Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
F'GĦELUQ l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, Malta ħa tkun it-tieni pajjiż fl-Ewropa, flimkien mal-Awstrija li tagħti liż-żgħażagħ ta' sittax-il sena li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dan ifisser li f 'April li jmiss dawn iż-żgħażagħ ħa jkollhom id-dritt li jiddeċiedu min, għallinqas fuq livell ta' Kunsill Lokali, jirrappreżentahom. Kampanja li tinvolvi ż-żgħażagħ, li qed tiġi rreklamata bil-lingwaġġ taż-żgħażagħ. Fuq il-media soċjali bdejna naraw il- kampanji bħal #FirstTime u #BeTheChange – mezz ukoll ta' kif tinxtered il-kuxjenza fuq il-media soċjali – żgur mhux forsi l-akbar pjattaforma fost iż–żgħażagħ. Min jgħid li għadhom żgħar wisq, min jgħid li Kunsill Lokali biss mhux biżejjed, min jgħid li dan pass li missu li ilu li sar, u min jistaqsihom biex ma jiddiżappuntawx – li hu żgur huwa li dan huwa pass li jitniżżel fl-istorja ta' Malta. Anke l-Prim Ministru Joseph Muscat din il-ġimgħa tkellem dwar iż-żgħażagħ waqt numru ta' attivitajiet. Hu qal li l-ikbar att ta' fiduċja min- naħa tal-Partit Laburista fil-gvern kien li fil-11 ta' April qed jingħata d-dritt li żgħażagħ ta' sittax–il sena jivvutaw għall-ewwel darba. Il-Prim Ministru qal li f 'dan il-lat, Malta qed tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li qed tagħti dan id-dritt u għalhekk ħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha sabiex joħorġu jivvutaw. Muscat qal ukoll li 58 minn fost il-177 kandidat li se jikkontesta għall- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f 'isem il-Partit Laburista huma kollha żgħażagħ. Hu semma' kif din hija l-akbar rata ta' żgħażagħ li qatt ġiet ippreżentata fl-istorja tal- Partit Laburista. Tkellem ukoll dwar il-garanzija taż-żgħażagħ fejn qal li biha l-qgħad fost iż-żgħażagħ naqas b'terz u minn kull 100 żagħżugħ, 75 qed isibu xogħol mill-ewwel. L-ILLUM ħadet il- kummenti ta' xi wħud li huma involuti direttament fil-ħidma maż-żgħażagħ, kif ukoll fil-ħidma tal-Kunsilli Lokali f 'Malta: David Agius Shadow Minister għall- Kunsilli Lokali "Aħna minn dejjem kellna fiduċja fiż-żgħażagħ Maltin u fid- diskussjonijiet biex ż-żgħażagħ Maltin jingħataw l-vot ta' 16 fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Jien dejjem tkellimt dwar l-fatt li għandu jkollna aktar fiduċja fiż- żgħażagħ u emmint li dawn għadhom ukoll jivvutaw fl-Elezzjonijiet Generali u Ewropej. Dan ifisser li anke f 'referendum ż-żgħażagħ tagħna għandhu jkollom d-dritt li jivvutaw. Dan hu referendum li ser jolqot b'mod dirett liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin u allura għandhom jesprimu ruħhom. Dan għandhu jkun proċess edukattiv. Hemm bżonn riklami edukattivi fuq l-mezzi tax-xandir u direttament fl-istituzzjonijet edukattivi. Min jipprova jsib xi forma ta' skuża jew oħra jfisser li m'għandhux fiduċja fiż-żgħażagħ Maltin u m'għandux l-enerġija biex iwassal messaġġ liż- żgħażagħ li fil-11 ta' April iridu jmorru jivvutaw dwar jekk titneħħiex deroga minn pajjizna jew le. Jien nemmen li ż-żgħażagħ tagħna mhux biss għandhu jkollom d-dritt li jivvutaw iżda għandhom d-dmir li jitkellmu u jesprimu ruħhom dwar dak kollu li jkun qed jiġri madwarhom. X'sens jagħmel għal żagħżugħ li jmur jivvota għall-Kunsilli Lokali u ma jingħatax l-vot tar- referendum tal-kaċċa? Maturi biex jagħżlu l-membri fil-Kunsill Lokali u mhux maturi biex jiddeċiedu dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa? Ma tagħmilx sens." Alex Saliba President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti Nemmen li l-għoti tal-Vot liż-żgħażagħ ta' sittax-il sena għall- elezzjonijiet lokali huwa sinjal ta' fiduċja fiż-żgħażagħ mill-Gvern preżenti. Nemmen ukoll li dan għandu jkun l-ewwel pass minn sensiela ta' inizjattivi oħra li għandhom jittieħdu sabiex iż-żgħażagħ tagħna jingħataw aktar vuċi fis- sistema demokratika tagħna. Għalhekk nemmen li jekk iż-żgħażagħ joħorġu bi ħġarhom sabiex jivvutaw f ' dawn l-elezzjonijiet dan għandu jwassal sabiex ikollna aktar argumenenti favur vuċi akbar għaż- żgħażagħ kemm fuq bażi lokali, fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u anka fuq bażi nazzjonali f 'Elezzjonijiet Ġenerali. Min-naħa l-oħra nemmen li fil-11 t' April, bħala pajjiż, ser nkunu qed inservu ta' eżempju għal pajjiżi oħra Ewropej; hekk kif Malta hija t-tieni membru fi ħdan l-Unjoni Ewropea li qed tagħti dan id-dritt liż- żgħażagħ tagħna. Niskanta biss bl-Oppozizzjoni Nazzjonalista li qed tikritika lil dan il-Gvern li qed jestendi dan id- dritt ghall- elezzjonijiet lokali biss f ' dawn l-elezzjonijiet li ġejjin. Dan huwa l-istess partit li għadu ġej minn 25 sena fil- Gvern fejn kellu legiżlatura wara l-oħra ċans sabiex jimplimenta dan id-dritt, u baqgħu qatt ma ħadu dan il-pass kuraġġuż. Għalhekk nerġa' ntenni li din hija prova oħra ċara li dan il-Gvern huwa gvern li bil-fatti u mhux biss bil- kliem qed jafda liż-żgħażagħ Maltin u Ghawdxin. Dan hu gvern li qed iservi ta' eżempju għall-pajjiżi oħra sabiex huma wkoll isegwu l-eżempju tagħna u jagħtu 10 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 B'tifkira għażiża ta' Ebba von Fersen Balzan B'tifkira għażiża ta' Ebba von Fersen Balzan, li mietet fl-età ta' 50 sena fis-16 ta' Marzu 2008. Imwielda f'Darmstadt, il-Ġermanja u għexet in- Naxxar. It-tifkiriet tagħha jgħixu magħna fix- xogħlijiet u l-pitturi tagħha. Qatt minsija minn Saviour Balzan, Antoinette u Ray Balzan, Mariella u Alan Dimech u n-neputijiet Matthew u Francesca. Id-dritt li żgħażagħ ta' sittax-il sena Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt Elezzjonijiet Kunsilli Lokali 2015