Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 Knisja ta' San Duminku Knisja ta' San Pawl Knisja ta' Ġieżu Knisja ta' San Mark Katidral tal-Imdina Ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni ta' Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni ta' Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Ċelebrazzjoni tal-Ingress Solenni ta' Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Nhar is-Sibt 21 ta' Marzu mid-9:00AM san-12:30PM 8:30AM - Tluq mill-Parroċċa ta' Ħal Lija 8:45AM - Santwarju Madonna tas-Saħħa 9.00AM - Knisja ta' San Duminku 9.30AM - Knisja ta' San Pawl 9.50AM - Knisja ta' Ġieżu 10.15AM - Knisja ta' San Mark 10. 10.45AM - Katidral tal-Imdina 11.00AM - Quddiesa Pontifikali Int mistieden issellem lill-Arċisqof il-ġdid fit-toroq tar-Rabat u l-Imdina, u tiċċelebra dan il-jum storiku għall-Knisja u għal Malta. Indikazzjoni li l-Isptar ta' Għawdex jista' jiġi privatizzat LISPTAR Ġenerali ta' Għawdex qed jissemma' li jista' jiġi privatizzat kollu jew parti minnu. Huma d-diversi ħaddiema li jaħdmu hemm li qed juru tħassib dwar dak li qed jingħad fil-kurituri tal-isptar. Jidher li xi ħaġa qed tinħema dwar x'se jiġri minn dan l-isptar fejn ilu jissemma' ħafna li hemm bżonn li l-isptar kollu inkella parti minnu jsir għal speċjalizazzjoni f 'diversi mard. Qed jissemma' ħafna li dan l-isptar ikun ċentru speċjalizzat fil-mard tal- qalb. Ix-Shadow Minister għal Għawdex, Chris Said, il- ġimgħa li għaddiet għamel mistoqsija parlamentari lil Ministru tas-Saħħa u Enerġija Konrad Mizzi fejn staqsih jekk jistax jagħti assigurazzjoni li l-ebda parti mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex m'hi se jiġi privatizzata jew ser tibda titħaddem mill-privat. Il-Ministru Konrad Mizzi donnu ħarab mill-istess mistoqsija meta wieġeb li l-Gvern hu determinat li jkompli jtejjeb is-servizz tas-saħħa għall-pazjenti Maltin u Għawdxin. F'sentenza qasira u xotta qal ukoll li se jibqa' jagħti dan is-servizz bla ħlas. Fl-ebda ħin ma ċaħad dak li kien qed jimplika d-deputat Nazzjonalista Għawdxi, ħlief li ried iserraħ moħħ il-poplu Għawdxi li s-servizz se jibqa jingħata b'xejn. Dan l-aħħar il-Ministeru tas-Saħħa beda jattwa politika ta' PPP (private partnership policy) f 'xi polikliniċi li jitħaddmu minn kumpaniji privati, iżda s-servizzi jibqgħu jingħataw b'xejn xorta waħda lil poplu, bħal fil-każ tal-poliklinika ta' Bormla. Ħaddiema mħassba dwar dak li qed jingħad fil-kurituri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015