Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt D in il-ġimgħa l-Prim Ministru Joseph Muscat ippreżenta pjan għall-qasam tas-saħħa maħsub biex jibdel radikalment is-sistema kollha tas-saħħa f 'pajjiżna. Pjan li, skont il-Prim Ministru stess, hu mistenni li jindirizza l-problemi kurrenti l-qasam tas-saħħa u jdawwarhom f 'opportunità. Dan il-proċess se jsir permezz ta' ehim mal-Università Queen Mary biex f 'Għawdex tinfetaħ l-Università Medika ta' Barts and e London School of Medicine and Dentistry. L-investiment li ħabbar il-Prim Ministru qed jitqies bħala wieħed mill-akbar investimenti fil-qasam tas-saħħa mill-privat f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u l-akbar investiment tat-tip tiegħu fil-gżira Għawdxija. Investiment li se jfisser injezzjoni ta €200 miljun fl- ekonomija u fil-qasam tas-saħħa. Il-ftehim li laħaq il-Gvern ma' Barts hu mistenni li jiftaħ it-triq għall-opportunitajiet ta' edukazzjoni u xogħol għal dawk l-istudenti li jistudjaw il-mediċina u d-dentistrija, kemm f 'Malta kif ukoll f 'Għawdex. Din l-iskola medika kienet ġiet imwaqqfa meta ssieħbu flimkien il-London Hospital Medical College, il-Medical College of St. Bartholomew's Hospital u l-Queen Mary and Westfield College. L-iskola ta' Barts kienet minn ta' quddiem fl-iżvilupp ta' kurrikulu modern mediku u dentali. Hija magħrufa wkoll għall-fatt li tipprovdi lill-istudenti li jattendu opportunità unika ta' tagħlim billi tesponi lill-istudenti għal sitwazzjonijiet, xenarji u riċerka ffukata fuq kundizzjonijiet bħad- dijabete, mard tal-qalb, tuberkulożi, mard kroniku fil-pulmun, HIV u l-kanċer. Hija wkoll rikonoxxuta għat-tagħlim tal-aqwa kwalità fl- oqsma tal-mard kardjovaskulari u l-kanċer. Intant mal-aħbar tal-Prim Ministru, ħafna kienu dawk li kkummentaw dwar il-problemi fil-qasam tas-saħħa, problemi li ilhom għaddejjin għal snin twal fejn ħafna kienu ttamaw li bil-ftuħ tal-isptar Mater Dei tmien snin ilu, il-qasam tas-saħħa kien se jkun, skont kif kien jgħid u jwiegħed il-Partit Nazzjonalista fil-gvern, sptar state-of-the-art u li se jwassal biex pajjiżna jkollu l-aqwa servizz tas-saħħa u t-tmiem tal-problemi li l-poplu kien jesperjenza fl-isptar San Luqa. Illum, il-Partit Laburista fil-gvern, qed juri biċ-ċar li hu impenjat biex verament isolvi l-problemi li kien ilhom ikaxkru għal snin twal. Il- mediċini out-of-stock u n-nuqqas ta' sodod huma fost il-prijoritajiet li l-Gvern qed iżomm 'il fuq fuq l-aġenda tiegħu filwaqt li jkompli jisħaq li s–servizzi tas-saħħa jibqgħu b'xejn kif kien wiegħed qabel l-elezzjoni ġenerali ta' sentejn ilu. Il-ftuħ tal-iskola medika f 'Għawdex mhux biss intenzjonat li jsaħħaħ il-qasam tas-saħħa iżda hu intenzjonat ukoll li jkompli jiġġenera l-ekonomija fil-gżira Għawdxija. In-numru ta' tobba u studenti li se jkunu qed jistudjaw u jaħdmu f 'Għawdex se jkunu qed jikkrontibwixxu direttament lejn l-ekonomija hekk kif il-korsijiet tal-mediċina huma twal ħames snin. Apparti t-tobba u l-istudenti hemm marbut ukoll ma' dan il-proġett il-qasam tat-turiżmu mediku, settur li kull ma' jmur qed dejjem jikber u li s'issa pajjiżna ftit li xejn gawda minnu għajr għal xi servizzi li kienu pprovduti minn xi sptarijiet privati. Għalhekk, il-ftehim ta' din il-ġimgħa hu ftehim importanti ħafna għal pajjiżna, kemm mil-lat ta' servizzi mediċi u kif ukoll mil- lat ekonomiku. Ftehim li għandna nkunu kburin bih ilkoll. €200 miljun fl-ekonomija u fil-qasam tas-saħħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015