Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 SPORTSillum Aloysians Żmerċ jiddominaw u jirbħu l-Kampjonat tal-Handball tan-nisa ILKAMPJONAT tal- Handball tan-nisa 2014/2015 kien wieħed pjuttost impenjattiv. F'dan l-istaġun żdied tim ieħor li żgur kabbar il- kompetizzjoni u l-intensità ta' ċertu logħob. Fil-bidu tal- istaġun, it-tim ta' Aloysians Żmerċ kellu xi tibdiliet. Kien hemm xi plejers veterani li kellhom jieqfu kif ukoll kien hemm plejers li ngħaqdu ma' dan it-tim. Fosthom kienet il-plejer barranija Dana Badea li kienet uriet ix-xewqa li ssir plejer tal-Aloysians u dan il-klabb ħadem biex din ix- xewqa ssir realtà. Din il-plejer għamlet impatt pożittiv fuq il-kwalita' tal-logħob ta' dan it-tim li diga' kellu bażi solida fuq xiex jaħdem u b'hekk iżid il-forza tiegħu. Il-kowċ Milos Stansiavljevic kellu l-għan li jiffoka fuq il-kampjonat u jerġa jikseb it-titlu għat-tieni sena konsekuttiva. Għan ieħor kien li jkompli jrawwem lil plejers żgħar, li fl- istaġun li għadda kienu wrew il-potenzjal tagħhom. Plejers bħal Janice Bonniċi, Andy Giusti u Jade Micallef li matul l-istaġun ta' qabel kellhom mixja ta' formazzjoni tajba taħt dan il-kowċ u fl-istaġun 2014/2015 kien il-mument fejn huma kien se jkollhom iktar spazju fejn jimirħu u jżidu l-kontribut tagħhom fi ħdan dan it-tim. Addizzjoni oħra kienet l-għajnuna tal- Kowċ Ionella Barcanescu li flimkien ma' Milos Stanisavljevic bdiet tgħin fit-taħriġ tal-plejers. Dawn kienu biss addizzjonijijet għall-kwalitajiet li diġà kellu dan it-tim. Ir-rwol ta' captain tat-tim baqa' fl-idejn abbli tal- plejer Brenda Mamo. Plejer li rebħet bosta titli ma' dan it-tim u li rebħet ukoll bosta unuri personali ta' l-aqwa plejer tal-handball ta' Malta kif ukoll l-aqwa scorer. Fil-bidu tal-istaġun u b'dawn il-bidliet, it-tim tal- Aloysians kellhom bidu ftit inċert. Sabiex it-tim jibda jaħdem tajjeb u s-sinerġija tat-tim terġa tilħaq l-aqwa tagħha, kulħadd kellu jkollu dedikazzjoni u rieda biex flimkien jaslu għall-aqwa riżultati possibbli. Għall- ewwel sakemm il-kowċ beda jipprova il-formazzjonijiet differenti u l-plejers bdew jerġgħu jidraw lil xulxin dan ma kien xejn faċli. Kien hemm mument turbolenti fejn kienu tassew prova iebsa għal dan it-tim. Iżda f 'mumenti ta' diffikulta' l-unita' ta' tim solidu toħroġ iktar u l-elementi pożittivi ta' kull plejer bdew jinħassu u jitqawwew. Sakemm instab il-bilanċ, it-tim tal-Aloysians Żmerċ tilef xi logħbiet tal- MHA Cup u s-Super Cup però dawn il-logħbiet servew ta' għajnuna biex il-kowċ u l-plejers raw x'ma kienx qed jaħdem u t-trejning kien propju ffukat biex dawn l-affarijiet jitranġaw. B'hekk x'ħin beda l-kampjonat, it- tim tal-Aloysians kien iktar magħqud u armat bi plejers li jafu xi jrid minnhom il-kowċ biex flimkien jirbħu kull logħba possibbli. It-timijiet fil-kampjonat tal-Handball tan-nisa, din is-sena, kienu ħamsa: L-Aloysians, La Salle, Luxol, Phoenix u Kavallieri. Kull tim kellu elementi pożittivi biex ikabbru s-sens ta' kompetizzjoni f 'din il-logħba. Fl-andament tal-logħob deher li tlett timijiet kienu qed jissieltu sew għat-titlu tal-kampjonat. Aloysians u La Salle, li fix-xena tal-Handball lokali, huma ż-żewġ timjiet li ħafna drabi jkunu fil-quċċata tal-klassifika. U din is-sena kien hemm sorpriża bit-tim tal-Kavallieri li daħlu fl- ewwel diviżjoni għall-ewwel darba dan l-istaġun u kellhom wirja tajba ħafna. Il-Handball tan-nisa kellu qabża fi kwalita' fejn il-logħba saret waħda iktar veloċi. Dan grazzi għal kull min qed jaħdem bis-sħiħ kemm minn naħa ta' klabbs u kemm minn naħa tal- Malta Handball Association. Il-Klabb tal-Aloysians ukoll induna li fil-kampjonat tan-nisa kien hemm bżonn iktar logħob impenjattiv u attrajenti, u l-bidliet li nvesta fihom wettqu propju dan. Aloysians Żmerc bdew jagħtu wirja ta' Handball interessanti. Id-duo Brenda Mamo u Dana Badea bdew jidraw iktar l-logħob ta' xulxin u sa l-aħħar tal-istaġun dawn iż-żewġ plejers bdew joħolqu azzjonijiet tassew sbieħ. Il-Plejers ċentrali bdew ukoll iżidu fl-intensita' tal-logħob tagħhom kif ukoll bdew jaħdmu iktar sabiex jutilizzaw il-wing plejers. Din is-sena l-wing plejer Rebecca Bonello daħlet iktar fil-logħba u kienet determinanti f 'xi wħud mill-logħob. L-istess jista' jingħad għall-plejer Sarah Scicluna li kellha bidu daqsxejn iebes f 'ċertu logħob fil-bidu tal-kampjonat. Scicluna bdiet tirkupra, u sa l-aħħar din il-plejer reġgħet sabet il-grinta ġusta sabiex tkun essenzjali għat- tim tagħha. Plejer oħra li kellha rwol importanti f 'dan it-tim hija Kristina Gatt li sfortunatament sforz ta' injury kellha toqgħod fuq il-bankina u tilfet bosta logħbiet. Iżda id-determinażżjoni ta' din il-plejer għenet biex tirkupra kemm jista jkun malajr u għal ċerti logħob kienet pedina importanti. Il-goal-keepers Marylyn Aġius u Dorianne Tabone ukoll kienu kruċjali fil-mixja tal-Aloysians għar- rebħ tal-kampjonat. Dawn dejjem kienu s-sinsla tad- difiża ta' Aloysians Żmerċ u s-saħħa ta' dan it-tim tinbet mid-difiża tajba u solida li dejjem kellhom. Kull plejer fi ħdan dan it-tim kienet element essenzjali u kull waħda minnhom kienet fuq l-istess binarju bl-għan li fl-aħħar wassal biex ikunu r-rebbieħa tal-kampjonat. Matul dan l-istaġun rajna lil dan it-tim minn diversi perspettivi u kien hemm bosta sorpriżi li ma kienux mistennija. F'xi logħob sabuha diffiċli biex jiksbu r-rebħa iżda sforz il-perseveranza u t-tmexxija tajba tal-kowċ ir-rebħa xorta inkisbet. Kien hemm logħob fejn l-istatistika iffavorit lil dan it-tim, iżda r-riżultat reali kien wieħed differenti. Imbagħad, kien hemm ukoll logħob fejn l-Aloysians kienu mistennija li jkollhom xi problemi iżda dan it-tim wera il-valur veru tiegħu u ħareġ rebbieħ. Il-karattru ta' dan it-tim ħareġ bis-sħiħ propju meta iż-żminijiet kienu diffiċli. Iktar ma jkun hemm ostakli kbar u ta' impenn, dan it-tim iktar jingħaqad u joħroġ il-potenzjal tiegħu. Kien dan il-fattur li wassal li l-Aloysians Żmerċ kisbu t-titlu tal-kampjonat f 'dan l-istaġun tant imqanqal u kompetittiv. Għal dan it-tim, dan huwa s-sitt kampjonat li rebaħ. Sabiex tim ikun jista' jikkompeti, jkompli jikber u jirbaħ l-unuri żgur li jrid ikollu bażi solida warajh. Din il-bażi tinsab fi ħdan il-kumitat tal-Aloysians Handball Club, li flimkien mal-kowċis, dejjem emmnu f 'dawn il-plejers u dejjem għamlu kull ma setgħu biex joffru kull għajnuna biex dan it-tim ikompli jiżviluppa u jirnexxi. Ix-xogħol għal dan l-istaġun ma waqafx hawnhekk, għax għalkemm dan it-tim rebaħ l-aqwa unur xorta għad baqa' titlu ieħor x'jintrebaħ. Il-Kowċ Milos Stanisavljevic stqarr li r-rebħ tal-kampjonat hu unur kbir għalih u għat- tim tiegħu. Iżda huwa ukoll inċentiv biex ikomplu bil- ħidma tagħhom biex jiksbu wkoll it-trofew tan-Knock Out. L-Aloysians Handball Club xtaq jirringrazzja għan- nom tat-tim tan-nisa, lill- isponsor ewlieni Żmerċ Pub u l-isponsors l-oħra Lambretta Watches, Mussvital, Office Point u UniCare li mingħajr l-għajnuna finanzjarja tagħhom dan it-tim ma jkunx jista' jaħdem. Ringrazzjament imur ukoll lil plejers kollha u lill-kowċes tad-dedikazzjoni u x-xogħol kollu matul din is-sena, lill-klabbs avversarji u lill-Malta Handball Association li flimkien qed iwasslu l-logħba tal-Handball iktar 'l quddiem. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas grazzi tmur ukoll lis-sapporters li dejjem kienu wara l-klabb tal- Aloysians. Ritratt - Patrizia Val Madiona Plejers tat-tim tan-nisa ta' Aloysians Żmerċ jifirħu bil-kbir wara r-rebħ tal-kampjonat tal-handball għal dan l-istaġun

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015