Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 7 Reporter, jixxandar għada t-Tnejn fid- 8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45PM Il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. Ix-xiri taż-żejt mill- Azerbaijan. L-indħil dirett ta' Konrad Mizzi. L-inkjesta tal-Awditur Ġenerali. It-tifi tal-Power Station tal-Marsa u d-dewmien fil-bini ta' Power Station ġdida, kollha diskussi fil-programm REPORTER max-Shadow Minister Marthese Portelli u l-Ministru Konrad Mizzi. REPORTER jiddiskuti l-aħħar żviluppi fil-qasam tal-enerġija Il-lealtà tal-kunsilliera għandha tkun lejn il-kommunità – Il-Prim Ministru "ILKUNSILLI Lokali għandhom ikunu fuq in- naħa taċ-ċittadin u mhux fuq in-naħa tal-Gvern jew partit, u dan jgħodd ukoll għall-kunsilliera kollha tal- Partit Laburista. Il-lealtà tal-kunsilliera għandha tkun lejn il-kommunità tagħhom." Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal- Partit Laburista Joseph Muscat waqt it-tnedija tat-tim ta' kandidati għal Malta għall-elezzjonijiet lokali tal-11 ta' April li ġej f 'Marsaxlokk. Il-Prim Ministru spjega kif il-Partit Laburista qiegħed jippreżenta 177 kandidat f 'Malta u Għawdex, tim li se jkun qiegħed jaħdem sabiex itejjeb l-għejxien tal- lokalitajiet rispettivi. Joseph Muscat elenka kif minn 177 kandidat hemm 58 kandidat żagħżugħ u żagħżugħa li huwa sinjal b'saħħtu ħafna tal-impenn taż-żgħażagħ u l-kommunitajiet. Il- mexxej Laburista fakkar kif fl-elezzjonijiet tal-11 ta' April li ġej se jkunu qed jivvotaw għall-ewwel darba żgħażagħ ta' sittax–il sena, fejn pajjiżna se jkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li jagħmel dan. Joseph Muscat ħeġġeġ sabiex aktar nies joħorġu jivvutaw fosthom iż-żgħażagħ, filwaqt li semma l-kampanja First Time, kampanja fuq bażi Nazzjonali għal dawk iż- żgħażagħ li ser jivvutaw għall-ewwel darba u l-kampanja START imtella' mill-Forum Żgħażagħ Laburisti li wkoll kampanja mmirrata sabiex tħeġġeġ aktar żgħażagħ jivvutaw. Dwar l-elezzjoni, il-Prim Ministru saħaq li dawn huma elezzjonijiet diffiċli għall-Partit Laburista għax qed jaħbtu sewwasew f 'nofs il-leġislatura u stqarr kif l-għan huwa li tinkiseb maġġoranza ta' voti żgħira kemm hi żgħira. Il-Mexxej Laburista għamel ukoll referenza għat-tnaqqis ta' 6 siġġijiet minn Kunsilli fejn hemm maġġoranza Laburista wara li kien hemm ċaqlieq fir-ridistribuzzjoni, iżda minkejja dan, dawn l-afffarijiet mhux ser jaqtagħlna qalbna iżda noħorġu b'aktar rieda, stqarr Joseph Muscat. Dwar il-Kunsilli Lokali l-Prim Ministru qal li l-Gvern qiegħed jagħti bosta iniżjattivi lill-Kunsilli Lokali filwaqt li fakkar kif kien hemm ħidma sabiex tiżdied it-trasparenza fil-Kunsilli Lokali l-ewwel permezz tal-live streaming u anke permezz ta' rappreżentanti tal-pubbliku fl-għoti ta' tenders. Il-Prim Ministru semma kif it-tnedija tat-tim saret f 'Marsaxlokk anke bħala ġest simboliku, fejn din il-ġimgħa bdiet bl-għeluq tal-Power Station tal-Marsa wara 27 sena mwiegħda. "Filwaqt li llum qegħdin hawn sabiex ngħidu lin-nies ta' Marsaxlokk li qegħdin eqreb minn qatt qabel li jkun hemm il-qalba għall- gass u allura jkun jista' jibda l-iżmantellar taċ-ċumnija minn Delimara. Tenna li f 'din il-leġislattura l-Gvern se jkun ta waħda mill- ikbar kontribuzzjonijiet ambjentali fejn ser tkun imtejba l-arja għall-familji. "L-għan huwa li tinkiseb maġġoranza ta' voti żgħira kemm hi żgħira" Il-Kunsilli għandhom ikunu fuq in-naħa taċ-ċittadin u mhux tal-partiti - Joseph Muscat