Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 | illum 7 hu ħolqien tal-bniedem li x-xjenza tista' tipprova li alla ma jeżistix Jien ateu għax huma r-reliġjonijiet li għandhom jippruvaw li alla jeżisti. Jekk tipproponi l-eżistenza ta' xi ħaġa trid timxi bil-metodu xjentifiku biex tipprova l-eżistenza. Jekk ma tagħmilx dan allura m'għandi l-ebda raġuni li nisma' minnek. L-ILLUM talab kummenti dwar kif jaħsbuha dwar l-ateiżmu personalitajiet li ma jiddejqux juru dak li jemmnu. Għalkemm jidher li għad hawn tabù fuq min hu ateu. Tlabna l-kummenti tal-kandidat Nazzjonalista Wayne Hewitt li b'wiċċu minn quddiem dejjem deher fuq mezzi tax-xandir jiprofessa lilu nnifsu bħala ateu konvint, iżda din id- darba qalilna li għandu ħafna x'jagħmel bl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u ma kellux ħin jibgħatilna żewġ paragrafi u weġibna hekk, "John mhux ghalissa jekk hu possibbli, imqar jgħaddu l-elezzjonijiet minħabba ċans. Skużani ħabib imma bħalissa mirdum." Anton Sammut - Kittieb Li wieħed jiddikkjara li hu ateu konvint fl-opinjoni tiegħi jew jaf il-Verità Assoluta (li ma naħsibx li huwa l-każ) jew inkella jkun qed jissimplifika wisq l-affarijiet. Dan ġej mill-fatt li l-kunċett ta' x'inhu Alla huwa wieħed li jmur lil hinn mil-loġika tagħna l-bnedmin, proprju għaliex il-loġika tal-bniedem ma tistax tittraxxendi lilha nnifisha (biex tifhem x'inhu Alla) u fl-istess ħin tibqa' loġika (jiġifieri tibqa' taħseb bħala bniedem). Dan għaliex m'hemm xejn fl-esperjenza umana li tista' tgħidilna xi jfisser "Alla" b'mod konkret u waħda mir-raġunijiet hija li l-lingwi li nesprimu ruħna bihom iservu biss għal dak li nistgħu nifhmu razzjonalment; mentri Alla jmur lil hinn minn hekk. B'daqshekk ma jfissirx li Alla ma jeżistix, u għad li nsibu teoriji saħansitra xjentifiċi li jxaqilbu xi ftit lejn l-eżistenza ta' Alla (u ħafna oħrajn li juru bil- maqlub), finalment, din tibqa' kwistjoni ta' fidi. Rigward il-fatt li qatt ma seħħew gwerer f 'isem l-ateiżmu naħseb li dan ġej mill-fatt li biex toħloq gwerra l-ewwel u qabel kollox irid ikollok raġuni u ideoloġija f 'saħħitha ferm, li fil-psikoloġija soċjali, dan huwa magħruf bħala motivated reasoning li jwassal għal confirmation bias, jiġifieri skuża tajba li permezz tagħha tkun tista' toħloq konflitt. Infatti, huwa t-twemmin f 'xi ħaġa f 'saħħitha bħalm' hi r-reliġjon (imma wkoll ngħidu aħna f 'isem il-poter jew f 'isem il- libertà, li huma stimoli qawwija ħafna) li tista' tiġi stigata jew ġustifikata gwerra, proprju għaliex hemm għan ideoloġiku konkret. Għaldaqstant, peress li l-ateiżmu huwa essenzjalment passiv u allura ma jimponi xejn fuq ħadd, ikun xi ftit assurd li toħloq gwerra f 'isem negazzjoni ideoloġika jew f 'isem "xejn". Fenomenu soċjali li ġej minn dal-fattur hu li l-maġġoranza tal-atei mad-dinja kollha huma essenzjalment paċifisti. Infatti, l-Indiċi Globali tal-Paċi tas-sena 2009 wera li l-aktar pajjiżi paċifisti huma dawk li għandhom perċentaġġ għoli ta' popolazzjoni atea jew li ma jsegwu ebda reliġjon. Fil-ktieb tiegħu Living the Secular Life, is-soċjologu Prof. Phil Zuckerman wera proprju dan. Wieħed hawnhekk isaqsi għaliex. Probabbilment dan ġej mill-fatt li l-atei m'għandhom ebda reliġjon li permezz tagħha "Alla" tagħhom "jgħidilhom" biex imorru jimmassakraw nies ta' reliġjonijiet oħrajn, hekk kif seħħ pereżempju fi żmien il- Kruċjati meta l-Kristjani kienu jmorru jiskarnaw bla ħniena lill-Misilmin, hekk kif qed iseħħ bil-maqlub fiż-żminijiet tal-lum. kollha ta' skrittura malajr jinduna li dak li kien jgħodd bħala moralità mijiet jew eluf ta' snin ilu m'għadx hawn postu llum. Dawn inkitbu fi żminijiet fejn l-iskjavitù kienet ħaġa normali, fejn in-nisa kienu jinbigħu u jinxtraw bħal propjetà, fejn il-piena tal-mewt kienet tingħata daqs tazz' ilma. Dawn huma problema jekk wieħed jemmen li jiffurmaw parti mill-kelma ta' xi alla li huwa perfett, bħalma jiġri f 'pajjiżi fejn ir-regoli ta' xi reliġjoni jiġu imposti. L-Umaniżmu m'għandux allat, allura m'hemm ebda problema jekk 'il quddiem nirrealizzaw li kellna xi żball u rridu nirranġawh. Ħafna nies iħossu xewqa li jtejbu d-dinja ta' madwarhom imma jsibu wisq problemi f 'reliġjonijiet ibbażati fuq elfejn sena ilu. Jixtiequ komunità li tiddibatti mhux tiddetta, fejn in-nisa stmati daqs l-irġiel, fejn l-imħabba bejn koppja tal-istess sess hija valida daqs koppja ta' sess oppost. Iridu jgħixu kull mument minn din il-ħajja mhux jaħluha jippreparaw għal xi waħda wara l-mewt. Fl-Umaniżmu wieħed isib oħrajn b'dawn il-fehmiet, li ngħożżu l-umanità tagħna. AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT