Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 31 SPORTSillum Żjara ta' suċċess għal Iván Ramiro Córdoba f 'Malta LINTER Club PUPI Zanetti Malta organizzat numru ta' attivitajiet b'risq il-Fundación Colombia te quiere ver, li hija organizzazzjoni bla profitt maħluqa minn inizjattiva ta' Ivan Córdoba, eks player ta' Inter, li kien prezenti għal dawn l-attivitajiet flimkien ukoll mal-eks plejer ieħor ta' Inter, Felice Natalino. Il-Fondazzjoni tippromwovi u tappoġġja programmi ta' saħħa, edukazzjoni u sports, speċjalment immirati lejn l-aktar tfal fil-bżonn gewwa l-Kolombja. Ġie organizzat kamp ta' taħriġ ta' ġurnata, fejn ingħatat opportunità lit- tfal Maltin li jitgħallmu ħiliet bażiċi fil-futbol fil-grawnd mal-eks stilla tal-futbol internazzjonali. Iván Ramiro Córdoba lagħab 324 partita uffiċjali u skorja 15-il gowl għal FC Internazionale. Barra minn hekk kien ukoll il-viċi captain tat-tim. Córdoba rrappreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain. Fil-karriera spettakolari tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal-Clubs bejn l-2005 u l-2010. L-uniku suċċess tiegħu mal-Kolombja kienet ir-rebħa tal-Copa America fl-2001, fejn il- Kolombja kisbet rebħa ta' 1-0 fuq il-Messiku, b'goal ta' Córdoba nnifsu. Waqt iż-żjara tiegħu ġew organizzati ukoll Gala Dinner u VIP Lunch, fejn il-partitarji Interisti Maltin iltaqgħu u tkellmu ma' Cordoba nnifsu, kif ukoll kellhom l-opportunità li jieħdu ritratt bħala tifkira ma' dan l-eks leġġenda Interista, kif ukoll ritratt mal-medalji mirbuħa mill- Kolumbjan fis-sena tat- tripletta nerazzurra. Ritratti: Charles Vassallo Ivan Ramiro Cordoba, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta waqt ikla li saret f'lukanda ewlenija fil-Mellieħa Ivan Ramiro Cordoba jippoża bil-medalji tat-Tripletta, flimkien mal-membri tal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta Mancini jrid lil Yaya Toure ma' Inter LEKS kowċ ta' Manchester City huwa tal-fehma li Yaya Toure irid iħalli lill-klabb immexxi minn Manuel Pellegrini u saħaq li huwa jixtieq li jingaææaħ mat- plejer li huwa jmexxi, Inter. Il-plejer ta'nofs il-grund ta' 31 sena ilu jilgħab mas-City għal ħames snin u rebaħ il- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra lura fl-2012. Mancini li ilu kowċ ta' Inter minn Novemru li għadda u li magħhom sa issa kiseb riÿultati mħallta saħaq li Toure jippossjedi esperjenza fil- football Ewropew li ftit plejers oħra fl-Ewropa għandhom. Dan hekk kif huwa lagħab f 'kampjonati Ewropej importanti fl-Ewropa ħlief għal dak fil-Ġermanja u l-Italja. Huwa kompla li jekk ix-xewqa ta' Toure tkun dik li jilgħab fis-Serie A, huwa se jkun qed jagħmel minn kollox biex jakkwista s-servizzi tiegħu. Toure, li matul ix-xahar li għadda kien fundamentali biex il-Kosta tal-Ivorju jirbħu t-Tazza tan-Nazzjoniiet Afrikani, beda l-karriera tiegħu mal-klabb Belæjan Beveren waqt li lagħab ukoll f 'kampjonati fl-Ukrajnja, il-Greçja u Franza qabel ingħaqad ma' Barcelona lura fl-2007. Matul l-esperjenza tiegħu mal-ġganti Spanjoli huwa rebaħ il-UEFA Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal- Klabbs, il-UEFA Super Cup, żewġ titli tal-Liga Spanjola u l-Copa del Rey. Mancini fiż-żmien li kien jikkowċja lil Yaya Toure ma' Manchester City Leif Lindberg imexxi assistant referees' workshop f 'Malta IDDIPARTIMENT tar- Refereeing organizza Assistant Referees' Workshop ta' jumejn ġewwa l-kwartieri tiegħu f 'Ta' Qali. Dan tmexxa mill-ispeċjalista tal-assistenti referees Leif Lindberg mill-Iżvezja, mgħejjun minn Philip Agius, l-uffiċjal inkarigat mill- assistenti referees f 'pajjiżna. Saru sessjonijiet teoretiċi u prattiċi dwar it-teknika, kif assistent referee jżomm il-bandiera, kif jiġri, kif jipprepara ruħu fiżikament u kif iżomm ruħu konċentrat. Leif Lindberg għamel użu minn għadd ta' video clips minn għadd ta' kampjonati barranin, filwaqt li Philip Agius mexxa sessjoni ta' analiżi ta' sitwazzjonijiet minn partiti fil-Kampjonat Premier. Fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu, Leif Lindberg, għamel ukoll preżentazzjoni lir- referees u l-assistenti referees mill-kategoriji kollha dwar il-koperazzjoni meħtiega bejn l-uffiċjali tal-logħba waqt id-deċiżjonijiet meħuda. Għal din il-laqgħa ġew mistiedna wkoll ir-referee observers. Saret ukoll Konferenza Stampa, li matulha Leif Lindberg tkellem dwar il- mumenti sbieħ tal-karriera tiegħu, fosthom il-Finali tat- Tazza tad-Dinja bejn il-Brażil u l-Ġermanja (2-0) fis-sena 2002 bħala assistent referee ta' Pierluigi Collina u l-Finali tal-EURO 2000 bejn Franza u l-Italja (2-1) bħala assistent referee tal-kompatrijott tiegħu Anders Frisk. Mistoqsi mill-ġurnalisti preżenti dwar l-impressjonijiet tiegħu tar-refereeing f 'pajjizna, Leif Lindberg stqarr li l-ħidma tiegħu fil-UEFA bħala Referee Observer u Assistant Referees' Coach kienet diġà tatu impressjoni pożittiva tal-livell tal- uffiċjali Maltin, imma issa ra b'ghajnejh ix-xogħol siewi li persuni bħal Adrian Casha u Philip Agius qeghdin jaghmlu sabiex minkejja c-ċokon tal-pajjiż, Malta għandha erba' referees internazzjonali rġiel, fosthom wieħed fl- Ewwel Kategorija tal-UEFA – Clayton Pisani. Fl-istess Konferenza Stampa, id-Direttur tar-Refereeing Adrian Casha tkellem dwar l-Assistant Referees' Workshop bħala inizjattiva ġdida oħra li tagħmel parti mir-riforma tas-settur tar-refereeing f 'pajjiżna u kif minn żmien għall-ieħor l-MFA qiegħda ġġib fostna l-aħjar instructors tal-FIFA u l-UEFA sabiex teduka dejjem aktar lill-uffiċjali Maltin. Min-naħa tiegħu Philip Agius fisser kemm l-assistent referee għandu sehem importanti fit-tim tal-uffiċjali li jikkontrollaw partita u r-rwol tiegħu m'għandux jitqies bħala wieħed sekondarju għal dak tar-referee. L-eks assistent referee ta' fama mondjali, Leif Lindberg, flimkien mal-assitenti referees kollha fil-workshop li mexxa għalihom ftit tal-ġimgħat ilu