Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 5 Kessler jimblokka l-kuritur fuq l-ajruplan u joqgħod iparla ma' Simon Busuttil b'vuċi għolja Intolerance Killings Vandalism TINSEWX! IVVOTA LE Reporter, jixxandar għada t-Tnejn fid- 8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45PM Tlett ġimgħat mill-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, Reporter jitkellem mal-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Kelliem Nazzjonalista għall-Gvern Lokali David Agius. Reporter jistaqsi x'inhuma x-xogħlijiet li qed jitwettqu? X'inhuma s-sitwazzjonijiet finanzjarji tal-kunsilli? Qegħdin jintlaħqu l-aspettativi tar-residenti? X'inhu l-interess prinċipali tal-kunsilliera - il-lokalità jew il- partit? Il-konverżazzjoni ta' Kessler ma' Simon Busuttil F'DISKURSATA quddiem numru mdaqqas ta' passiġġieri fuq ajruplan, Giovanni Kessler qal li hu ma riedx jixhed quddiem il- kumitat tal-privileġġi. Nhar it-tlieta li għadda, il-Partit Nazzjonalista talab li Kessler jixhed quddiem il-Kumitat tal-Privileġġi dwar il-każ ta' allegat indħil fl-investigazzjonijiet kontra John Dalli. Imma iktar tard il-Kummissjoni Ewropea ħarġet stqarrija tgħid li ma tistax tagħti permess lil Kessler jitkellem. Imma jidher li kien Giovanni Kessler li ma riedx jitkellem. "Giovanni, kif aħna?" qal Simon Busuttil, li kien fost l-aħħar nies li tela' fuq l-ajruplan ta' l-Air Malta għal Brussell. Giovanni Kessler huwa d-Direttur Ġenerali ta' l-OLAF. Simon Busuttil mar ipoġġi fl-Economy class. Wara li tela' l-ajruplan, Kessler qam minn postu li kien fil-business class u mar ħdejn Busuttil. Bdew jindirizzaw lil xulxin bl-ewwel isem - sinjal ċar li jafu lil xulxin. Kessler baqa' bilwieqfa fil- kuritur jitkellem bl-Ingliż. B'leħen għoli beda jitkellem ma' Busuttil u qallu: "Impressjonat bis-sistema tal- qorti Maltija." Busuttil qallu li ma kienx jaf għaliex ma riedx joqgħod għall- Kumitat tal-Privileġġi. Kessler irrisponda b'vuċi għolja li ma riedx jattendi. Qal ukoll li mhux veru li kien tkellem ma' Gonzi kif kien insinwa John Dalli, u li lil Gonzi qatt ma kien jafu. Kessler kien dejjem argumenta li hu ma setax jagħti prova li John Dalli, li kien Kummissarju, ixaħħam - iżda li kien hemm evidenza indiretta li setgħet tagħti dik l-impressjoni. John Dalli dejjem ċaħad li kien jaf, jew li pprova jxaħħam lil xi ħadd. Hu dejjem argumenta li din kienet kollha montatura tal-industrija tat-tabakk biex ineħħuh minn nofs biex tgħaddi tagħhom. Ritratti: Ray Attard Simon Busuttil Giovanni Kessler

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015