Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 9 mal-fabbriki biex jaraw minn kellu nstallat cameras tas-sigurtá bit-tama li minn xi waħda minnhom, jew aktar, setgħu jiddentifikaw il-karozza u aktar importanti l-qattiel. Sfortunatament dan l-eżerċizzju ma kien ħalla ebda riżultati pożittivi. L-uniku persuna li kien hemm fl-inħawi kien l-iskrivan tal-kumpanija, li ma setax jagħti aktar ħjiel tal- qattiel minn dak li ra. L-ewwel investigazzjonijiet fuq ix-xena tar-reat Peress li sakemm kienet għadha għaddejja l-investigazzjoni kien leħaq dalam, il-Pulizija ġabu vettura armata b'dawl apposta biex b'hekk l-uffiċjali tax-xena tar- teat setgħu jkomplu jinvestigaw u jelevaw kull traċċa u evidenza li seta' ħalla warajh il-qattiel u li b'xi mod setgħet kienet ta' għajnuna għall-investigaturi. Fil-fatt il-Pulizija elevaw mill- inqas tmien skrataċċ li kienu mifruxin fl-art uħud minnhom qrib il-katavru ta' Galea. Il- Pulizija elevaw ukoll il-karozza, Ford Mondeo, tal-vittma. Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Edwina Grima, kienet informata u ordnat inkjesta. Hija ħatret diversi esperti fosthom it-tabib forensiku Mario Scerri, il-Perit Richard Aquilina li marru fuq il-post tad-delitt. Magħhom inħatru wkoll il-pulizija tal- ballistika kif ukoll Martin Bajada biex jeżamina l-filmati li kienu elevati minn kameras tas-sigurtà. Wara li tlesta l-aċċess, li dam sejjer għal ħin twil, il-katavru ta' Galea ttieħed bil-hearse tal- Pulizija lejn il-kamra mortwarja tal-Isptar Mater Dei fejn l-għada saret l-awtopsja. Mill-awtopsja rriżulta li l-balal li ntlaqat bihom Galea ma ħarġux u kien għalhekk li madwar il-katavru ma kienx hemm dmijja tant li d-demm li ħareġ kien biss minn ħalqu. X'aktarx inqatel għax kellu jieħu ammont ta' flus Persuni li jafu sew lil vittma qaluli li Ronald, li kien magħruf minn dawk qrib tiegħu bħala "Ronnie ta' Maria", kien raġel tal-affari tiegħu u sa fejn jafu huma qatt ma kellu nkwiet ma' ħadd. Kien jikkopera ma' kulħadd u kien bniedem li jafda ħafna u dħuli. Kellu karattru li jiġbed lin-nies lejh. Ibnu Pierre kien qal lil pulizija li ma seta' jaħseb f 'ħadd li ried joqtol lil missieru għax missieru ma kellux għedewwa. "Mhux eskluż li l-mottiv wara l-qtil tiegħu għax kien tolleranti u anke ġeneruż", qalli sors qrib il-Korp tal-Pulizija. In-negozju li kellu f 'Ħal Far kien li jimporta l-laħam u jqassam lil diversi klijenti l-aktar dawn li jbigħu l-prodotti tal-laħam. Huwa fatt magħruf li Galea kellu jieħu xi flus minn diversi persuni imma dawn kienu flus li għandhom x'jaqsmu man-negozju tal- kumpanija li kien imexxi. Il- klijenti kienu jħallsu għalkemm kien hemm wieħed li tella' somma ta' madwar €54,000 f 'dejn, u bir-raġun Galea, irrikkora biex jagħmel diversi talbiet biex jiġbor dak li kien tiegħu kemm bid-dritt kif ukoll legalment. Għaldaqstant waħda mit-teżi li investigaw il-Pulizija kienet li min kellu interess li jelimina lil Ronald Galea biex jeħles minn dejn kbir. Arrestat negozjant ieħor Wieħed minn dawk li l-pulizija wrew interess fih, kien wieħed mill-klijenti li kellu Galea u li kellu eluf kbar ta' kontijiet pendenti. Dan kien Jonathan Pace ta' 30 sena minn Ħal Għaxaq u li kien residenti l-Fgura. Pace kien magħruf bħala ta' "Tyson Butcher" u li anke huwa spiċċa vittma meta f 'Awwissu tas-sena l-oħra nqatel ukoll b'tiri ta' arma tan-nar. Kien allegat li Pace kellu kont kbir pendenti mal-vittma. Minn aktar stħarriġ sibt li Pace u martu kienu wkoll tressqu l-Qorti f 'Jannar 2013 peress li tellgħu kont ta' aktar minn €54,000 ma' Galea. Dan l-ammont kien dovut għal prodotti ta' laħam li Pace xtara mingħand Galea biex ibigħu mill-ħanut tiegħu. Pace u martu kellhom diversi kontijiet pendenti, mhux biss mal-kumpanija "Continental Meats Co. Ltd" ta' Ronald Pace, imma wkoll ma' stazzjonijiet tax-xandir fejn kien jirreklama u waqgħu lura fil-ħlas. Fil-fatt il-koppja Pace anke tressaq il- Qorti reklami mhux imħallsin. Fit-28 ta' Novembru, 2013, il- Qorti wara li rat id-dikjarazzjoni ta' Jonathan Pace, li ppreżenta fis-17 ta' Ġunju, 2013 fejn iddikjara li kien waqaf milli jħallas id-djun tiegħu, u għalhekk xtaq li jiddikjara ruħu fi stat ta' falliment. Wara li rat id-dokumenti li ġew ippreżentati, u ħadet konjizzjoni tad-dikjarazzjonijiet li sarulha, il-Qorti ddikjarat li Jonathan Pace waqaf mill- ħlasijiet tiegħu u għalhekk daħal fi stat ta' falliment b'effett mit- 12 ta' Novembru, 2013. Barra d-dejn li kellu ma' Ronald Galea, Pace kellu jagħti aktar minn €90,000 lill-istazzjon Nazzjonali, il-PBS, f 'reklami. Għaldaqstant il-Pulizija kienu marru fir-residenza ta' Pace fil- Fgura biex ikellmuh dakinhar filgħaxija stess li nqatel Galea. Meta staqsew għalih, mart Pace qalet lill-Pulizija li żewġha ma kienx Malta u li kien jinsab Sqallija. Iżda l-investigaturi ma kinux konvinti li Pace verament kien imsiefer. L-għada tard wara nofsinhar Pace nġabar mill-Pulizija u ttieħed il-Kwartieri Ġeneral tal- Pulizija fejn ġie interrogat, iżda huwa nħeles mill-arrest peress li l-Pulizija qatt ma kellha prova li biha setgħu jpoġġu lil Pace fuq ix-xena tal-qtil jew li kellu xi konnessjoni mal-omiċidju ta' Ronald Galea u suspetti, serji kemm huma serji, ma kinux biżżejjed biex jitressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta' Ronald Galea. Il-Pulizija tkellmu ma' xi persuni oħrajn fid-Depot tal-Pulizija anke fil-preżenza tal-Maġistrat Inkwerenti Dr Edwina Grima biex jistabbilixxu l-mottiv u x'seta' wassal għal dan il-qtil premedidat. Kummenti fuq Facebook minn ibnu, Pierre Galea L-għada li Ronald Galea nqatel, martu kellha tiċċelebra għeluq żmienha. Fuq is-sit soċjali Facebook Pierre poġġa dan il-messaġġ għal ommu. "Ma, ma nafx kif ħa naqbad ngħidlek happy birthday f 'ġurnata daqshekk kerha f 'ħajjitna. Ftakar dejjem li l-papà qiegħed il-ġenna żgur jitlob għalik u għalina llkoll u ħa jibqa' jħarisna u jieħu ħsiebna bħalma dejjem għamel kull ġurnata ta' ħajtu. Inħobbok Ma." Sena wara, fit-18 ta' Frar 2014, Pierre kiteb hekk "Pa, għaddiet sena minn mindu tteħidt minna. Minn dak il-jum ħajti nbidlet u kelli nieħu postok u nispera li nagħmlek kburi bijja. Ma kienx hemm ġurnata waħda li ma ħsibtx fik, tkellimt miegħek, tlabt għalik u anke tlabtek għal pariri li b'xi mod int dejjem sibt mezz kif tibgħatli sinjal biex tigwidani kif dejjem għamilt meta kont għadek ħaj." Matul dawn is-sentejn Pierre baqa' jpoġġi messaġġi oħrajn li kollha jindikaw kemm il-familja Galea hija magħquda. Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Bibljoteka Nazzjonali/John Pisani Il-katavru ta' Ronald Galea jidher bejn il-karozzi It-triq fejn inqatel Ronald Galea pistola fl-2013 mis-suspettati jinqatel ukoll b'tiri ta' arma tan-nar …il-Pulizija elevaw mill-inqas tmien skrataċċ li kienu mifruxin fl-art - uħud minnhom qrib il- katavru ta' Galea.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015