Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 35 SPORTSillum tal-karriera glorjuża ta' Cordoba nagħmlu xi ħaġa kbira fil-futur. Ukoll meta tqis li int ħabib kbir tal-plejer leġġendarju Javier 'Pupi' Zanetti, tqis il-possibilità li fil-futur tagħmel amalgamazzjoni mal- Fondazzjoni tiegħu, Fondazzjoni Pupi għall-ġid tat-tfal? Naħseb li dan iktar jista' jseħħ meta wieħed iqis il-fatt li l-Kolumbja u l-Arġentina huma ġirien ta' xulxin fl-Amerika Latina. Fil-fatt, diġà organizzajna ħafna attivitajiet flimkien. Fil-futur nistgħu niżviluppaw xi ħaġa anki f 'Malta permezz tal-President tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech, għal dawn iż-żewġ Fondazzjonijiet fejn hija xi ħaġa li verament tista' ssir. Nistennew u naraw! X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting li kulma jmur, sfortunatament, qed jeqred il-logħba tant sabiħa tal- futbol madwar id-dinja kollha? Hija problema kbira ħafna. Jien naħseb li din il-ħaġa għandha tiġi kkastigata b'mod mill-iktar serju. Fil- futbol, ma jistax ikun li jkun hawn dan il-betting kollu u hija xi ħaġa tassew bla sens. L-isport għandu jkun mezz ta' divertiment u għandu jkun dejjem xi ħaġa biex jgħin biex jiġu msaħħa l-valuri. L-isport m'għandu qatt jiġi kkunsidrat bħala kważi logħob tal- azzard. Għaliex taħseb li plejers ta' klassi mondjali bħal Ibrahimovic, Thiago Silva u Lavezzi fost oħrajn qed iħallu lill-Italja biex ifittxu avventuri ġodda fil-karriera tagħhom f 'pajjiżi oħra bħal Franza, l-Ingilterra u Spanja? Fl-Italja, teżisti problema finanzjarja. L-ekonomija fl-Italja għaddejja minn diversi problemi bħalma jeżistu f 'pajjiżi oħra Ewropej. Però, fuq il-fatt li plejer iħalli l-Italja biex jibda avventura ġdida f 'pajjiżi oħra jiddependi mill-karattru tiegħu u minn kemm ikun iħobb lit-tim li tiegħu ikun qed jilbes il-flokk. Il-futbol Taljan jinsab marid u għaddej minn kriżi? Il-futbol Taljan jinsab f 'diffikultà, f 'dan il-mument. Nispera li jirnexxielu jirbaħ din id-diffikultà għax il-futbol Taljan huwa wieħed mill-isbaħ u li mmarka era fil-passat riċenti li kien jiġbed l-għira tal-futbol kollu Ewropew u mingħajr preċedent. Nisperaw li l-futbol Taljan jirxoxta mill-ġdid. Kif taħseb li l-futbol Taljan jista' tabilħaqq ifiq? Irid isir xogħol kbir u intensiv fis-settur tal-youths, waqt li jinbnew strutturi ħafna isbaħ biex jiġi aċċertat il-fatt li l-pubbliku sportiv jirritorna jsegwi lit-timiijet li jħobb f 'ambjent mill-isbaħ. Dan huwa minħabba l-fatt li l-istadji u l-istrutturi sportivi fl-Italja baqgħu ħafna lura fil-konfront ta' dawk l-istrutturi jew stadji li jinsabu f 'pajjiżi oħra Ewropej. B'hekk l-amministraturi tal-futbol Taljan iridu jaħdmu ħafna biex jippreżentaw prodott relatat mal-futbol, sabiex ammont ferm ikbar ta' partitarji jirritornaw jsegwu lill- benjamini tagħhom fid-diversi stadji li nsibu fl-Italja, li minnhom żgur li jkunu qed jibbenefikaw ħafna klabbs speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam mal-progress finanzjarju tagħhom. X'tikkummenta fuq il-partitarji Ultras li donnhom għandhom iktar poter u saħħa mill-klabbs u mill-plejers infushom? Minfejn taħseb li qed iġibu din is-saħħa u l-kburija kollha? Naħseb li dawn huma parti mill- istorja tal-futbol Taljan. Fl-Italja, jeżistu dawn il-gruppi ta' partitarji Taljani li jissapportjaw lit-tim tagħhom b'mod intens. Ħafna minnhom huma ferm organizzati waqt li oħrajn huma ħafna inqas organizzati, iżda jien nemmen li jrid ikun hemm regoli li għandhom jiġu rispettati biex ma jkollniex xeni simili għal dawk li mdorrijin naraw fil-gwerer, kif sfortunatament rajna fil- passat riċenti. L-isport huwa mezz ta' divertiment u jrid jibqa' hekk. Kif beda l-kuntatt tiegħek mal- President ta' Inter Club Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech? Dan kif għenek biex din iż-żjara issir realtà bil-qligħ kollu jmur għall-fondazzjoni li int tirrappreżenta? Jien naħseb li diġà rnexxielna joħolqu relazzjoni biex fil-futur ikollna esperjenzi oħra abbinati ma' Malta. Dan biex inkomplu ngħinu lil dawn it-tfal Kolumbjani. Jien nirringrazzja lill-Inter Club Pupi Zanetti Malta mmexxi mill-President tant ħabrieki u ħabib tiegħi, Paul Fenech, li tawni din il-possibilità biex niġbor dawn il-flus u nagħti possibilità lit-tfal ta' Malta biex ikollhom ġurnata magħna jilgħabu l-futbol, permezz ta' training camp, biex jiddevertu permezz tal-futbol li huwa l-iktar sport sabiħ fuq wiċċ id-dinja! U permezz ta' dan inkunu wkoll qed ngħinu bil-kbir lil mijiet ta' tfal foqra u inqas ixxurtjati minna fil- Kolumbja. Ivan Ramiro Cordoba kif qed iħares lejn il-futur tiegħu fil-futbol? Għad naraw lil Cordoba kowċ ta' xi klabb partikolari – minjaf forsi anki ta' Inter, anki wara Roberto Mancini? Ma nafx iżda ma naħsibx! Naħseb li qed nagħmel mixja oħra f 'ħajti bħalissa u fil-futur naraw x'possibiltajiet ikun hemm. Jien ninsab 'full time' naħdem mal-Fondazzjoni tiegħi u ninsab determinat li nkompli naħdem qatigħ biex dejjem nibqa' ngħin lil dawn it-tfal. Twieled f'Medellin l-11 ta' Awwissu tal-1976 iżda kiber kalċistikament f'Rionegro – post li jinsab nofs siegħa 'l bogħod minn Medellin l-Kolumbja Lagħab 324 partita uċjali u skorja 15-il gowl għal FC Internazionale Kien ukoll il-viċi captain tat-tim Irrapreżenta wkoll lil pajjiżu, il-Kolombja 73 darba u serva wkoll bħala captain Fil-karriera spettakolari tiegħu, huwa rebaħ is-Serie A 5 darbiet, 4 Coppa Italia, 4 Supercoppa Italiana, UEFA Champions League u Tazza tad-Dinja tal-Clubs bejn l-2005 u l-2010 L-uniku suċċess tiegħu mal-Kolombja kien ir-rebħ tal-Copa America -2001, fejn il-Kolombja kisbet rebħa ta' 1-0 fuq il-Messiku, b'gowl ta' Córdoba nnifsu Ivan Ramiro Cordoba Ritratti: Charles Vassallo