Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 13 George fuq il-moll X'kien qed jagħmel George Pullicino jistenna bil-bagoll u waħdu sejjer Sqallija fuq il-moll? Kemm kien ħelu jistenna hemm fil-kwiet ħdejn tal-Virtù. Ħbieb għalfejn qed tagħmlulu hekk, dan ma għandux dritt imur Sqallija u jiekol ikla mal-ħbieb ġo l-aqwa ristorant li hemm Ragusa? Dażgur għandu. U dawk l-ilsna ħżiena li dejjem jgħidu li Pullicino għandu xi interessi fin-negozju Sqallija huma nies bżieq. Jolly Good Martin Martin Scicluna dak tal-istiff upper lip kemm kien tajjeb fuq Times Talk. Iva dak li ma jafx jitkellem bil-Malti. Imma kont ma' sieħbi kelb tal-fenek u kif semgħu jitkellem beda jirremetti. Qalli dan min iż-ż*** hu? Kemm hawn min hu pastaż. Ara vera jaf jitkellem bl-Ingliż. Jekk ħadd ma qallu xejn hemm bżonn li xi ħadd jgħidlu li meta jistaqsuh jidher fuq it-television jirrispondi: "Oh, Jolly good, so sorry, but I cannot speak the language spoken by these natives. You know, jaqq!" Il-ħabib tiegħi l-kelb tal-fenek qalli li dan Scicluna jrid jagħmilha ta' bravu fuq kollox bħal Louis Grech. Qalli: "Ħaqq għalfejn ma jibgħatuhx lura Buckingham Palace bħala l-fakkin tal-Prinċep!" Iva għal Kathleen Isma dik Kathleen Grima vera togħġobni. Kemm hi sexy hux. Jiena vera qed ngħir għall-għarus tagħha. Jien hekk jogħġbuni. Għandha il-kriterji kollha li togħġob lili bħala kelb poodle. Għawdxija, għax bħali pinnur, qasira bħali, gustuża bħali, xagħar iswed … bħali. Bravissima, bħali. Tant hu hekk ivvutat għal Manwel Mallia… bħali (u ddispjaċini), u għamlet hekk billi ġabet il-vot tagħha Malta minn Għawdex. Ġejja minn familja kbira Nazzjonalista mir-Rabat, imma saret tammira l-Labour. U why not? M'hemm xejn ħażin. Anzi tajjeb, bħal Lino, dak nafu Nazzjonalist u issa ma nafx x'inhu. Ħa ngħidlek l-iktar ħaġa li togħġobni fiha hija li taħdem għalxejn. U jekk tridu xi ħaġa, kellmuha, għax ma żżommx flus!! Il- kaċċaturi qatt ma ħallsuha sold!" Tgħiru għal Cyrus? Jiena ma nafx għalfejn dan l-attakk kollu fuq Cyrus Engerer. Jiena naħseb li din kollha għira bażwija li jaqla' €85,000. Dak suldat tal-azzar, għalkemm jiena jkolli ngħid żaqqu ma tantx hu tal-azzar. Forsi għandu partijiet oħra tal-azzar. Ma nafx! Li naf hu li Cyrus għandu l-kwalitajiet kollha biex jaqla' €85,000 fis-sena. Mela ejja nibdew: Kien Nazzjonalist, t-tieni instab ħati fil-qorti kriminali, kien jgħajjar il-Labour, iħobb jilbes ġlekkijiet, hu jiffansja l-kulur roża u fuq kollox jagħmel kollox biex ma jgħixx f 'din il-ġzira ta' merda. Lil Cyrus minn qalbna ngħidulu kif kieku jgħid Martin Scicluna lil Ivan Camilleri: "Bugger off, you preposterous piece of cow dung!" OLE Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Chambray fil-Golgota taħt it-tinda fil-Qala u fl- istess ħin jiftaħ il-belvedere ġdid ta' Għajnsielem li hu proġett tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u li minnu wieħed jista' jara t-tliet gżejjer, Malta, Kemmuna u l-Port t'Għawdex. • Mixja mal-President mir-Rabat sal-korsa ta' Xħajma fl-10am u Festa Familja mal-OASI fil- Korsa ta' Xħajma • Folklore Festival fil- Ġgantija fil-11am • Ftuħ tal-Belvedere ta' Għajnsielem mill-Prim Ministru u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo fil-11.30am • Via Sagra fuq l-Għolja ta' Għammar, ta' Pinu mmexxija mill-Isqof Mario Grech fis-6.30 pm. Dawk li jżuru lil Għawdex illum jistgħu jipparteċipaw u jsegwu dawn l-attivitajiet mifruxa mal-gżira kollha. Il-Gozo Channel se jkun imraħħas bħala appoġġ għall-attivitajiet kulturali li se jsiru u aktar persuni jaqsmu lejn Għawdex. Belveder fil-Qala li joffri spettaklu naturali Wara li llum se jinfetaħ uffiċjalment il-Belveder imsebbaħ ta' Għajnsielem, żewġ kilometri bogħod minnu hu ppjanat li se jkun hemm tisbiħ ukoll fil- Belveder tal-Qala. Il-Kunsill Lokali mmexxi mill-Perit Clint Camilleri diġà ppjana u għandu l-pjanti lesti biex il-Qala wkoll ikollha belveder li għandu joffri veduti li jaqtgħulek nifsek. Minn hemm wieħed jista' jgawdi spettaklu naturali tax-Xatt tal-Imġarr, il-Blue Lagoon u Kemmuna u l-ponta ta' Malta. Filwaqt li kull Għawdxi jista' jqatta' ftit ħin anke mal-familja jirrilassa waqt li jitpaxxa b'dak li għandu x'joffri Għawdex minn din in- naħa tal-gżira. Irnexxilna nakkwistaw il-pjanti ta' dan il-belveder li għadhom ma ħarġu mkien. U hekk wara li l-Kunsill ta' Għajnsielem offra lil poplu Għajnselmiż post fejn isserraħ il-menti tiegħek issa se jkunu l-Qala li ftit passi bogħod se joffru xenarju ieħor għal Qalin. George Pullicino jħossu Sqalli, u int? Martin jaf jgħid supercalifragilisticexpialidocious bil-Malti Kathleen tagħmel ħafna xogħol b'xejn bħala avukat Tgħiru għal Cyrus?