Illum previous editions

illum 22 March 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

JOHN BUSUT TIL ATEI huma nies li jemmnu li Alla, allat jew kull ħaġa sopranaturali huma ħolqien tal-bniedem u leġġendi. Jew inkella jemmnu li dawn il- kunċetti ma jfissru xejn. Tisma' ħafna li jgħidulek 'Jien ateu' iżda l-ateiżmu mhux daqshekk faċli biex tikteb dwaru. Ħafna min- nies jidefenixxu lil ateu bħala persuna li jiċħad l-eżistenza ta' alla. Ħafna mill-atei jiddeskrivu lilhom infushom bħala li m'għandhomx għarfien tal-ebda alla. Hawn min iqis l-ateiżmu li hu reliġjon fih innifsu għax jirreferi għal twemmin li jikkonċerna l-allat, l-umanità u l-kumplament tal-università u għax l-atei żviluppaw raġuni morali li takkumpanja l-ateiżmu. Iżda hemm atei li din ma jaċċettuhiex għax iqisu li kull reliġjon hi marbuta ma' xi alla jew aktar. Illum qed jintużaw kliem speċifiku wkoll fl-ateiżmu - hemm ateiżmu qawwi, ateiżmu 'soft' u 'apatheism' li jfisser li jħares lejn il- mistoqsija dwar l-eżistenza jew le ta' alla jew allat bħala irrelevanti. Imbagħad hemm l-agnostiċi li huma nies fit- triq tan-nofs li la jemmnu u lanqas ma jemmnux f 'Alla. Dan kollu juri li mhux faċli tfiehem xi tfisser tkun ateu. Però hu fatt magħruf ukoll li qatt ma saru battalji f 'isem l-ateiżmu. Saru u għadhom isiru battalji kbar u massakri f 'isem Alla u f 'isem Allah, f 'isem alla wieħed u ħafna allat, f 'isem reliġjonijiet differenti u f 'isem kulturi differenti li jħaddnu twemmin differenti. Dawk kollha li jemmnu f 'xi tip ta' reliġjon jew alla inkella allat kollha riedu jew anke jridu li kulħadd jemmen bħalhom. L-atei fil-maġġoranza tagħhom jemmnu li ma jemmnux u jħallu lil kulħadd jemmen li jrid. Dawk li jemmnu jridu lil kulħadd jemmen bħalhom tant li kollha kienu u għadhom jemmnu fil-konverżjonijiet għar-reliġjonijiet tagħhom. Għalkemm wieħed irid jammetti wkoll li kull reliġjon tipprietka l-paċi iżda l-popli li jsegwuhom ifittex il-konfront biex iwassal għal paċi ta' alla tiegħu. Dan l-aħħar iltqajt ma affermazzjoni ta' ateu li tgħid hekk: JIEN ATEU M'iniex ateu biex inħossni differenti M'iniex ateu għax ma naqbilx ma l-estremiżmu reliġjuż M'iniex ateu għax ma naħsibx li l-ħażin jista' jeżisti f 'dinja f 'alla fiha M'iniex ateu għax naħseb 6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Studji juru li l-maġġoranza tal-atei huma paċifisti L-ateu jemmen li alla hu Peppi Azzopardi - Preżentatur Ma nafx jekk hemmx Alla jew jekk hemmx ġenna jew infern. Inħossni arroganti ngħid li ċert li m'hemmx bħalma nħoss arroganza fin-nies li bilfors iridu jgħidu li żgur hemm il-ħajja wara l-mewt. Ma nemminx li hemm infern u jekk hemm inħossni konvint li l-infern vojt. Ma jistax ikun li l-Alla li tgħallimt dwaru jien u li hu mħabba jista' qatt jippermetti kastig u kastig għal dejjem. L-akbar periklu tar-reliġjon hija meta n-nies jibdew jemmnu li iktar ma tbati f 'din id-dinja iktar tgawdi fl-oħra. Din tpoġġi lil dawk li jagħmlu l-miljuni minn fuq dahar in nies f 'pożizzjoni veru komda. Bagħti għalija f 'din id-dinja imbagħad gawdi fl-eternità waqt li jien inkompli nistgħana. Nemmen ħafna fit-tagħlim ta' Ġesù Kristu u nqisu bħala l-akbar rivoluzzjonarju politiku li qatt għex. Nipprova nimxi fuq il-ħajja u t-tagħlim tiegħu anke jekk niskopri li mhux Alla u ma tagħmillix differenza jekk qamx mill-mewt u jekk il-Madonna kinitx verġni jew le wara li wellditu.Kristu jisfidani mhux biss biex naħfer imma biex inħobb u nagħmel il-ġid lil min jagħmilli l-ħsara. Diffiċli nisma' minnu imma nipprova u iktar ma jgħaddi iż-żmien iktar qed jirnexxieli. Ramon Casha – Viċi President Assoċjazzjoni Maltija tal-Umaniżmu Filwaqt li l-ateiżmu ifisser xejn iżjed jew inqas milli wieħed ma jemmen f 'ebda alla, wieħed jista' jmur pass aktar minn hekk. L-Umaniżmu huwa stil ta' ħajja morali bbażata fuq ir- raġuni tal-bniedem, u li tħeġġeġ ix-xjenza bħala l-iżjed mod affidabbli biex wieħed jitgħallem dwar l-univers. Hija komunità li, f 'Malta għadha żgħira imma dejjem tikber. Aħna nqisu bħala kruċjali d-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Filwaqt li l-ateiżmu jindika xi ħaġa li ma temminx, l-Umaniżmu jindika xi ħaġa li tħaddan. Jekk wieħed jifli l-kotba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 March 2015