Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

IKTAR minn 220 ruħ inġabru għall-ġibda tal- ajruplan DHL Express għall-Istrina. Tnax-il tim ingħaqdu fil-Park tal-Avjazzjoni f 'Ħal Safi biex jipprovaw jiġbdu l-ajruplan Boeing 757-200 Special Freighter, li jiżen 60 tunnellata, distanza ta' 20 metru kull darba. L-ajruplan kien wasal iktar kmieni bit-tagħbija tas-soltu ta' pakketti u dokumenti għall-klijenti ta' DHL Express. Fost l-impjegati ta' numru ta' kumpaniji li marru kien hemm dawk ta' FTIAS Back Office Services, Technoline, il-Bank Ċentrali ta' Malta, 42 Marketing, GO plc, Ganado & Associates, MedServ, V. Spiteri & Sons u DHL Express infushom. Kien hemm ukoll voluntiera minn numru ta' assoċjazzjonijiet lokali, fosthom Phoenix SC, li organizzaw l-avveniment flimkien ma' DHL Express, l-iScouts ta' Tas-Sliema, Forge Cross Fit, MCS Malta u l-Malta Drug-Free Power Lifting Association. Il-voluntiera kollha taw €10 kull wieħed, li se jingħataw bħala donazzjoni lill-Istrina. L-għan kien li jinġabru iktar flus mis- sena l-oħra, meta s-somma telgħet għal €1,500. Biex tirrikonoxxi l-isforz tagħhom, il-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, marret biex tirringrazzja l-voluntiera personalment u biex tara persuna waħda, Tony Farrugia, jagħmel tentattiv biex jiġbed l-ajruplan waħdu, li iżda ma rnexxietx. Ġie miżmum il-ħin tal- isforz ta' kull grupp. L-aħjar ħin tal-ġurnata kienet dik tat-23 raġel minn V. Spiteri & Sons li koprew l-20 metru f '19.84 sekondi. Fit-tieni post kien hemm il-grupp ta' DHL Express b'20.31 sekondi u warajhom kien hemm dak tal-MedServ b'20.69 sekondi. GAMINGMALTA – Fondazzjoni ġdida bil- għan li tippromwovi lil Malta bħala ġurisdizzjoni ewlenija fl-industrija tal- gaming - kienet imnedija uffiċjalment aktar kmieni llum mis-Segretarju Parlamentari għall- Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku, l-Onorevoli Dr. Josè Herrrera u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija dwar il-Logħob (MGA), is-Sur Joseph Cuschieri. It-tnedija uffiċjali saret fil-Casino Maltese fil-Belt Valletta. Fl-indirizz tiegħu lil- mistiedna u lill-membri tal-media waqt din l-attività, is-Segretarju Parlamentari enfasizza l-impenn tal-Gvern lejn l-industrija tal-gaming f 'Malta. Hu żied jgħid li "l-għan ta' GamingMalta hu li tippromwovi u tkabbar il-profil ta' Malta bħala ġurisdizzjoni internazzjonali f 'termini ta' liċenzjar u regolamentazzjoni tal- kumpanniji tal-gaming, kif ukoll ċentru ta' eċċellenza fl-evoluzzjoni kontinwa tal-industrija tal-gaming." L-Onorevoli Dr. Herrera ikkonkluda billi rringrazzja lil dawk kollha involuti sabiex din l-idea tal-Fondazzjoni GamingMalta saret realtà. Min-naħa tiegħu, il- Kap Eżekuttiv tal-MGA spjega kif GamingMalta "se sservi bħala pjattaforma biex tgħaqqad il-partijiet interessati, inkluż l-operaturi u l-intermedjarji, flimkien mal-MGA bħala r-regolatur, biex itejbu l-komunikazzjoni ta' bejniethom u jiżguraw li s-servizz ta' appoġġ li jiġi pprovdut, mhux biss jilħaq imma saħansitra jantiċipa l-ħtiġijiet ta' din l-industrija." Is-Sur Cuschieri tkellem ukoll dwar l-għan ta' GamingMalta li tiżviluppa lil Malta bħala simbolu importanti fl-aspetti kollha relatati ma' din l-industrija u biex timplimenta l-istrateġija u r-roadmap tal-awtorità li ġiet żviluppata għall- industrija. Is-Sur Cuschieri introduċa l-ewwel chairman ta' GamingMalta li huwa l-Ing. Christian Sammut li bħalissa hu l-Kap Eżekuttiv ta' BMIT. "GamingMalta hi pass importanti sabiex is-settur tal-gaming f 'Malta jkompli jispikka, permezz ta' ideat innovattivi li jwasslu l-industrija 'l quddiem permezz ta' riċerka u marketing dinamiku," temm jgħd il-Kap Eżekuttiv tal- MGA. 24 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Jogħla l-profil ta' Malta permezz tat-tnedija ta' GamingMalta Jiġbdu ajruplan għall-Istrina

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015