Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
30 illum Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 SPORTSillum Valletta Subbuteo Club inkurunati Champions ta' Malta tat-Table Football għal 11-il darba -istorja tagħhom Illum isiru sessjonijiet tal-Autocross u l-Motocross FTIT tal-ġimgħat ilu, il- Valletta Subbuteo Club ġew inkurunati Champions ta' Malta tat-Table Football għal 11–il darba fl-istorja tagħhom. Il-Kampjonat Nazzjonali tal- klabbs, li kien organizzat mill- MTFSA, intlagħab fuq jumejn, ġewwa s-Sala F.X. Dingli, Attard, u l-aqwa erba' timijiet ta' Malta ħadu sehem. Il-Valletta Subbuteo Club, li f 'Ottubru li għadda wera l-ħila tiegħu meta spiċċa fit-tielet post fiċ-Champions League tat-Table Football, f 'Mons, il- Belġju, kellu bidu bil-kbir f 'din il-kompetizzjoni, meta għeleb l-isfida tar-rivali, Valletta Lions bl-iskor ta' 2-1. Inkoraġġiti minn dan ir- riżultat, huma komplew għaddejjin, u għelbu darbtejn lil Bormla SC 4-0 u 3-0, u darbtejn oħra lil Attard SC, bl-istess skor. It-tieni logħba kontra l- Valletta Lions żvolġiet f 'logħba interessanti għall-aħħar, li jagħmel ġieh lil dan l-isport, għax it-tmien plejers involuti huma fost l-aqwa fid-dinja. Il- partita spiċċat 2-2, u għalhekk, b'16–il punt, il-Valletta Subbuteo Club saru Champions ta' Malta għar-raba' sena konsekuttiva u għal 11–il darba fl-istorja tagħhom. L-impenn li jmiss għal Valletta SC, huwa l-Major ta' Frameries ġewwa l-Belġju, fil-bidu ta' Marzu. Min huwa interessat li jipprova jilgħab dan l-isport, merħba bih, u jista' jmur kull nhar ta' Ħamis mis-6.30pm 'il quddiem f 'Level -3, fl-Embassy Shopping Complex, fejn il-klabb jiltaqa' għat-taħriġ. Timijiet jiġu pprovduti, u m'hemm l-ebda miżati. ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bl-attivitajiet tal-istaġun ASMK Pasta Poiatti 2014/15 fejn se jiġi organizzat id-disa' programm bil-Karozzi Autocross u r-raba' tiġrija bil-Muturi Motocross. Dawn se jibdew fil-11am. Intant bħalissa fil-Klassifika Nazzjonali Autocross insibu taqtigħa interessanti bejn tliet kompetituri fejn Cħristian Mark Galea fuq Fiat Ritmo qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni b'156 punt u segwit min Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b'145 punt. Il-klassifika tkompli b'Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo b'137 punt u fir-raba' post insibu lil Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova b'109 punti. Klassifika oħra mis-Sezzjoni Autocross hija dik fi Klassi B fejn insibu lil Godwin Martin fuq Opel Corsa li qed jokkupa l-ewwel pożizzjoni b'37 punt segwit minn Jason Martin fuq Volkswagen Polo bi 17–il punt. Fil-Klassi Standard Deane Farrugia fuq Citroen AX jinsab fil-quċċata b'42 punt segwit min Joseph Vella fuq Ford Fiesta bi 13–il punt. Fil-Klassi Gozo Autocross insibu lil Domenic Zammit fuq Alfa Sud fuq quddiem bi 18–il punt. Dan kien segwit minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta b'10 punti. Intant l-Assoċjazzjoni nhar il-Ħadd li għadda 15 ta' Marzu 2015 organizzat żewġ attivitajiet differenti. Waħda fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f 'Ta' Qali fejn ġiet organizzata t-tielet attività bil-Muturi Motocross filwaqt li attività oħra saret fil-Barriera Torri Falka fiż-Żebbiegħ tal-Imġarr. Dan kien ir-raba' programm bil-Muturi Trials. Ħarsa lejn il-ġurnata fl- Imġarr fejn ħadu seħem 9 kompetituri maqsuma f 'żewġ klassijiet. Din il-kompetizzjoni saret fuq sitt sezzjonijiet fejn it-teknika kienet waħda iktar diffiċli minħabba li ċertu postijiet kienu mxarrbin bil-konsegwenza li dawn il-partijiet mis-sezzjoni tkun tiżloq aktar min-normal. Fi Klassi A rajna lil Damon Bonello fuq mutur Gas Gas jibda jiddomina mill-ewwel fejn irnexxielu jagħmel l-ewwel sezzjoni clean mija fil- mija. Il-ġurnata kompliet tkun iktar iebsa għal Bonello fejn flimkien miegħu beda riesaq Robert Caruana fuq mutur Gas Gas. Dawn komplew il-battalja flimkien sal-aħħar, iżda r-riżultat finali juri lil Bonello jirbaħ il-klassi segwit minn Caruana. Fit-tielet u r-raba post rispettivament spiccaw Nick Farrugia fuq Beta quddiem Gary Debono fuq Sherco. Fi Klassi B rajna lill Joseph Scicluna u Manuel Camilleri it-tnejn fuq muturi Gas Gas jagħmlu bidu tajjeb flimkien segwiti minn Bernard Sammut fuq mutur Beta. Scicluna rregistra d-debut tiegħu fil-ħames sezzjoni fejn irreġistra r-raba' rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun segwit minn Camilleri u Sammut rispettivament. Fir-raba' post spicca Ian Scicluna fuq mutur Gas Gas. F'Ta' Qali rajna s-sezzjoni tal-muturi Motocross jagħmel it-tielet attività mill- Kampjonat 2014/15 fejn 13 il-kompetitur ħadu seħem maqsuma fit-tliet klassijiet A u B kif ukoll dik tal-muturi Vintage. Fi Klassi A rajna lill Clayton Camilleri fuq mutur KTM u Trevor Muscat iddominaw il-heats f 'din il- klassi b'Muscat jispiċċa jirbaħ il-ġurnata segwiet minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki segwit fir-raba post min Kyle Camilleri fuq mutur KTM. Fi Klassi B rajna lil Ludvick Muscat fuq mutur KTM jiddomina bir-rebħa tiegħu f 'żewġ heats tal-ġurnata. Muscat kien dejjem segwit minn sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq mutur Kawasaki. Ir-riżultat finali kompla fejn fit-tielet post daħal Elvin Debono fuq mutur Kawasaki u fir-raba' post spiċċa Mark Mamo fuq mutur Yamaha. Intant l-attivitajiet tat-Trials se jkomplu bil-programm tagħhom nhar id-19 ta' April 2015 fejn tkun qed tittella' l-ħames attività tal-istaġun. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt. Il-plejers ta' Valletta Subbuteo Club f'ritratt tal-okkażjoni wara li ġew inkurunati Champions ta' Malta tat-Table Football għal 11–il darba fl-istorja tagħhom Kyle Camilleri fuq KTM