmien plejers barranin? Norman Darmanin Demajo stqarr b'mod pubbliku li hu ma jaqbilx magħha. Int tikkondividi l-istess idea tal- President tal-MFA jew għandek fehma oħra? Jien naqbel li għandna nilagħbu skond ir-regoli tal-FIFA. U hawn qed nitkellem biss fuq il-Premier Division għax nemmen li d-deċiżjoni fuq id- diviżjonijiet l-oħra hija l-ewwelnett differenti diġà u kieku biss għandhom jiddeċiedu huma. Deluż li wara xhur sħaħ ta' konsultazzjonijiet, laqgħat u kontro-proposti, it-top management tal-MFA tesprimi ruħha fis-sens li uriet li kienet diġà ddeċidiet. Dan huwa diżrispettuż. X'inhuma l-opinjonijiet tiegħek fuq it-Task Force kontra l-korruzzjoni li twaqqfet riċentament mill-MFA? Jidher li l-MFA qed tifhem id-daqs tal- problema u taċċetta wkoll li waħedha mhux se tasal kontra dan il-mostru ferm ikbar minnha. Hemm bżonn l-involviment tal-Pulizija, tal-Gvern u tal-Awtoritajiet inkluż dik tal-Gaming. Inizzjattiva tajba li però mhux se tkun bizzejjed jekk nieqfu hemm. Huwa l-bidu mhux it-tmiem. M'hemmx dubju li l-fatt li int espert tal-liġi jista' jgħin bis-sħiħ fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil- futbol lokali. Il-kummenti tiegħek. Jien mhux espert tal-liġi. Jien sempliċi avukat. Imma għandi rabja kbira. Rabja li l-isbaħ logħba fid-dinja qed tinħataf ostaġġ ta' kriminali bla skrupli li se jħallu lil uliedna ltiema mill-ferħ, passjoni, sodisfazzjon u emozzjonijiet li jista' jtik biss il-futbol. X'taħseb fuq ir-Riforma tal-Plejers - il-Players Reform li tant qed tissemma' fl-aħbarijiet bħalissa? Bżonnjuza u kien wasal iż-żmien għaliha. Kif diġà forsi aċċennajt se nerġgħu nieqfu nofs triq. Għal darb'oħra se nagħmlu eċċezzjoni għal kull regola tal-FIFA. Fid-dinja jekk vera trid il-bidla, meta vera trid tavvanza, trid tkun kuraġġuż. Qed nitilfu okkażjoni tad-deheb li forsi ddum ma terġa' tfeġġ li nagħmlu xi ħaġa li verament tbiddel il-futbol Malti. Kuraġġ! Ejja ma nibżgħux! Niġu issa għas-suġġett kontroversjali tal-parametri biex plejer jiċċaqlaq ma' klabb lokali ieħor. Ma taħsibx li dawn huma ta' barra minn din id-dinja? Għalkemm għandi informazzjoni li se jkun hemm tiġdid fihom u mhux se jibqgħu l-istess... Parti mir-riforma. Għarukaża li llum il-ġurnata għadna nemmnu li għandna njassru n-nies permezz ta' regolamenti punittivi. Imma trid tara l-istampa sħiħa. Għalhekk ir- riforma trid tittieħed bħala pakkett wieħed. Tneħħija ta' parametri. Tneħħija ta' capping. Linejar ta' regolamentazzjoni. Libertà u protezzjoni lit-tfal taħt l-età. Numru ta' barrannin. Introduzzjoni ta' numru senjalat ta' plejers li jkunu 'home grown' fil-'line up' tat-timijiet. Dur dur dur, nerġgħu naqgħu għall- FIFA rules. X'ġiegħlek u x'ħajrek tidħol fid-dinja tal-futbol? Hawn min isemmi li avukat bħalek x'fettillek tidħol f 'din id-dinja li kulma tmur qed tinqered mill-kankru mondjali tal-betting u tal-korruzzjoni? Ħajruni numru ta' nies Karkariżi li xtaquni ngħin. Għalkemm l-ikbar għadu tiegħi jibqa' l-ħin, inħobb lir- raħal wisq biex nirrifjuta li mill-ftit li nista', noffri s-servizzi tiegħi. Kemm nista'. Meta nista'. Meta bdejt nifhem eżatt kemm hi kbira l-problema tal-korruzzjoni però flok tlaqt, iktar kibret ir-rieda ġewwa fiha li nibqa'. Biex niġġieled. Biex nagħmel li nista'. Għax jien ma trabbejtx naħrab mill-problemi. Imma nisfidahom. U deċiż li sakemm Alla jtini s-saħħa nagħmel minn kollox biex nibqa' niġġieled kif u kemm niflaħ. Ma taħsibx li hawn wisq klabbs u kowċis f 'Malta? Possibbli li f 'Malta kulħadd huwa kkwalifikat biex ikun kowċ u amministratur ta' klabb partikolari? Hemmx wisq klabbs jew le mhux il-problema. Iktar ma hemm klabbs iktar hemm tfal jilgħabu u telgħin. Trid issir differenza però bejn klabb amateur u dak professjonali. Nifhem li din waħda mill-ikbar sfidi li se tindirizza r-riforma. Dwar il-kowċis mhux posti nikkummenta għax m'għandi ebda kwalifika. Imma dwar l-amministratturi għadna lanqas bdejna. Naħseb li lanqas klabb wieħed m'għandu wieħed fuq bażi full-time. Ilkoll bil-voluntiera li jagħmlu xogħol imprezzabbli u huma n-nifs fil-futbol Malti imma jekk irridu nimxu 'l quddiem irridu nsiru professjonali. F'kollox. Inkella nibqgħu dilettanti, tajbin biss għal daqqtejn ballun bejnietna. Teskludi l-possibiltà li fil-futur tikkontesta għall-amminstrazzjoni tal-MFA? Jien ma dħaltx fil-futbol għax jien amministratur jew naspira li nsir. Dħalt fil-futbol għax inħobb lir-raħal twelidi u għandi passjoni lejn il-klabb tiegħi, u l-logħba tal-futbol. Valuri sodi u prinċipji li ma jagħmlux kompromessi, madankollu, xi minn daqqiet iġiegħluk tħares madwarek u meta tosserva ċerti nuqqasijiet ma jippermettulekx li tibqa' lura sieket. F'ċirkostanzi fejn min huwa mutu jibqa' jħares, isir kompliċi meta f 'idejh ikollu l-għodod tat-tiswija. Twieled -isptar Blue Sisters f'Awwissu tal-1969 u tgħammed nhar il-festa ta' Santa Liena, l-Bażilika tal-istess Patruna ta' Birkirkara. Huwa Avukat u l-Viċi President ta' Birkirkara FC. Beda jinteressa ruħu l-futbol meta kellu madwar 16–il sena u beda joħrog mid-dar waħdu. Mill-ewwel beda jsegwi lil Birkirkara sajf u xitwa, xemx u xita. Għal snin twal ma kienx jitlef logħba. Wara li żżewweġ mar joqgħod is-Siġġiewi fejn jistqarr li bejn xogħol u familja, naqqas mill-grawnd. Qatt però, ma waqaf isegwi lit-tim li tant iħobb – Birkirkara FC. Ma jeskludix li se jkun qed jikkontesta lill-amministrazzjoni preżenti tal-MFA għall-Presidenza tal-istess assoċjazzjoni s-snin li ġejjin. Dr Adrian Delia Ritratt: Chris Mangion