Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 17 "ISSAĦĦA hija kollox" - frażi użata ħafna, forsi abbużata xi ftit, imma vera mija fil-mija. Kien bil- konvinzjoni soda li ċ-ċittadin Malti u Għawdxi ħaqqu bil-fatti, u mhux b'diskors fieragħ, igawdi minn servizz li jħabbatha mal-aqwa livelli fuq bażi internazzjonali li sa mill-Oppożizzjoni l-Partit Laburista fassal pjan ambizzjuż għall-qasam tas- saħħa, strateġija li bdiet tiġi attwata sa mill-ewwel jiem fil-Gvern biex issa qed nibdew naħsdu frott li tassew jimliena b'ottimiżmu kbir. Nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru ħabbar katina ta' proġetti massiċċi, li jinsġu minn sptar għall-ieħor, minn Malta għal Għawdex, mill-kura akuta għall-kura riabilitattiva, li ma jħallu lil ħadd barra. Proġetti, f 'kelma oħra, li ser jitnaqqxu fl-istorja tal-kamp mediku f 'pajjiżna. Ewlenin fost dawn il-proġetti uniċi fin-natura tagħhom, minħabba l-impatt pożittiv li mistennija jħallu mhux biss fil-qasam tas-saħħa, iżda wkoll fil-kumplament tat-tessut ekonomiku u soċjali tal-pajjiż, hemm il-ftehim iffirmat mal-Università prestiġjuża ta' Queen Mary minn ġewwa r-Renju Unit. Dan l-iżvilupp u r-ramifikazzjonijiet tiegħu ser inisslu nifs ġdid l-ewwel u qabel kollox ġewwa l-gżira Għawdxija, iżda bla dubju ser ipoġġu lil pajjiżna fuq il-mappa tal-qasam mediku fuq bażi globali. L-iskola medika Barts, li tagħmel parti mill-Università ta' Queen Mary, hija istituzzjoni akkademika ta' kalibru mill-aktar għoli, b'suċċessi fenomenali fil-qasam tagħha. L-iskola medika Barts hija frott sħubija bejn il-London Hospital Medical College, il-Medical College of St Bartholomew's Hospital u l-Queen Mary and Westfield College. Fl-2008 Barts ġiet ikklassifikata fil-quċċata għall-kwalità fir-riċerka medika f 'Londra u madwar ir-Renju Unit. B'mod tanġibbli fiex ser jissarraf dan il-proġett? Biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-iskola medika ta' Barts f 'Għawdex ser jinbnew università u campus biex jilqgħu lill-istudenti, fil- maġġorparti l-kbira tagħhom barranin, li ser jagħżlu li jiġu jistudjaw il-mediċina hawnhekk. Huwa stmat li meta l-proġett jilħaq il-kull min hu tiegħu fuq medda ta' ħames snin, b'influss ta' 60 student fis-sena, Għawdex ikun qed jibbenefika minn popolazzjoni ta' 300 student tal-mediċina li jibdew jgħixu hemmhekk. Dan ovvjament mingħajr ma nsemmu t-timijiet mediċi u akkademiċi, familjari u ħbieb tal-istudenti li lkoll jibdew jagħmlu minn Għawdex id- destinazzjoni naturali tagħhom. Forsi ferm aktar importanti minn hekk però din il-fażi tal-proġett vast li nedejna f 'nofs il-ġimgħa ser tfisser qawmien ġdid għas-servizz tal-kura tas-saħħa ġewwa Għawdex. L-amministrazzjonijiet preċedenti ħallew wirt tal- mistħija lil poplu Għawdxi - Sptar Ġenerali ta' Għawdex maqtugħ mir-realtijiet moderni ta' kura akuta u mitluq għal riħu, infestat mill-ġrieden u l-wirdien. Għall-kuntrarju dan il-proġett ser jagħti dawl ġdid lill-qasam tal-kura fil-gżira ta' Għawdex permezz ta' bini ta' sptar attrezzat u modern, dan għaliex nemmnu tassew li l-ftit baħar li jifred liż-żewġ gżejjer tagħna m'għandux jissarraf f 'servizz tas-saħħa inferjuri għall-Għawdxin u għall-ħafna Maltin li jqattgħu ħin Għawdex. Dan kollu ser nagħmluh fl- istess waqt li nibqgħu leali mija fil-mija mal-prinċipju sagrosant li l-kura tas-saħħa għandha tibqa' bla ħlas. Bħala persuna li għixt u għandi għal qalbi l-professjoni medika nħares b'dieqa lejn l-istat delapidat li tħalla fih l-Isptar San Luqa, u daqstant ieħor l-Isptar Karen Grech biswitu. U għax dan l-iskomfort inħass ukoll mill-Gvern Laburista għarafna ninkludu lil dawn iż-żewġ friegħi fil- pjani tagħna ta' riġenerazzjoni holistika tas-settur tas-saħħa. Biex b'hekk fuq medda qasira ta' żmien żewġ sptarijiet li tħallew jitmermru taħt l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ser jitqajmu fuq saqajhom - dan kollu b'risq servizz aktar dinjituż fil-kamp tal-kura tal-anzjani tagħna u tar-rijabilitazzjoni. Il-viżjoni tagħna għall- Isptar Ġenerali t'Għawdex u għall-Isptar San Luqa jinkludu pern ewlieni ieħor, it-turiżmu mediku. Imsejsa fuq alleanzi sodi mas-setturi intraprenditorjali l-Gvern Laburista fassal pjani sabiex l-isptarijiet Ġenerali ta' Għawdex u San Luqa jkunu esposti għall-opportuntajiet kbar li l-esperjenza ta' pajjiżi madwar id-dinja wriet li jġib miegħu t-turiżmu mediku. Dan ser iwassal biex f 'faċilitajiet li ser jinbnew apposta, pazjenti barranin jiġu jieħdu l-kura medika f 'Malta u f 'Għawdex bi ħlas. Dan ifisser li l-kura dejjem titjieb u tespandi tkun tista' tibqa' b'xejn u mingħajr ħlas għall-pazjenti Maltin u Għawdxin. Katina infinita ta' proġetti li fil-verità tinfirex ukoll għall-Isptar Mater Dei u għall-espansjoni li għaddejja b'ritmu mgħaġġel, għall-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo li ma jdumx ma jkompli jilqa' fi ħdanu aktar pazjenti, għaċ-ċentru tad-dermatoloġija li wkoll ser jieħu l-qabża fil- kwalità li ħaqqu, u għal żviluppi kbar fil-kura fil-komunità. Xogħol kontinwu min-naħa tagħna li żgur ser jiftaħ wkoll orizzonti ġodda għal dawk kollha, partikolarment żgħażagħ, li jixtiequ jaqbdu karriera fil-kamp tas-saħħa, kemm bħala tobba, infermiera, paramediċi u oħra. L-isforzi tal-Gvern fil-fatt huma immirata wkoll sabiex jiġu attirati aktar studenti lejn din il-linja - professjonijiet li mhux biss ifissru karriera soda imma wkoll sodisfazjon fuq il-post tax-xogħol. Fuq kollox dawn l-inizjattivi ser iwasslu biex is-servizz tas- saħħa nġibuh servizz tas-seklu 21 u nagħmlu minn Malta ċentru internazzjonali tal- mediċina. Chris Fearne hu s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Kif Naħsibha CHRIS FEARNE Passi ta' ġgant fil-qasam mediku f 'pajjiżna L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Diżastru EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL referenza għal- laqgħa ta' nhar l-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015 fis-7.00pm fil-Każin Laburista ta' San Pawl il-Baħar, fejn Raymond Tabone, is-Sindku Laburista ta' San Pawl il-Baħar, ikkummenta, mhux biss dwar x'inhu jiġri fil-lokalità, imma wkoll dwar it-taħwid li hemm fil-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar. Nistaqsi lill-Kunsill Lokali b'maġġoranza Laburista, lill-Viċi Sindku Alex Bezzina u lis-Sindku Ray Tabone, (magħruf bħala roadrunner), dwar x'setgħet kienet ir- raġuni li mid-data 10 ta' Marzu 2012 sad-data tal-11 ta' April 2015 kien hemm ir-riżenja tal-Kunsillier Laburista Jason Camilleri, ir-riżenja tal-Kunsillier Laburista Carmel Hili, ir-riżenja tas-Segretarju Eżekuttiv John Camilleri, ir-riżenja tas-Segretarju Eżekuttiv George Abela, filwaqt li s-Segretarju Eżekuttiv Frans Chircop diġà avża li ser jitlaq, u r-riżenja tas-Sindku Mario Salerno (iżjed moħħu f 'Ħal Kirkop). Nixtieq nistaqsi għalfejn, wara li s-soltu jinfexx jgħajjar lir-residenti għar-raġuni li lmentaw, infexx jgħajjar lill-Kandidat Pawlu Bugeja- għar-raġuni li organizza laqgħa għall-barranin bla ma avża lil sħabu, (ġodda) Laburisti u infexx jgħajjar lill- handyman li ma apprezzax kemm jaqla' flus f 'overtime minn mindu beda jmur il- Qawra jaqta' s-siġar. Ritratt: Ray Attard