Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
16 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Il-Punt ILKRIŻI politika fil-Libja hija waħda sensittiva u għandha bosta riperkuzzjonijiet, fost l-oħrajn hemm il-mod kif qed taffettwa l-ekonomija ta' pajjiżna minħabba l-investiment ta' kumpaniji Maltin fil-Libja. L-inċertezza fost il-ħaddiema Ċertament li din l-instabiltà politika qed tħalli s-sinjali tagħha fuq it-telf jew inċertezza tal-impjiegi ta' dawk il-bosta Maltin li rritornaw lura Malta minħabba raġunijiet ta' sigurtà u li s-sitwazzjoni preżenti fil- Libja ma tippermettix li dawn jerġgħu lura biex ikomplu bil- ħidma tagħhom. Ħafna mill-ħaddiema, l-aktar dawk li dejjem ħadmu fuq bażi ta' kuntratt u li diversi minnhom għandhom speċjalizzazzjoni, b'uħud minnhom b'għexieren ta' snin ta' esperjenza, issa jinsabu f 'sitwazzjoni fejn qed ikollhom problema biex isibu mpjieg ġewwa pajjiżna l-aktar minħabba l-problema li l-ħiliet tagħhom ma jkunux jaqblu mad-domanda fis-suq. Problema oħra li uħud minn dawn il-ħaddiema qed isibu hi biex jintegraw lura fid-dinja tax-xogħol ta' pajjiżna wara numru sostanzjali ta' snin jaħdmu l-Libja. Hu għalhekk jeħtieġ li l-Gvern permezz tal-ETC fost l-oħrajn ikun aktar iffokat u speċjalizzat biex jgħin lil dawn il-ħaddiema li qed ifittxu xogħol lokalment biex jaġġustaw il-ħiliet tagħhom għal din ir-realtà li qed jiffaċċjaw. Għajnuna oħra li tkun ta' benefiċċju għal dawn il-ħaddiema hi li l-Gvern jissokta b'għajnuna sabiex ikun ta' kuntatt bejn dawn il-ħaddiema u ma' kumpaniji oħra barra minn xtutna u li jkun għaldaqstant ta' potenzjal għall-ħaddiema Maltin li ġew mil-Libja biex jaħdmu barra minn xtutna f 'impjieg relevanti mas-speċjalizzazzjoni tagħhom. Il-potenzjal tas-suq emerġenti qiegħed jintilef Huwa fatt li tul is-snin kienu bosta l-investituri barranin li kienu jaraw f 'pajjiżna mhux biss l-ekonomija Maltija fiha nnifisha iżda kienu jikkunsidraw lil pajjiżna wkoll bħala wieħed b'potenzjal fl-UE u l-aktar pajjiz fl-UE li jservi ta' pont mal-Libja. Dan peress li l-Libja kienet meqjusa bħala wieħed mill-aktar pajjiżi tal- Afrika ta' Fuq b'potenzjal kbir għall-investiment. Illum dak il- valur addizzjonali għal pajjiżna ttappan peress li l-potenzjal tas-suq Libjan qiegħed jintilef b'rata mgħaġġla. Minħabba f 'dan jeħtieg li permezz ukoll t'għajnuna u viżjoni mill-Gvern, jinsabu swieq oħra ta' potenzjal fl- Afrika ta' Fuq u li jservu ta' suq alternattiv sabiex dan il-valur addizzjonali li kellu pajjiżna ma jkomplix jintilef. Meta wieħed jagħmel kalkolu ekonomiku fuq x'impatt din il-kriżi fil-Libja qegħda tħalli fuq l-ekonomija ta' pajjiżna, wieħed mhux biss jikkalkula dak li f 'termini reali qegħdin nitilfu llum il-ġurnata, iżda huwa importanti ħafna ma ninsewx il-fattur ta' dak li potenzjalment kieku għadna qegħdin indaħħlu u kemm kieku pajjiżna seta' saħansitra jżid il-valur addizzjonali tiegħu. Wara l-boom ekonomiku ta' pajjiżna fid-disgħinijiet, fejn bosta kumpaniji laħqu l-ogħla punt ta' kemm setgħu jikbru ġewwa pajjiżna, anke minħabba d-diżekonomiji ta' skala, wara s-sħubija ta' Malta fl-UE u anke wara l-mod kif pajjiżna rnexxielu jsalva mill-kriżi internazzjonali, numru ta' investituri Maltin investew bis-saħħa ġewwa l-Libja. Minbarra n-negozju tradizzjonali li normalment nassoċjaw mal-Libja, kienu bosta negozji Maltin li investew f 'hub għas-servizzi, f 'hub għal- loġistika, f 'servizzi finanzjarji, f 'IT kif ukoll għandna negozji li għamlu alleanzi strateġiċi ma' kumpaniji internazzjonali biex jippenetraw fis-suq Libjan. Dawn operaw b'suċċess u l-operaturi ekonomiċi Maltin saru fost l-aktar negozjanti li jifhmu l-operat Libjan. Id-dħul finanzjarju F'dak li huwa dħul finanzjarju minn tassazzjoni għall-Gvern, fejn qabel dawn il-kumpaniji kienu jikkontribwixxu lejn Malta bis-saħħa tad-dħul mill-operat ekonomiku tagħhom fil-Libja, illum sa ċertu punt il-folja nqalbet u pajjiżna qiegħed f 'sitwazzjoni li jeħtieġ li jagħmel tajjeb biex ma jħallix dawn il-kumpaniji jikkrollaw minħabba r-riskji li huma esposti għalihom fis-suq Libjan. Problemi ta' Bad Debts u Cash Flow Realtà Ekonomika oħra li bosta operaturi Maltin li kienu joperaw il-Libja u li għad għandhom assi u investimenti maqbudin fil-Libja qed jiffaċċjaw huma problemi ta' Bad Debts fuq livell Libjan li min-naħa l-oħra qed jaffettwaw il-cash flow tal-istess operaturi Maltin f 'Malta kif ukoll ma' barra minn Malta. Fejn bosta kienu jqisu s-suq Libjan bħala l-futur u l-life line tal-operat tagħhom f 'Malta illum is-suq u l-impenni tagħhom fil-Libja wasslu biex ikunu l-mażra li qed iżżomm lin-negozju tagħhom milli jimxi 'l quddiem - jekk mhux saħansitra l-piż li qed jispiċċa jgħerreq lill-kumpanija tagħhom lokalment. Dan qed iseħħ b'detriment għall- futur tal-kumpanija, għar- reputazzjoni tal-kumpanija kif ukoll għall-futur tal-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom lokalment kif ukoll fil-Libja. Huwa għalhekk li l-Gvern jeħtieg li jkun aktar attiv b'mod ħolistiku fuq il-kontroll tal- ħsara u biex jagħti l-għajnuna kollha meħtieġa biex jiffaċilita ukoll konnessjonijiet ġodda ma' swieq alternattivi fl-Afrika ta' Fuq b'potenzjal għan- negozju. Punt Centrali Jeħtieġ ukoll li jiġi żviluppat punt ċentrali fejn dawn l-operaturi għandhom jirrikorru. Permezz ta' dan, il-kumpaniji jkollkom punt ta' referenza fejn mhux biss jinstemgħu il-problemi tagħhom, iżda tittieħed azzjoni konkreta fuq il-kwistjonijiet l-aktar pertinenti għalihom u li b'mod tanġibbli jkunu megħjuna. Dawn il-punti m'għandhom qatt jitqiesu bħala punti ta' kritika lejn l-azzjoni lill- Gvern preżenti, iżda punti ta' azzjoni li jgħinu biex l-operaturi ekonomiċi lokali jkunu megħjuna aktar biex jegħlbu din l-isfida li tfaċċat quddiemhom. Qatt m'għandna ngħidu qed nagħmlu biżżejjed biss - għandna nkunu dejjem aktar miftuħin biex nilqgħu u niddiskutu proposti ta' kif u kemm nistgħu nagħmlu aktar. Kristy Debono hi Deputat Nazzjonalista u kelliema għas- Servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming KRISTY DEBONO L-impatt tal-kriżi politika Libjana fuq pajjiżna L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Żona mixtieqa minn sett dawl tat-traffiku għal snin twal BJORN AZZOPARDI KUNSILLIER ĦALQORMI FTIT tal-ġimgħat ilu bħala parti mill-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f 'Ħal Qormi mort inżur xi familji fiż-żona tal-Ħandaq fejn illum hemm Ta' Ganza cash & carry, żona residenzjali maġenb Triq l-Imdina. Dawn il-familji kienu kollha kelma waħda, il-periklu kontinwu sabiex jaqsmu lejn iċ-ċentru ta' Ħal Qormi. F'dawn it-tmien snin li ilni Kunsillier Lokali niftakar li saru diversi proġetti fiż-żona fosthom li t-toroq taż-żona kollha ingħataw it-tarmac, saru roadmarkings u tabelli ġodda kif ukoll ġiet installata crash barrier fi Triq l-Imdina sabiex tiżdied is-sigurtà f 'din it-triq li t-traffiku fiha ma jieqafx. Ġiet installata wkoll speed camera 'il fuq miż-żona imsemmija sabiex jitnaqqas is-sewqan eċċessiv fiż-żona. Madankollu dawn ir-residenti qed jitolbu sett dwal tat-traffiku ġdid sabiex tagħtihom aċċess għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi. Din it-talba ilha ssir għal diversi snin u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi għamel diversi talbiet ma' Transport Malta. Iżda Transport Malta qed tibqa' ssostni li l-post mitlub mhux tajjeb għal sett dawl tat-traffiku għax jinsab f 'liwja, filwaqt li dejjem tenfasiżża li hemm żewġ settijiet dawl tat-traffiku fil-viċin, wieħed qabel id- dħul għaż-żona industrijali tal-Ħandaq u l-ieħor faċċata tas-showroom tal-KIA. Fiż-żona imsemmija ta' kuljum tara nies ta' kull eta' jippruvaw jaqsmu minn fejn Ta' Ganza għal man-naħa l-oħra għal diversi raġunijiet fosthom biex jagħmlu xirjiet jew biex imorru saċ-ċentru tas-saħħa li tinsab hekk kif taqsam it-triq. Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa dawk li jridu sempliċiment imorru saċ-Ċentru tas-Saħħa, li min jiġi bżonn iċ-Ċentru tas- Saħħa ġeneralment ma jkunx jiflaħ ħafna, irid jimxi sa fejn is-showroom tal-KIA, jaqsam mid-dawl tat-traffiku li hemm hemm u jerġa' jinżel bil-mixi Triq il-Vitorja saċ-ċentru tas- saħħa. Għal min ikun mgħobbi b'xirja mhix prattika lanqas li jmur bil-mixi sal-eqreb dawl tat-traffiku u jerġa' jdur id- dawra, u allura ħafna jiddeċiedu li jissugraw ħajjithom u jaqsmu Triq l-Imdina xorta waħda. Fil-fatt tul is-snin saru diversi inċidenti fiż-żona msemmija iżda s'issa dan id-dawl tat- traffiku kien u għadu xewqa ta' dawn ir-residenti. Bħala Kunsillier Lokali nifhem it-tbatija u l-periklu li esposti għalih dawn ir-residenti. Il-fatt li fl-istess triq hemm settijiet oħra dawl tat-traffiku ma narax għalfejn m'għandux jiġi identifikat post fejn isir sett ġdid. Fil-verità dan is-sett huwa l-aktar wieħed mit-tnejn l-oħra diġà eżistenti li jista' jwasslek għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi fejn fi ftit minuti tista' tasal għaċ- Ċentru tas-Saħħa u għall-iskola primarja ta' San Ġorg. Għal dawn ir-raġunijiet nemmen li Transport Malta għandha tikkunsidra bil-kbir it-talba ta' dawn ir-residenti sabiex tnaqqas il-periklu li huma esposti għalih ta' kuljum!