Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 15 riżorż uman, l-ambjent u l-aspett soċjali - però tista telabora aktar kif ser jitqassmu u jkunu utilizzati dawn il-fondi? Il-maġġoranza tal-fondi jintefqu taħt il-Fond Reġjonali Ewropew għall- Iżvilupp, bl-għan li jikber l-iżvilupp reġjonali tal-pajjiż billi jkun hemm tkabbir ekonomiku u aktar impjiegi. Hawnhekk għandna madwar €369.4 miljun, li flimkien mal-kontribuzzjoni nazzjonali, jitilgħu għal €461.7 miljun. Eżempji tipiċi tal-użu ta' fondi f 'dan il-programm huma €72 miljun għall- Università u l-industrija privata biex nistimulaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, €53 miljun għall-SMEs, €57 miljun għall-ekonomija low-carbon, u €38 miljun għall-ICT. It-tieni fond huwa dak tal-Koeżjoni, fejn għandna x'nonfqu €217.7 miljun li jiżdiedu għal €256.2 miljun. Dan il-programm huwa maħsub għal stati membri li d-Dħul Gross Nazzjonali per capita tagħhom huwa inqas minn 90% tal-medja Ewropea. Il-proġetti li wieħed jista' jagħmel huma dawk li jikkontribwixxu lejn ambjent aħjar u titjib fl-infrastruttura ta' trasport. Eżempji tipiċi tal-użu ta' fondi f 'dan il- programm huma l-proġetti ambjentali fil-qasam tal-iskart u tal-ilma kif ukoll proġetti ta' toroq arterjali li jaqgħu fin- netwerk TEN-T. Imbagħad hemm it-tielet fond, dak Soċjali Ewropew, li huwa maħsub biex jgħin lin-nies itejbu l-ħiliet tagħhom, jiffaċilità l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, jikkombatti l-esklużjoni soċjali u l-faqar, u jagħmel l-amministrazzjoni pubblika aktar effettiva. Eżempju tipiku tal-użu ta' fondi f 'dan il-programm huma d-diversi skemi għall-industrija u individwi bħall-Employment Aid Programme u t-Training Aid Framework u scholarships fost ħafna oħrajn. Hawnhekk se jkollna fondi Ewropej li jammontaw għal €105.9 miljun li jitilgħu għal €132.4 miljun. Il-fondi qegħdin hemm u disponibbli imma waħda mill- kritika li kienet issir lil gvern preċedenti kienet li l-fondi ma kinux qed jiġu utilizzati kollha b'riskju li jintilfu. Quddiem dan kollu, l-Gvern x'għamel u kif ser jiżgura li din is-sitwazzjoni ma tirrepetix ruħha? Huwa minnu li taħt il-programm preċedenti ta' bejn l-2007-2013 kien hemm riskju serju li jintilfu miljuni ta' fondi. U l-ewwel prijorità tagħna hekk kif ħadna l-Gvern kienet dik li nindirizzaw din il-problema. S'issa ma ntilef l-ebda ċenteżmu, u dan grazzi għal sforz kbir minn kulħadd u għaliex konna flessibbli biex minflok proġetti li ma kinux jidhru li se jsiru, insibu oħrajn li setgħu jsiru aktar malajr. Fejn jirrigwarda l-programm il-ġdid, l-istrateġija tagħna hi li nibdew nużaw il-fondi kemm jista' jkun malajr. Malta kienet fost tal-ewwel li kkonkludiet l-Partnership Agreement mal- Kummissjoni, u qiegħda fost tal-ewwel ukoll biex nibdew il-proċess ta' ftuħ tal-applikazzjonijiet. L-ewwel ħaġa li għamilna kienet li ħloqna Segretarjat Parlamentari li l-għan ewlieni tiegħu hu li jamministra dawn il-programmi u jiżgura li nieħdu l-akbar benefiċċju minnhom. Is- Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg fil-Ministeru tiegħi għandu l-istrutturi meħtieġa biex nevitaw dewmien żejjed u, fejn jinqalgħu ċirkustanzi kuntrarji – kif dejjem jista' jiġri, partikularment fuq proġetti infrastrutturali, insibu s-soluzzjonijiet fil-waqt. Issa li varajna l-programmi, nistgħu nitolbu applikazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati li jużaw il-fondi konċernati. Issa jmiss li l-awtorità amministrattiva, li hija l-PPCD, toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet sabiex jinbeda l-proċess tal-għażla tal-proġetti. Dawn ikunu pproċessati mill-Kumitat tal-Għażla tal-Proġetti skont il-kriterji tal-programmi differenti, biex aħna niżguraw li jkunu skont il-prijoritajiet nazzjonali hekk kif maqbula mal- Kummissjoni Ewropea fil-programm. Hekk kif il-Kumitat itemm l-proċess tal-għażla, ir-riżultat jitħabbar lill- applikanti u b'hekk tkun tista' tibda l-fażi tal-implimentazzjoni. Qed insemmu investiment kbir fl-ekonomija tagħna, iżda dan kif ser jissarraf f 'ħolqien t'impjiegi ġodda u kif ser ngħinu lin-negozji u l-industrija biex ikomplu jikbru? Il-Gvern jagħti importanza kbira lill-impjiegi peress li r-riżors ewleni ta' Malta hu l-ħaddiema tagħha. Aħna ma rridux li jkollna qgħad għoli bħal m'għandhom diversi pajjiżi sħabna fl-UE. U dan jispjega għaliex qed nagħtu importanza partikulari lill-Fond Soċjali Ewropew, li l-għan tiegħu hu li jikkontribwixxi lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet aħjar għall-impjiegi. Bl-interventi taħt dan il-fond, inkunu nistgħu nżidu l-impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ, ninvestu fl-edukazzjoni u snajja, nippromwovu l-inklużjoni soċjali, u ntejbu l-amministrazzjoni pubblika. Dan kollu jtejjeb l-għixien taċ-ċittadini. Effett ieħor ta' dawn l-interventi jkun li jiffaċilità r-riformi strutturali li rridu nagħmlu biex intejbu l-kompetittività tas-suq tax-xogħol Malti. Dawn, imbagħad, ikunu kumplimentari għall-programmi taħt il-politika ta' koeżjoni, fejn irridu nħajru aktar riċerka u innovazzjoni, nħeġġu l-intraprenditorjat, u nersqu aktar lejn ekonomija low-carbon. Interventi bħal pereżempju scholarships, taħriġ għal persuni li diġa' qegħdin fis-suq tax- xogħol kif ukoll skemi biex jintegraw persuni vulnerabbli fil-qasam tax- xogħol li jistgħu jiġu ffinanzjati minn dan il-fond, jikkontribwixxu għal xogħol ta' kwalità aħjar. Il-Gvern kommess li fis-snin li ġejjin iniedi diversi skemi għas-settur privat bil-għan li ntejbu l-kompetittività ta' Malta. L-intrapriżi żgħar ukoll mistennija jgawdu minn dawn l-fondi. F'dan ir-rigward, il-Gvern diġà nieda l-SME Initiative li huwa programm ta' €15 miljun speċifikament għall- intrapriżi żgħar u medji. Mhux biss, l-Operational Programme I hemm prijorità speċifika għall-SMEs fejn hemm allokat aktar minn €50 miljun. Dan mhux kollox. Fil-fatt l-SMEs jistgħu jibbenifikaw b'mod wiesa' mid- diversi skemi ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll mill-Fond Soċjali Ewropew li ser ikunu mnedija fix-xhur li ġejjin. Finalment, dawn il-fondi kif ser jiġu infilzati fil-programm ta' ħidma li għandu dan il-Gvern? Ħafna mill-proposti tal-Manifest Elettorali jinvolvu proġetti u inizjattivi kemm mill-Gvern Ċentrali, kif ukoll minn entitajiet jew awtoritajiet tal-Gvern, Kunsilli Lokali, is-settur privat jew NGOs, li jeħtieġu fondi kbar. Il-mod ta' kif ser nużaw dawn il-fondi tirrifletti l-prijoritajiet tagħna għal pajjiżna. Ser ngħinu n-negozji jikbru, ser noħolqu aktar opportunitajiet t'impjiegi, ser ninvestu fis-saħħa, l-ambjent u l-edukazzjoni t'uliedna u fuq kollox ser niżguraw li ħadd ma jaqa' lura. Żgur li b'permezz tal-użu ta' dawn il-fondi l-Gvern ser ikun qiegħed jidħol għal ħafna minn dawn il-proġetti u l-inizjattivi biex nagħmlu differenza kbira fin-nazzjon kollu u fost iċ- ċittadini kollha Maltin u Għawdxin. "Il-Gvern kommess li s- snin li ġejjin iniedi diversi skemi għas-settur privat bil-għan li ntejbu l-kompetittività ta' Malta. L-intrapriżi żgħar ukoll mistennija jgawdu minn dawn il-fondi" Maltin ikunu ċentru ta' eċċellenza Sa Marzu 2013 Louis Grech kien wieħed mill-erba' membri tal-Parlament Ewropew f'isem il-Partit Laburista