Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Meta u fejn twelidt? Twelidt f 'Medellin fil-11 ta' Awwissu tal-1976 iżda kbirt kalċistikament f 'Rionegro – post li jinsab nofs siegħa 'l bogħod minn Medellin fil-Kolumbja. Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Sempliċiment wara li kont nilgħab ma' misieri. Bdejt nixxuttja l-ballun li hu kien jitfa' f 'saqajja u minn hemm nibtet din il-passjoni tal-futbol. Liema kien l-ewwel klabb li lgħabt miegħu? U x'kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? L-ewwel wieħed nett kien Deportivo Rionegro fejn lgħabt fis-sezzjoni tal- youths u għamiltha sas-Serie B. Hemm domt nilgħab disa' snin sħaħ. Ingħaqadt mal-Inter mingħand il-klabb Arġentinjan San Lorenzo. X'kienet l-esperjenza tiegħek ma' dan it-tim? Sabiħa ħafna għax San Lorenzo tani l-opportunità li jkolli esperjenza intermedja bejn il-futbol Kolumbjan u dak Taljan. B'hekk għeni biex naddatta ruħi iktar aħjar għall-futbol Taljan minħabba li serva bħal pont biex nasal għand Inter. U l-esperjenza tiegħek fis-snin twal li domt tilgħab mal-Inter? Fantastika. Mal-Inter domt nilgħab għal 12–il sena u nofs u domt mal- Inter b'kollox 15–il sena meta tgħodd flimkien l-irwol tiegħi bħala plejer u dak bħala team- manager. X'tikkummenta fuq ir-rebħ tat-Tripletta? Hija esperjenza unika minħabba li konna l-ewwel tim Taljan li rnexxielna nilħqu dan it-tragward storiku. U r-relazzjoni tiegħek mal-Ispecial One Jose Mourinho? Naħseb li kienet esperjenza bħalma kienet mal-iskwadra kollha li tinvolvi ħafna xogħol u li nfittxu l-aħjar affarijiet għat-tim ta' Inter. Int kont ukoll team manager tal-Inter. Kif tiddeskrivi din l-esperjenza? Domt team manager ta' Inter għal sentejn sħaħ. Kienet esperjenza importanti għax tatni l-opportunità li wara li ħallejt il-futbol milgħub, nittermina l-esperjenza tiegħi fil- futbol b'mod gradwali u għalhekk ippermettietli li nkun dejjem mal- iskwadra waqt li tatni wkoll il- possibiltà li ngħin lill-plejers anki barra mill-grawnd. X'taħseb fuq l-andament ta' Inter matul dan l-istaġun? Taħseb li Inter jirnexxielhom jagħmluha biex jiksbu post għall-UEFA Champions League? Jien naħseb li se tkun ferm diffiċli li Inter jaslu għaċ-Champions League. Nemmen li matul is-sena d-dieħla Inter għandhom bżonn kowċ ġdid u ta' ċertu statura wara Roberto Mancini biex Inter jirritornaw tassew fejn jixraqilhom. Però, ġaladarba l-matematika tippermettielna li noħolmu m'għandniex naqtgħu qalbna lanqas li niksbu post fil- UEFA Champions League matul dan l-istaġun. Tara xi differenzi fis-sistemi tal- coaching bejn Walter Mazzari u Roberto Mancini? Jeżistu imma ma nieħu gost qatt nitkellem dwar differenzi fis-sistemi ta' kowċis diversi. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar iktar minn oħrajn fil-karriera spettakolari tiegħek fil-futbol? Hemm ħafna logħob partikolari fosthom il-finali tal-UEFA Champions League, il-finali tat-Tazza tad-Dinja tal- Klabbs kif ukoll l-ewwel Coppa Italia li rbaħna lura fl-2005. Huma diversi l-mumenti li għamlu l-esperjenza tiegħi mal-Inter daqshekk intensa. Liema kien l-aqwa plejer li qatt lgħabt miegħu? Kien il-Brażiljan Ronaldo? Bla dubju kien Ronaldo. Niddeskrivih bħala fenomenu. Huwa fatt magħruf li Real Madrid riedu jakkwistaw is-servizzi tiegħek. Għaliex ma ngħaqadtx magħhom meta wieħed iqis l-istorja glorjuża ta' dan il-klabb? X'kien li ġiegħlek li tagħżel lill-Inter u mhux lir-Real Madrid? Iva, kelli qalbi marbuta ma' Inter għax kont naf iktar il-futbol Taljan u kien jogħġobni ħafna. Għalija kien diġà ta' motivazzjoni kbira li nilgħab mal-Inter u minħabba li kont naf li Inter kienu wieħed mill-aqwa timijiet tad-dinja, ma kelli l-ebda dubju li kont se nibqa' magħhom. U dan minkejja l-fatt li Real Madrid ippruvaw għat-tieni darba li jakkwistaw s-servizzi tiegħi meta kien ġie Esteban Cambiasso jilgħab mal- Inter. Barra minn hekk, ma xtaqtx nitlaq lill-Inter mingħajr ma nkun irbaħt xejn magħhom. X'tikkummenta fuq l-esperjenza li kellek mat-tim nazzjonali Kolumbjan? Kienet esperjenza sabiħa ħafna. Meta kont mort minn Rionegro għal ma Atletico Nacional, fejn domt nilgħab sentejn sħaħ, ġejt imsejjaħ mat- tim nazzjonali Kolumbjan. F'dak iż-żmien kien hemm perjodu diffiċli wara bidu sabiħ wara li konna kkwalifikajna għat-Tazza tad-Dinja tal- 1998. Kienet esperjenza mill-isbaħ li nipparteċipaw f 'din l-edizzjoni tat-Tazza tad-dinja li finalment kienet ġiet mirbuħa minn Franza. Kellna wkoll esperjenza mill-isbaħ li nirbħu l-Copa America li kienet saret fil-Kolumbja stess f 'finali konta l-Messiku. Din hija memorja mill-isbaħ fejn jien kont skurjajt il-gowl tar-rebħa permezz ta' daqqa ta' ras wara li kont irċevejt il-ballun minn freekick. Konna tajna pjaċir immens lill-Kolumbja kollha. Minn hemm nemmen li kellna esperjenzi sbieħ oħra fosthom fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet fejn ksibna riżultati pożittivi. X'tikkummenta fuq it-tim nazzjonali Kolumbjan fil-preżent bi stilel bħal Fredy Guarin u Radamel Falcao fi ħdanu? Huwa tim nazzjonali li fil-Copa America li jmiss għandu l-potenzjal kollu li jirbaħ din it-Tazza. Din tista' tkun xi ħaġa mill-isbah għall- Kolumbja. Niddeskrivi lit-tim nazzjonali Kolumbjan bħala wieħed komplut. Niġu issa għall-Fondazzjoni tiegħek li għandek fil-Kolumbja li ġġib l-isem ta' 'Colombia Te Quiere Ver'. Tina iktar dettalji fuq din il-Fondazzjoni u tal- ħidma li din tagħmel ma' mijiet ta' tfal inqas ixxurtjati minna. Jien naħdem flimkien ma' missieri li jtina daqqa t'id mill-Kolumbja, flimkien ma' Eleonora Cairoli li hija s-Segretarja tal-Fondazzjoni. Barra minn hekk il-mara tiegħi u persuni oħra li tajjeb ngħidu li jikkollaboraw mal-Fondazzjoni bla ebda ħlas u b'mod volontarju, nippruvaw nagħtu possibiltà lil diversi tfal foqra fil- Kolumbja biex ikollhom l-aktar affarijiet bażiċi tal-ħajja, fosthom li jkollhom x'jieklu. Dawn it-tfal ukoll jaffrontaw diversi problemi familjari. Ta' kuljum nagħtu lil xejn inqas minn 150 tifel u tifla li jmorru l-iskola, x'jieklu - mill-klassijiet iż-żgħar sal-klassijiet il-kbar. U għalhekk irridu nagħtu wkoll lil dawn it-tfal is-sigurtà li jkollhom l-ikel u li jridu jmorru l-iskola biss biex jistudjaw u ma jkollhomx iħabblu rashom fuq is- sofferenza li ma jkollhomx x'jieklu. Fil-futur tqis il-possibiltà li taħdem ma' plejers Kolumbjani ta' fama u statura mondjali fosthom Fredy Guarin, Radamel Falcao u Cristian Zapata u oħrajn għall-ġid ta' din il- Fondazzjoni? Ċertament li iva! Magħhom ninsabu dejjem f 'kuntatt u rridu nagħmlu affarijiet importanti biex niġbru fondi fil-Kolumbja. Barra minnhom jeżistu plejers oħra fil-Kolumbja li għandhom il-Fondazzjoni tagħhom u li b'hekk nistgħu ningħaqdu flimkien biex SPORTSillum Ċelebrazzjoni tal-karriera Cristian Antony Muscat Ivan Ramiro Cordoba – bla dubju wieħed mill-aqwa difensuri li pproduċa l-futbol mondjali f'dawn l-aħħar snin u li l-jiem li għaddew kien f'Malta biex jiġbor us għall-fondazzjoni tiegħu, 'Colombia Te Quiere Ver', permezz ta' kamp ta' taħriġ b'amalgamazzjoni mal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, immexxi mill-President tant ħabrieki, Paul Fenech.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015