Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 I nt u nieżel (jew tiela') lejn l-Università hemm graffit imdaqqas bil- kliem "Jien Charlie Hebdo". Għaddew xhur issa mit-traġedja f 'Pariġi u t-terroriżmu reġa' għolla rasu proprju din il-ġimgħa bil-qtil ta' (sal-mument li qed nikteb dan l-artiklu) tlieta u għoxrin ruħ, fil-maġġoranza tagħhom turisti fuq vapur li niżlu l-art għal ftit. Bilfors li hemm raġuni għala din it-traġedja ma ġibditx l-attenzjoni li ġibdet l-oħra ta' Charlie Hebdo. Pereżempju ħadd f 'Malta ma mar jixgħel ix-xemgħat ħdejn il-monument Love f 'San Ġiljan. Donnu li mhux il-qtil ta' kulħadd huwa ikrah; donnu hemm imwiet ikreh minn oħrajn. Forsi kienet tkun storja differenti, ma nafx, kieku fost it-tlieta u għoxrin fit-Tuniżija kien hemm xi ġurnalisti, xi ismijiet magħrufa. Forsi kienet tkun storja differenti kieku l-massakru seħħ f 'belt oħra, f 'pajjiż jew f 'kontinent ieħor. Charlie Hebdo, bl-irreverenza u ħafna drabi l-infantilezza tiegħu, sar simbolu tal-libertà tal-kelma. In-narrattiva wara t-traġedja f 'Pariġi kienet li r-rivista, li ftit li xejn kienet tinxtara qabel il-massakru tal-editorija, tinkorpora l-libertà tal-espressjoni, anki jekk l-espressjoni hija kattiva. Charlie Hebdo mhux biss beda jittieħed bħala s-simbolu tal-libertà stil tas-seklu wieħed u għoxrin, talli sar is-simbolu taċ-ċiviltà Ewropea. "Jien Charlie Hebdo" suppost li sar il-firma tal-Ewropejiżmu, tal-libertà u d-demokrazija. Speċi ta' "liberi dejjem; liberi f 'kollox anki (anzi l-aktar) biex inweġġgħu". U ħafna li bdew jibdlu r-ritratt tagħhom fuq Facebook mal-logo ta' Charlie Hebdo jew ma' lapes ittemprat sewwa hekk, f 'daqqa waħda, bdew iqisu lil dawk li jitmeżmżu meta tmissilhom it-twemmin bħala retrogradi, konservattivi, antiki, jew fi kliem aktar dirett, lura jekk mhux ukoll primittivi. Il-qtil f 'Pariġi reġa', għal darba oħra, fetaħ beraħ id-diskors dwar il-libertà tal-espressjoni, id-dilemmi u l-kontroversi li dan is-suġġett minn dejjem ħalaq. U proprju ftit tal-ġranet ilu, għalkemm fuq nota ħafna inqas traġika, reġa' qam id-diskors wara li l-istilisti u eks maħbubin Domenico Dolce u Stefano Gabbana, taw intervista fuq Panorama li fiha għaddew rimarki qawwija fuq il- familji ffurmati minn koppji omosesswali. Dolce u Gabbana ma jabqlux li l-omosesswali jiżżewġu u inqas u inqas li għandhom irabbu l-ulied. Għalihom dawk it-trabi li jitwieldu bl-IVF huma sintetiċi u l-ommijiet sostituti huma ġwief għall-kiri. Kliem qawwi; kliem iebes li, kemm Dolce u kemm Gabbana, ħassew li kellhom id-dritt jgħiduh waqt intervista f 'rivista ippubblikata f 'pajjiż fl-Ewropa tal-Punent, ġar tal-pajjiż fejn ġie mmassakrat Charlie Hebdo. Il-kantant Elton John, missier ta' żewġt itfal flimkien ma' żewġu David Furnish, ħass li dan il-kumment kien qiegħed jattakka lil bosta, mhux biss lil dawk il-ġenituri omosesswali bħalu, imma anki dawk eterosesswali li għandhom ulied b'intervent IVF. John jikkundanna lil Dolce u Gabbana u jagħmel appell biex jiġu bbojkottjati l-prodotti tagħhom li wara kollox, ikompli l-kantant, huma arkajċi daqs l-ideat li esprimew waqt l-intervista. Diversi għaqdiet li jirrappreżentaw lill- omosesswali ħarġu stqarrijiet u anki niżlu fit-toroq b'appoġġ għall-appell ta' John, speċjalment wara li Dolce sejjaħ lill-kantant 'faxxist' għaliex, skontu, John mhuwiex liberali biżżejjed biex jittollera l-espressjoni ta' min ma jaqbilx miegħu. Ma' dawn l-għaqdiet ingħaqdu ħafna VIPs, anki jekk kien hemm VIPs oħrajn li ħassew li għandhom jalleaw irwieħhom mad-D u G. U terġa' tfaqqa' l-kontroversja jekk Dolce kellux id-dritt jgħid li jħoss, li l-ulied għandhom ikunu f 'familja ffurmata minn raġel u mara (bħalma kienet il-familja li twieled fiha hu) u jekk kellux id-dritt juża kliem qawwi bħal "tfal sintetiċi". Il-kontroversja D u G u Elton John, ma qamitx, b'xorti tajba, wara massakru mdemmi. Jekk il-bojkott iddikjarat minn John jaħdem forsi jnixxi ftit dmija l-ġid kbir ta' Dolce u ta' Gabbana ...jekk. Imma żgur li dan il-każ ikompli jixhed kemm il-kwistjoni tal-libertà tal-espressjoni, bħal ħafna każi oħrajn, huwa mgħobbi b'konsiderazzjonijiet li attwalment imorru lil hinn mill-każ innifsu. Pereżempju, ma nafx x'naqbad nistħajjel li kien jiġri kieku l-istess sentimenti espressi minn Dolce u Gabbana ma ġibdux l-attenzjoni ta' Elton John. Ma nafx kienx ikun hemm xi ħadd bħal Victoria Beckham li toħroġ tgħid li se tibbojkottja lil DuG kieku Elton John m'għamilx l-appell għall- bojkott. U ma nafx jekk 'it-tfal sintentiċi' kinux isibu min jaqbeż għalihom li kieku ma ħassux offiż persunaġġ tal- popolarità ta' Elton John. IL-KARITÀ In-Nazzarenu kien jgħallem lid-dixxipli tiegħu li l-id ix-xellugija m'għandha qatt tkun taf x'għamlet il-leminija u viċiversa, m'għandniex xi ngħidu. Kien jgħallimhom ukoll li meta wieħed jagħmel il-karità m'għandux idoqq it-trombi bħalma jagħmlu l-ipokriti fis-sinagogi u fit- toroq biex b'hekk jiġu onorati min-nies tad-dinja. In-Nazzarenu ma tantx kellu simpatija għal dawk li jużaw it-tjieba għall-gwadann personali. Ma tridx wisq kristoloġija biex tistħajjel x'kien jgħid in-Nazzarenu li kellu jiftaħ il-gazzetta u jara li dawk li b'delizzju jisparaw fuq l-għasafar marru jibnu skola fl- art tal-foqra u jagħtu d-dmija ftit ġimgħat qabel dan id- delizzju jitħalla f 'idejn ir-rieda tal-poplu. Din li l-kaċċaturi ta' Malta f 'daqqa waħda saru xempju tat-tjieba u l-ħniena għar-raġuni ovvja li jridu jiġbdu s-simpatija ħalli n-nies iħalluhom itertqu t-tjur hija biċċa fariżejiżmu agħar minn tal-Fariżej infushom. Ngħiduha kif inhi: mhux dawk li joqtlu t-tjur b'delizzju biss iħalltu l-ħniena mal-gwadann elettorali. Sfortunatament hija formula antika din, li donnha taħdem u l-qattiela tat-tjur irrikorrew għaliha bit-tama li taħdem għalihom ukoll. IMMANUEL MIFSUD DWAR IL-QTIL (U L-KARITÀ) Dolce u Gabbana ma jaqblux li l-omosesswali jiżżewġu u inqas u inqas li għandhom irabbu l-ulied AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT "Donnu li mhux il-qtil ta' kulħadd huwa ikrah; donnu hemm imwiet ikreh minn oħrajn"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015