Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 25 Imnedija l-kampanja ta' promozzjoni tal-BOV Credit Cards SIDIEN ta' karti tal-kreditu tal-BOV li jħallsu bil-kard tagħhom bejn il-15 ta' Marzu u s-6 ta' April ser jidħlu fiċ-ċans li jirbħu BOV MasterCard Prepaid Card ta' €50. "Il-parteċipazzjoni fil- kampanja ta' promozzjoni tal-karti tal-kreditu tal-BOV għal żmien l-Għid hija waħda awtomatika, fejn il-klijenti jingħataw ċans wieħed għal kull xirja li jagħmlu ta' mhux anqas minn €25 meta jħallsu bil-karta ta' kreditu," qal Michael Galea, Chief Electronic Banking Officer tal- Bank of Valletta. Is-Sur Galea spjega li, wara s-suċċess ta' promozzjonijiet oħrajn simili li saru għal żmien il-Milied u Jum San Valentinu, għal darb'oħra l-bank qed joffri inċentiva, filwaqt li jħeġġeġ aktar lill- klijenti tiegħu sabiex jużaw il- karti ta' kreditu meta jħallsu. "L-użu tal-karti tal- kreditu dejjem qed jiżdied, sena wara l-oħra. Il-kards huma mod faċli, effiċjenti u sigur biex wieħed jagħmel it-tranżazzjoni tiegħu, u għaldaqstant qed isiru dejjem aktar popolari ma' numru dejjem jikber ta' klijenti," żied is-Sur Galea li kompla jispjega kif il-qligħ globali mill-kards li għamel il-bank f 'dawn l-aħħar tnax-il xahar qabeż il-biljun ewro għall-ewwel darba. Il-kards joffru numru ta' benefiċċji fosthom il-fatt li jipprovdu protezzjoni lil sid il-kard u versatilità meta jagħmel xi tranżazzjoni, kemm mill-ħwienet kif ukoll meta jixtri onlajn. Illum Bank of Valletta joffri s-servizz 3D Secure, liema servizz joffri livell ogħla ta' sigurtà meta l-klijenti jużaw il-BOV Visa u l-BOV MasterCards għal ħlas onlajn minn ħwienet parteċipanti. Din il-protezzjoni addizzjonali tingħata permezz ta' kodiċi li l-klijent jirċievi fuq il- mowbajl li jawtorizza t-tranżazzjoni, u għalhekk titnaqqas il-biżgħa li l-kard tintuża mingħajr awtorizzazzjoni. Il-lotterija ser tittella' fl-20 ta' April 2015. Għaxar klijenti li isimhom jittella' bil-polza ser jiġu kkuntattjati mill-Bank u jintalbu jwieġbu mistoqsija ħafifa sabiex ikunu jistgħu jirbħu l-premju. SmartCity u NASSCOM ser itejbu l-livell ta' kooperazzjoni LEĊĊELLENZA Tiegħu Abdullatif AlMulla, Chairman ta' SmartCity Malta u CEO ta' SmartCity Dubai, kellu diskussjonijiet estensivi mal-mexxejja ta' NASSCOM matul l-NILF 2015 Leadership Forum intitolat 'Id-Dinja fl-2020: Nibnu l-Futur Diġitali', li sar fil-belt ta' Mumbaj, ġewwa l-Indja. NASSCOM kien irrappreżentat miċ-Chairman, is-Sur R Chandrasekaran, u mill-President, is-Sur R. Chandrasekhar, filwaqt li s-Sur AlMulla kien akkumpanjat minn Dr Baju George, Direttur Maniġerjali, u Anirudha Damkey, Chief Investiment and Financial Officer ta' SmartCity. Wara l-iffirmar tal- MOU bejn SmartCity u NASSCOM f 'Malta f 'Lulju tal-2014, is-Sur AlMulla u s-Sur Chandrasekaran qablu li jtejbu l-livell ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet sabiex il-kumpaniji li joperaw f ' SmartCity Malta, f 'Kochi u f 'Dubai, kif ukoll il-membri ta' NASSCOM, jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod reċiproku. Qablu wkoll li jiffurmaw 'Chapter' tan- NASSCOM fl-UAE, li se jkun inizjalment ibbażat f 'Dubai. Iż-żewġ naħat iddeċidew li jiffurmaw grupp ta' ħidma biex jiffinalizzaw il-passi li jmiss. Matul il-konferenza tan- NASSCOM, waħda mis- sessjonijiet kienet iddedikata lil SmartCity. Din kienet intitolata '100 SmartCities; Kif se mmorru l-quddiem?' Is-sessjoni iddiskutiet il-passi varji meħtieġa sabiex jiġu kkreati u mfassla mill-ġdid bliet li jippermettu kwalità aħjar tal-ħajja kif ukoll użu aħjar u aktar effiċjenti tar- riżorsi. Il-proġett SmartCity intwera bħala mudell ideali mis-CEO ta' SmartCity Kochi, is-Sur Gigo Joseph. Id-diskussjoni tal-panel, li kienet tinkludi bħala membri lis-Sur R. Chandrasekharan, Chairman tan-NASSCOM, lil Ms Karuna Gopalan, mill-Founder Foundation for Futuristic Cities, u lil Dr Sumit D Chowdhury, President tar-Reliance Jio, ġiet immoderata mis-Sur Govind Ethiraj ta' PING Network .