Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum Manchester City jnaqqsu d-distakk minn ma' Chelsea għal 3 punti Wilfried Bony jiskorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta' Manchester City fir-rebħa konvinċenti ta' 3-0 tal-Blues kontra West Bromwich Albion MANCHESTER City naqqsu d-distakk minn mal-leaders Chelsea għal 3 punti, għalkemm huma lagħbu żewġ logħbiet iktar mit-team immexxi mill-Ispecial One, Josè Mourinho. Dan hekk kif ġewwa darhom fl-Etihad Stadium ma tantx batew biex għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor konvinċenti ta' 3-0. U dan, hekk kif WBA kienu sfortunati li spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara biss żewġ minuti logħob meta tkeċċa għalihom il-plejer Gareth McAuley. Il-gowls għall-Blues waslu minn Wilfried Bony, Fernando u David Silva. F'logħba oħra li ntlagħbet f 'White Hart Lane, rajna xejn inqas minn seba' gowls hekk kif Tottenham Hotspur ġewwa darhom għelbu lil Leicester City bl-iskor ta' 4-3 bil-gowls għall-Ispurs jaslu minn tripletta ta' Harry Kane b'wieħed mit-tliet gowls jasal minn penalty waqt li l-gowl l-ieħor għat-tim immexxi minn Mauricio Pochetino wasal minn awto-gowl sfortunat tal- plejer ta' Leicester City, Jeffrey Schlupp. Min-naħa l-oħra t-tliet gowls għal Leicester City waslu minn Jamie Vardy, Wes Morgan u David Nugent. Arsenal barra minn darhom għelbu lil Newcastle United bl- iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għall-Gunners jaslu fl-ewwel taqsima minn doppjetta ta'Olivier Giroud f 'temp ta' erba' minuti biss. Il-gowl waħdieni għall-Magpies wasal minn Moussa Sissoko fid-49 minuta. Swansea City barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Aston Villa bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni għal Swansea City jasal minn Bafetimbi Gomis fis- 87 minuta. Southampton, ġewwa darhom għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-0 biż-żewġ gowls għas-Saints jaslu minn Shane Long u awto-gowl sfortunat tal- plejer ta' Burnley, Jason Shackell fit-58 minuta. Crystal Palace barra minn darhom kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Glenn Murray u Wilfried Zaha f 'temp ta' erba' miunti biss. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn Mame Biram Diouf fl-14 -il minuta, li kien il-gowl li bih Stoke City kienu propju marru fil-vantaġġ. West Ham United ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku għall-Hammers fil-logħba jasal minn Diafra Sakho fit-88 minuta. Intant fil-Kampjonat Taljan, Serie A TIM, Chievo Verona ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi fir-rebħa minima ta' 1-0 konta Palermo bil-gawl waħdieni għalihom jasal minn Alberto Paloschi fis- 36 minuta. Tajjeb ngħidu li Chievo Verona fallew penalty permezz tal-istess awtur tal- gowl Alberto Paloschi fit-62 minuta waqt li Palermo spiċċaw il-logħba jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Sinsia Andelkovic hekk kif irċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' 25 minuta.