Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

ta' qabel minn San Pawl il-Baħar. Muscat inqatlet b'ħames daqqiet ta' sikkina meta kienet fl-appartament tagħha fi Triq l-Isponoż f 'Buġibba. Dwar dan il-każ il-Pulizjia Maltija ħarġet talba ta' arrest Ewropew biex ikun arrestat Nour Eddine Ibrahim Hamid, Libjan ta' 34 sena li ħalla Malta lejn l-Italja ftit tal-ħin wara li wettaq id-delitt. It-tieni omiċidju seħħ il- Ġimgħa, 20 ta' Marzu. Raymond Caruana ta' 53 sena minn Ħaż- Żebbuġ inqatel fil-limiti ta' San Blas, f 'Ħaż-Żebbuġ stess. Qattiel jew qattiela sparaw mill-inqas 40 tir hekk kif kien ħiereġ bil-Jeep tiegħu minn razzett. Fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra kellna erba' każi ta' omiċidji li tnejn minnhom huma solvuti. Fl-4 ta' Frar inqatel Ġużi Galea ta' 58 sena mill-Marsa fi Triq ix-Xemxija fil-Marsa stess. Galea nqatel b'ħames tiri minn 20 li kienu sparati. Fil-11 ta' Frar Kristic Dragoljub ta' 27 sena mis-Serbja nqatel b'daqqa ta' mus f 'qalbu wara argument f 'appartament fi Triq il-Merluzz fil-Qawra. B'dan il-każ jinsab mixli Emil Atanasov, ta' 27 sena mill-Bulgarija. L-għada, fit-12 ta' Frar fi Triq Santa Marija fiż-Żejtun, Pietru Cassar ta' 67 sena miż-Żejtun, magħruf bħala "l-Ħaqqa", inqatel b'żewġ tiri ta' pistola minn erba' li kienu sparati. Fid-19 ta' Marzu Lisa Marie Zahra ta' 15-il sena mis-Swieqi kienet assistita biex taqbeż minn fuq l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli minn Erin Tanti ta' 23 sena mill- Belt li jinsab mixli bil-qtil tagħha. Bejn Jannar u Marzu tal-2013 kien hemm qtil wieħed, dak ta' Ronald Galea ta' 65 sena minn Birkikara, meta fit-18 ta' Frar inqatel meta kienu sparati tmien tiri ta' pistola kif kien se jagħlaq il-kanċell tal-fabbrika tiegħu fil- Qasam Industrijali ta' Ħal Far. Hold-ups L-aktar li saru hold-ups fl-ewwel kwart tas-sena kien fl- 2013 – seba' każi, filwaqt li sirna nafu li seħħew sitt każi fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, u erba' s-sena l-oħra. Bejn Jannar u lbieraħ sirna nafu li huma ħamsa il-każijiet ta' hold-ups. L-ewwel wieħed seħħ fl-14 ta' Jannar fuq impjegati u klijenta fil-fergħa tal-Maypole fi Triq Sta Katerina f 'Ħ'Attard. Minn hawn il-kriminal seraq madwar €1,000 u l-kartiera ta' klijenta. Fis-16 ta' Jannar ħalliel daħal f 'pet shop li jinsab fi Triq il-Wied f 'Ħal Balzan u seraq €500 wara li hedded impjegat. Fil-11 ta' Frar ħalliel seraq aktar minn €6,000 minn post tal-logħob bl-isem 'Bestplay' f 'Bormla. Fl-1 ta Marzu mill-ħanut 'Step In' li jinsab fi Triq Gerry Zammit fl-Imsida insterqu madwar €700. L-għada, fit-2 ta Marzu seħħ hold-up fil-'Covienence Store' fi-Triq Ross f 'San Ġiljan fejn insterqu €350. Fl-14 ta' Marzu Francesco Del Volto Santo Pizzuto ta' 81 sena, sid ta' Banka tal-Lottu fil- Ħamrun, safa vittma ta' Jesmond Gatt ta' 45 sena minn Ħaż- Żabbar meta seraqlu €37. Fl-ewwel tliet xhur tal-2014 ukoll seħħew erba' hold-ups. Fit- 12 ta' Jannar impjegata ta' 22 sena mill-Marsa sfat mhedda minn ħalliel meta kienet fil-ħanut tal- logħob tal-azzard li jinsab fi Triq Ħal Tarxien, f 'Raħal Ġdid. Minn hawn insterqu €2,000. Fl-istess ġurnata - każ ieħor. Din id-darba l-vittma kien impjegat ta' 23 sena mill-Fgura li jaħdem f 'pastizzerija fi Triq Għajn Dwieli wkoll f 'Raħal Ġdid. Minn hawn insterqu €200. Fis-17 ta' Jannar fergħa tal-Maltco, jew kif inhuma magħrufa Banka tal-Lottu, li tinsab fi Triq il-Qalbiena Mostin fil-Mosta, ħalliel hedded impjegat ta' 26 sena min-Naxxar u seraqlu €300. Ir-raba' każ seħħ fil-11 ta' Frar fil-'Bestplay' fi Triq il-Kbira San Gużepp fil-Ħamrun - fejn insterqu €1,000 wara li impjegat ta' 23 sena minn Ħal Qormi safa mhedded minn ħalliel. Fl-ewwel kwart tas-sena 2013 kien hemm seba' każi li nafu bihom. Minn dawn, il-Pulizija solvew ħamsa. Fit-3 ta' Jannar kienu nsterqu eluf ta' ewro minn Scotts Supermarket f 'Burmarrad. Fl-20 ta' Jannar seħħ hold-up fuq anzjan mir-Rabat, Għawdex li kien fi Triq l-Arċipriet Saver Cassar, fir-Rabat stess li serqulu eluf ta' Ewro. Il-Pulizija ta' Għawdex solvew dan il-każ. Fit-30 ta' Jannar sid ta' ħanut li jinsab fi Triq L.Casolani f 'Birkirkara safa vittma u serqulu €3,000. Fit-22 ta' Frar il-Pulizija solvew il-hold-up li sar fuq sid ta' ħanut f 'Tas-Sliema. Il-Pulizija ma kinux ħarġu dettalji dwar dan il-każ. Fis-26 ta' Frar Shaun Zammit ta' 23 sena kien twaqqaf minn ħalliel li seraqlu €300 bil-Pulizija jarrestaw lill-kriminal. Każ ieħor solvut huwa dak li seħħ fil-21 ta' Marzu fi Triq Brared f 'Birkirkara fuq żagħżugħ ta' 21 sena minn Marsaxlokk. Mhux magħruf ukoll kemm insterqu flus. Fil-31 ta' Marzu impjegata ta' 16-il sena li kienet Gelateria Lungomare fi Triq Ġorġ Borg Olivier f 'San Ġiljan sfat vittma u nsterqu madwar €600. Każ ieħor li l-Pulizija solvew. Overdoses fatali Fl-ewwel kwart tas-snin 2013, 2014 u din is-sena ma ġew irrapportati l-ebda każ ta' overdose fatali bid-droga. Statistika bin-numri (mhux uffiċjali) Fis-sena 2013 ġbarna din l-istatistika għas-sena kollha: Omiċidji tmienja (8), overdoses fatali wieħed (1), inċidenti tat- traffiku fatali dsatax (19), imwiet fuq il-post tax-xogħol tlieta (3), imwiet fil-baħar seba' (7) - każi li fihom mietu 12-il persuna u kien hemm 18-il hold-up li fihom ħallew 21 vittma. Fl-2014 kollha kien hemm: omiċidji sitta (6), overdoses fatali wieħed (1), inċidenti tat-traffiku fatali ħdax (11), imwiet fuq il-post tax-xogħol tlieta (3), imwiet fil- baħar seba' (7) - każi li ħallew tmin (8) vittmi u hold-ups seba' (7). PROJECTS MALTA LTD IS WHOLLY OWNED BY THE GOVERNMENT OF MALTA AND WAS SETUP TO PROMOTE AND COORDINATE NEW PUBLIC PRIVATE INITIATIVES AND PROJECTS IN MALTA. Further details are available in the Government Gazette dated Friday 20 th March 2015 and the Ministry for Tourism website: http://www.tourism.gov.mt/en/Departments-Sections-Units/Pages/ Departments-Sections-Units%20Sub%20Pages/TendersRFQ-and-RFI.aspx Alternatively documents, can be personally picked from: The Ministry for Tourism, 233, Republic Street, Valletta. Submissions will be received at Projects Malta Ltd, The Clock Tower, Level 1, Tign� Point, Sliema until the 10 th April 2015 by 10:00 CET. Late entries will NOT be accepted. Call for Tenders Build, own and operate a Modular Floating System in St. Thomas Bay, Marsascala REF: PML /03/2015 Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 11 L-ewwel omiċidju tal-2015 - Il-katavru ta' Silvana Muscat qed jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015