Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
18 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Infantaliżmu politiku TONI ABELA R ajt id-dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat, u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil. Kemm ili insegwi l-politika, issa 'l fuq min erbgħin sena, battibekki politiċi ta' kull xorta smajt. Iżda waħda bħal dik fil-programm "Times Talk" ta' din il-ġimgħa qatt ma smajt u konvint mhux ser nerġa' nisma'. Meta Simon Busuttil xela lill- Prim Ministru tiegħu li qiegħed jixxaħħam, inkiteb kapitlu iswed fl-istorja tal-politika tagħna. Trid tkun infantili biex takkuża lill- Prim Minsitru tiegħek b'tixħim għaliex skont inti tender kienet iċċensurata mill-Awditur. Li kieku l-kejl tat-tixħim kellha tkun il- kritika li għamel kuldarba l-Awditur Ġenerali dwar skorrettezzi u/jew irregolaritajiet proċedurali fl-għotja ta' tenders, kieku il-Gvern li kien hemm qabel suppost hu l-belt kapitali tat-tixħim. Iżda kontra qalbi jkolli ngħid , li l-Kap tal-Oppożizzjoni jsofri minn infantiliżmu politiku. Trid tkun tifel u nieqes minn kull maturità politika biex takkuza lill-Prim Minsitru tiegħek li xxaħħam daqslikieku għandek provi skjaċċanti dwar tixħim. Meta għamel din l-akkuża kien jaf li qiegħed jgħid ħwejjeġ li mhumiex minnhom bil-ħsieb li jagħmel kapital politiku u minflok, ġibed fuqu l-kritika ta' anke min suppost miegħu. Tant mhux minnu. Tant ħareġ barra l-linja tar-raġuni, li ħadd minn dawk li għandu madwaru ma għamel tiegħu din ix-xilja attroċi. L-anqas il-media tal-Partit tiegħu ma rraportajtu għax fl-istorja ta' pajjizna qatt ma saru akkużi daqshekk gravi mingħajr bażi u verità lil xi Prim Ministru daqs dik li smajna joħroġ biha l-Kap tal-Oppożizzjoni. Li kieku kienet veru, li mhux biss mhux veru, iżda ħwejjeġ li lanqas ma noħolmuhom - ukoll tgħidha b'mod diskret u ċirkospezzjoni. Kien hawn min argumenta li l-Prim Ministru messu jagħmillu libell. Fuq dikjarazzjonijiet li huma fihom infushom nieqsa minn kull verità, ma tħalli lil ebda magistrat jiddeċiedi dwarhom. Jiddeċiedu dawk li jkunu qegħdin jisimgħu għaliex wara kollox l-aħjar ġudizzju huwa tan-nies u mhux f 'Awla ta' Qorti. Meta darba attakawni inġustament bi ħwejjeġ li qatt m'għamilt jien ħallejt lill-poplu jiġġudika. Sa lejliet l-elezzjoni, fi programm "oġġettiv għall-aħħar" ta' Norman Vella, Simon Busuttil talabni għall-għaxar darba nirreżenja minn Deputat Mexxej tal-PL. It-tweġiba tiegħi kienet: inħallu lin-nies ftit tas-sigħat oħra jiddeċiedu min minna għandu jirreżenja, b'referenza għar-riżultat elettorali. Jiena bqajt hemm, u hu, flok telaq mhux biss baqa' hemm, iżda sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Mhux hekk biss, diġà beda jħejji li jibqa' fil- kariga anke f 'każ ta' telfa elettorali oħra. Meta mistoqsi jekk jibqax Kap tal-Partit Nazzjonalista jekk tintilef l-elezzjoni minn dan il-partit, fl- istil infantili f 'sens politiku wieġeb: skont xi jkun ir-riżultat! Dak huwa l-istil Ewropew ta' tmexxija, meta fl- Ewropa il-veru mexxejja, anke jekk jitilfu elezzjoni bi ftit voti, ukoll jirriżenjaw. Iżda mhux f 'kollox jimitaha lill-Ewropa. Mhux il-Prim Ministru jrid jiddefendi ruħu mill-akkuża gravi li saritlu mill-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda jrid ikun hu li jissostanzja dak li qal. Wara x-xilja gravi li Simon Busuttil għamel lill-Prim Ministru, kont nistenna li jkun hawn min jistaqsih jissostanzja dak li qal. Iżda silenzju perfett, anke min- naħa tal-media tal-Partit Nazzjonalista stess. Kieku dan ġara f 'pajjiżi bħall-Ingilterra, l-istampa kienet tgħidlu "prove or resign", għaliex dawn mhumiex affarijiet ta' nies responsabbli, iżda ta' min għadu tfal u immaturax politikament. Hija ħasra lil l-Oppożizzjoni għandha kap ta' din ix-xorta li flok isalvaha qiegħed ikompli jgħarraqha. Kont ħsibt li minn wara l-elezzjonijiet ġenerali li għaddew kien tgħallem. Kont ħsibt li wara xi żmien ta' ibernazzjoni politika, kien ser joħroġ bniedem differenti. Iżda bi sfortuna għad-demokrazija, u mhux għal xi partit jew ieħor, baqa' l-istess - għadu infantili. Hekk kif kien qabel l-aħħar elezzjonijiet ġenerali. Niftakar li din kienet l-attitudni ta' Simon Busuttil fl-aħħar kampanja elettorali. Għal kull ħaġa ta' xejn kien il-ħin kollu jakkuża li l-Partit Laburista li qiegħed jikkoppja l-manifest tal-Partit Nazzjonalista, li l-awtur tiegħu kien hu stess. Apparti li dan ma kienx assolutament minnu, dan kien l-inċident li wassal għall-famuż inċident umoristiku meta għidtlu li kien qisu bħat-tfal f 'bitħa tal-iskola, jikkompeti ma' min għandu l-akbar banana. Dakinhar kont għidtlu wiċċ imb wiċċ li kien qiegħed isoffri minn infantiliżmu politiku. Kont ġbitlu l-attenzjoni li kien qiegħed jiżbalja għaliex dak li qiegħed jirreferi għalih kien konverġenza politika. Ma setax jifhem li kien hemm proposti simili fiż-żewġ manifesti għaliex iż-żewġ partiti ltaqgħu mal-istess stake holders soċjali biex fasslu l-manifesti elettorali rispettivi tagħhom. Baqa' jinsisti li l-PL kien qiegħed jikkoppja minn fuq l-PN. Meta rajt li ma setax jifhem qtajt qalbi minnu. Ftit tal-jiem wara il- poplu ta l-ġudizzju tiegħu u kulħadd jaf x'kien. L-infantiliżmu politiku jwasslek biex tagħmel u tgħid affarijiet li ma jagħmluhomx il-kbar...il-kbar mhux fl-età iżda fil-politika! "Meta mistoqsi jekk jibqax Kap tal-Partit Nazzjonalista jekk tintilef l-elezzjoni minn dan il-partit, fl-istil infantili f 'sens politiku wieġeb: skont xi jkun ir- riżultat! Dak huwa l-istil Ewropew ta' tmexxija " "Kieku dan ġara f 'pajjiżi bħall-Ingilterra, l-istampa kienet tgħidlu " prove or resign", għaliex dawn mhumiex affarijiet ta' nies responsabbli" Ritratt: Ray Attard