Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
8 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 RONALD Galea ta' 65 sena minn Birkirkara kien lest minn ġurnata xogħol u kien se jagħlaq il-kanċell tal-fabbrika tiegħu f 'Ħal Far meta xi ħadd mar minn warajh u spara diversi tiri u ħallih mejjet fl-art. Qtil li kien ippjanat sew minn qabel - fejn wieħed mis- suspettati nqatel hu wkoll sena u nofs wara. L-ewwel omiċidju fl-2013 Il-qtil kiesaħ u biered ta' Ronald Galea seħħ nhar it- Tnejn, 18 ta' Frar 2013. Kollox jindika li l-qattiel kien għamel xi ħin jistenna lil Galea barra l-fabbrika tal-vittma stess u kif kien dahru lejh sparalu mill-inqas tmien tiri ta' pistola mill-qrib. Dan l-ewwel omiċidju għas- sena 2013 seħħ għall-ħabta tal-4.40 p.m. meta Galea kien għadu kif għalaq il-fabbrika tiegħu bl-isem ta' "Continental Meats Co. Ltd". Il-fabbrika tinsab f 'numru HF11 fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Far, limiti ta' Birżebbuġa, u tipproċessa, timanifattura u tbigħ prodotti tal-ikel - l-aktar prodotti tal- laħam. Kif kien jagħmel kuljum fi tmiem il-ġurnata ta' xogħol, Ronald Galea saq il-karozza tiegħu, Ford Mondeo, minn quddiem il-fabbrika, ħareġ mill-kanċell u waqaf. Galea reġa' ħareġ mill-karozza fejn ħalla l-magna tagħti biex mar jagħlaq il-kanċell. Miegħu ħareġ ukoll Ronnie Aquilina, li kien jaħdem bħala skrivan fil-kumpanija ta' Galea, biex imur ukoll lejn id-dar. Aquilina baqa' jistenna lil Galea qrib il-kanċell u kif rah li ħareġ il-karozza fit-triq, Aquilina kien se jitlaq ukoll. Kif Galea għamel ftit passi resaq lejh raġel minn wara u sparalu mill-inqas tmien tiri ta' pistola x'aktarx semi- awtomatika ta' kalibru 9mm. Galea niżel fl-art fuq il-ġenb tiegħu n-naħa tax-xellug imdawwar bi skrataċċ tal-balal li kienu sparati mill-qattiel. Minkejja li ntlaqat minn diversi tiri, Galea ma mietx mill-ewwel. Wara li wettaq id-delitt, il- qattiel daħal f 'karozza Toyota Vitz kulur il-fidda u ħarab minn fuq il-post. Galea ntlaqat f 'dahru u f 'partijiet oħra ta' ġismu b'dawk fatali jkunu f 'qalbu u fil-pulmun. Mhux it-tiri kollha laqtu lil Ronald Galea. Ronnie Aquilina kien għadu fil-viċinanzi u kif sema' l-isparaturi, dar u ra raġel b'wiċċu mgħotti b'balaklava u rah dieħel f 'karozza u dan saq b'veloċità eċċessiva. Huwa ddeskriva lill-allegat qattiel ta' sieħbu bħala raġel ta' statura medja u li kellu bejn 28 sena u 30 sena li ħarab minn fuq il-post b'karozza Toyota Vitz. Aquilina ħalla kollox u reġa' mar ħdejn Galea u kif rah fl-art ċempel għall-għajnuna, fosthom għall-ambulanza. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett immexxijin mis- Surġent Jerry Attard u wara waslu wkoll dawk mill-Iskwadra tal-Mobile. Peress li Galea deher li kien għadu qed jieħu n-nifs, issejħet l-għajnuna medika fejn marret ambulanza b'tim mediku, iżda minkejja li l-ambulanza waslet fi ftit minuti sfortunatament Galea kien iċċertifikat mejjet fuq il-post. Huwa kien iċċertifikat mejjet minn Dr Martina Falzon miċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid. Xena kommoventi kif waslu ulied il-vittma Kif il-familja ta' Ronald Galea ġew informati li kienet seħħet sparatura u li Galea kien intlaqat, marru żewġ uliedu fuq il-post. L-ewwel ma wasal kien ibnu Pierre, li dakinhar kellu 35 sena. Kienu mumenti kommoventi hekk kif Pierre ma setax jemmen li missieru kien mejjet. Huwa nstema' jgħid "ma jistax ikun. Għaliex?". Aktar tard wasal it-tieni iben ta' Ronald, Karl li kellu 36 sena u żewġt aħwa dehru jgħannqu lil xulxin u jippruvaw jikkunslaw wieħed lill-ieħor. Fi ftit ħin bdew jaslu diversi uffiċjali tal-Pulizija fosthom l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja, illum Deputat Kummissarju, is-Supretendent Silvio Valletta, illum Assistent Kummissarju u l-Ispettur Anthony Cachia mid-DIK u l-Kap tal-Iskwadra tal-Omiċidji l-Ispettur Keith Arnaud. Ftit tal-ħin wara marru wkoll l-Assistent Kummissarju Raymond Zammit, illum ukoll Deputat Kummissarju, is- Supretendenti Raymond Vella Gregory u Sandro Gatt flimkien mal-Ispettur Kevin Pulis tad- Distrett. Kif sar magħruf x'tip ta' karozza kien qed jagħmel użu minnha l-qattiel, il-Pulizija tal- Mobile bdew bi tfittxija f 'diversi nħawi ta' Malta fejn għamlu road blocks iżda la l-karozza u lanqas il-qattiel ma dehru imkien. Dawra fl-inħawi għal kameras tas-sigurtà Mingħajr ebda ħjiel ta' xejn u l-ebda sinjal tal-karozza u s-sewwieq, il-Pulizija, kemm dawk mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali u tad-Distrett, għamlu dawra Mill-Qorti Ħabs għal xufier tax-xarabank li pprova jtajjar ċiklist XUFIER ta' karozza tal- linja kien ikkundannat xahrejn ħabs wara li nstab ħati li pprova jtajjar ċiklist waqt dagħdigħa ta' rabja. Il-Qorti semgħet kif fid-9 ta' Lulju li għadda għall- ħabta tad-9:00am, l-akkużat, Thomas Spagnol, ta' 41 sena miż-Żejtun, kien qed isuq xarabank fid-direzzjoni ta' Burmarrad u għal ftit ma tajjarx lil Graham Borg, li kien qed isuq ir-rota. Iċ-ċiklist laħqu ftit 'il fuq u qallu "għoddok tajjartni." Madankollu, Spagnol dawwar il-vettura fuq iċ- ċiklist. Ix-xarabank baqgħet tiela' sa fuq il-bankina, biċ-ċiklist jevitaha bi żbrixx. Fortunament, huwa ma sofra l-ebda ġrieħi. Minkejja li l-akkużat baqa' jsostni li ma kienx minnu li kiser il-vettura għal fuq Borg, il-Qorti, ppresseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale, qalet li x-xhieda taċ-ċiklist hi aktar kredibbli. Il-maġistrat qal li peress li l-inċident li l-inċident seta' wassal għal konsegwenzi ferm aktar serji fil-konfront taċ-ċiklist, Spagnol għandu jiġi kkastigat b'mod qawwi. Minbarra x-xahrejn ħabs, il-Qorti skwalifikat l-liċenzja tal-imputat għal perjodu ta' tliet xhur. RAĠEL mill-Kosta tal-Ivorju li nhar it-Tnejn tressaq il- Qorti fuq pussess ta' eroina, reġa' tressaq il-Qorti wara biss jumejn, dan wara li l-Puliżija sabu fuqu borża kannabis meta mar il-ħabs biex iħallas il-pleġġ għall- ħelsien mill-arrest. Mumen Traore Trabul, ta' 35 sena, wieġeb mhux ħati għall-pussess tal-kannabis, li hu reċediv, u li kiser ordni ta' probation, u għal darb'oħra ngħata l-ħelsien mill-arrest, din id-darba mingħajr depożitu. Il-Qorti semgħet kif nhar is-Sibt, l-akkużat kien arrestat wara li instab fil- pussess ta' 20 gramma eroina u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €450 u garanzija personali ta' €7,000. Madankollu, huwa reġa xellef difru mal-ġustizzja hekk kif waqt tfittxija mill-gwardjani tal-ħabs f 'Kordin, huwa instab fil-pussess ta' ammont ta' kannabis. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-katavru ta' Ronald Galea Negozjant jinqatel bi tmien tiri ta' pistola Wieħed mis-suspettati Mar il-ħabs b'borża kannabis fuqu