Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 NHAR Ħadd il-Palm (il- Ħadd li ġej), Għajnsielem se jerġa' joffri spettaklu reliġjo-kulturali f 'Għawdex. Din id- darba Betlem se jinbidel f 'Ġerusalem u f 'Ħadd il-Palm se jkun hemm spettaklu sħiħ li jibda fil- 5pm. F'Ta' passi fejn sa tliet xhur ilu kien hemm 'Betlem Għajnsielem' se jidħol Kristu fuq ħmar abjad (il-ħmar li twieled fl-istess post) u jsir ċenaklu ħaj fejn l-appostli jieklu ma' Kristu qabel joħroġ il-karattru ta' Ġuda biex jittradih. Minn hemm tibda l-Via Sagra animata msejħa 'Kont Hemm' imtella' mill-Għaqda Drammatika Għajnsielem fejn Betlem jinbidel f 'Ġersulalem u minn hemm tibda tiela' bil- mod sal-Forti Chambray fejn tinfetaħ parti li s-soltu ma tkunx miftuħa għal pubbliku u hekk wieħed jassisti għal animazzjoni mill-aqwa ta Kristu jissawwat u anke jissallab bejn żewġ ħallelin. Fuq il-fortizza ta' Chambray jkun hemm suldati Rumani li jkunu jidhru spettakolari fuq is-swar lebsin aħmar meta tħares lejhom minn taħthom jew minn Ta' Passi. U b'hekk l-għolja ta' Chambray jinbidel fil-Golgota. Is-swar mistennija wkoll jkunu mdawla eżatt mat-tislib ta' Kristu filwaqt li wieħed jista jiltaqa mal-persunaġġi kollha mill-iskrittura jagħtu riflessjoni moderna fejn dak li ġara 2,000 sena ilu jiġi mqabbel mal-preżent. F'kaz ta' maltemp l-istess attività se ssir fl-istess post u ħin jumejn wara fil-31 ta' Marzu. Iċ-ċenaklu ħaj Il-kamra li ntużat bħala l-grotta f 'Betlehem f`Għajnsielem, ser tinbidel f 'ċenaklu ħaj fejn diversi atturi se jirrapreżentaw lil Ġesù u l-appostli fil-lejl tal-Ewkaristija. Fiċ-Ċenaklu ser jkun hemm ukoll kċina fejn ser jiġi ppreparat ikel tradizzjonali tal-okkażżjoni. L-atmosfera u l-ambjent naturali flimkien mal- annimali f 'dan il-post, żgur se jgħinu biex kull viżitatur sabiex jgħix l-esprenzja ta' dak iż-żmien. Din l-attività ser issir fil-lejl tal-Ħamis ix-Xirka, 2 ta' April 2015 mit-8.30pm sal-11.30pm u f 'għodwa tal-Ġimgħa l-Kbira, 3 ta' April 2015, mid-9.00am sa12.00pm. Attivitajiet speċjali għal-lum:-Għawdex nofs prezz Illum min jitla' Għawdex minn Malta jħallas noll ta' nofs prezz u fl-istess ħin ikun jista' jgawdi minn diversi attivitajiet li qed jiġu organizzati f 'din il-ġurnata. Fejn wieħed isib taħlita ta' attivitajiet għal familja, mixja mal-President Marie Louise Coleiro, attività kulturali fil- Gozo Folk Festival, attività reliġjuża bil-Via Sagra f 'Ta' Pinu u anke attività politika fejn il-Prim Ministru se jkun Betlem jinbidel f 'Ġerusalem u l-Forti Chambray illum@mediatoday.com.mt John Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015