Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 QTIL ieħor premeditat u ppjanat stil Mafjuż, ħalla lil Ġużeppi Galea ta' 58 sena mill-Marsa, magħruf bħala "il-Ġilda", mejjet fil-vettura tiegħu ftit tal-ħin biss wara li kien għadu kif rikeb u poġġa fuq is-seat tas-sewwieq. Dan l-omiċidju, li wkoll għadu mhux solvut, seħħ kmieni filgħodu ta' nhar it-Tlieta, 4 ta' Frar 2014. Sparati aktar minn 17-il tir Ġużi, kif kien magħruf minn dawk qrib tiegħu, inqatel wara li ġew sparati xejn inqas minn 17 -il tir, x'aktarx minn assault rifle tal-marka AK. Huwa ntlaqat minn ħames balal fuq in-naħa ta' wara ta' ġismu. Dakinhar, ftit wara l-5.00am, Galea ħareġ mill-appartament tiegħu fi Triq Xemxija fil-Marsa, li jinsab fil-qasam tad-djar. Dak il-ħin il-familja tiegħu kienu għadhom fis-sodda u x'aktarx li martu biss kienet imqajma. Skont qraba ta' Galea, kif ukoll persuni oħrajn li kienu jafu sew lill-vittma, qalu li kienet xi ħaġa normali li Ġużeppi joħroġ kmieni filgħodu. Dawn is-sorsi qalu li huwa kien imur jieħu kafè ma' xi ħbieb u wara jagħmel xi qadi kemm mill- Marsa stess kif ukoll mill- Ħamrun. Galea ħareġ mill-blokka ta' appartamenti, qasam it-triq u daħal fil-karozza Kia Sorrento li kienet ipparkjata bejn żewġ blokki ta' appartamenti u bil- quddiem tagħha tħares lejn il-bini. Kif daħal fil-vettura u poġġa fis-seat tas-sewwieq, waqfet karozza f 'nofs ta' triq quddiem dik ta' Galea u minn ġewwa din il-karozza ġew sparati t-tiri. Peress li Galea kellu dahru lejn il-qattiela, ma seta' qatt jinduna bil-qattiela. Mhux magħruf kemm kienu ilhom jistennew lil Galea joħroġ jew fejn kienu mistoħbijin bil- karozza sakemm wasal il-ħin opportun biex wettqu d-delitt. Il-Pulizija jemmnu li l-qtil ta' Galea kien maħsub sew u li l-qattiela setgħu ġew imqabdin minn xi ħadd li faslilhom il-pjan u għalhekk, bħalma seħħew f 'omiċidji oħrajn, dawn setgħu kienu barranin. L-investigaturi waslu għall- konklużjoni li l-qattiel, jew qattiela, ma ħarġux mill-karozza peress li fit-triq ma nstabu l-ebda traċċi ta' skrataċċ. Il- Pulizija kellhom informazzjoni li l-vettura li ntużat mill-qattiela kienet tal-għamla Toyota Rav 4 kulur il-fidda u li l-persuni li ħadu sehem f 'dan il-qtil setgħu kienu minn tal-inqas tnejn. Il-bullets, kalibru 7.62 mm, laqtu l-ħġieġa ta' wara tal-Kia li nifdu u laqtu lil Galea fuq wara f 'diversi partijiet ta' ġismu. Uħud mill-bullets spiċċaw fil-karozza stess u oħrajn nifdu l-ħġieġa tal-ġenb. Fuq wara tal-vettura ta' Galea kien hemm mill-inqas 11-il toqba tal-bullets li nifdu l-vettura barra dawk li laqtu l-windscreen ta' wara. Uħud minn dawn il-bullets baqgħu għaddejjin dritt tant li laqtu wkoll karozza oħra tat-tip Daewoo Matiz li kienet ipparkjata quddiem dik tal- vittma. Għaldaqstant l-investigaturi kienu daru fl-inħawi u kull fejn kien hemm installata kamera tas-sigurtà, tkellmu mas- sidien u elevaw xi filmati minn dawn il-kameras tas-sigurtà. Jekk dawn il-filmati kinux ta' għajnuna għall-Pulizija qatt ma ntqal xejn. Mart il-vittma kienet minn tal-ewwel ħdejn żewġha Il-ħoss qawwi tat-tiri fil- ħemda tas-sigħat bikrin ta' filgħodu, ġibed l-attenzjoni ta' wħud mir-residenti, fosthom mart il-vittma, Joanne. Iżda sakemm kien hemm min ħareġ jara x'ġara, il-kriminali laħqu ħarbu minn fuq il-post. Kif Joanne ttawlet mit-tieqa mill-ewwel indunat li l-ħoss li semgħet kienu tiri ta' arma tan- nar u kif rat il-ħġieġ tal-vettura tagħhom imkisser u ma ratx lil Ġużi, ħarġet tiġri. Kif resqet lejn żewġha ħadet ix-xokk ta' ħajjitha. Dak il-ħin Ġużeppi kien għadu ħaj, imma kienu l-aħħar nifsijiet ta' ħajtu. Il-Pulizija tal-RIU waslu fi ftit minuti Kien għall-ħabta tal-5.10am li l-Pulizija ġew informati li kienet seħħet sparatura fi Triq ix- Xemxija fil-Marsa. Fi ftit minuti waslu fuq il-post il-Pulizija mill- Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit, immexxija mill-Ispettur Antoine Cilia u dawk tad- Distrett, immexxijin mill- Ispettur Robert Vella flimkien mas-Surġenti Susanne Mifsud u Christine Bonnici li min-naħa tagħhom informaw lill-ogħla uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Minnufih il-Pulizija għalqu l-aċċess għat-traffiku kif ukoll għall-pubbliku biex tkun preservata x-xena tad-delitt. Fuq il-post marru ż-żewġ deputati kummissarji Raymond Zammit u Pierre Calleja, is- supretendent Carmelo Magri tad-distrett kif ukoll l-Ispettur Keith Arnaud mill-Iskwadra tal-Omiċidji u l-ispettur James Grech mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Meta waslu l-Pulizija sabu lil Galea mitluq fuq il-ġenb tiegħu fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet minn tabib li mar fuq il-post flimkien ma' tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Fl-istess ħin, il-Maġistrat Mill-Qorti Spara lil ħuh wara argument fuq ħajt tas-sejjiegħ RAĠEL ta' 45 sena ngħata sentenza sospiża ta' ħabs wara li ammetta li spara senter fid-direzzjoni ta' ħuh waqt argument fuq ħajt tas-sejjiegħ. Il-Qorti semgħet kif fis-16 ta' April 2006 qam argument bejn l-imputat, Joseph Cachia, u ħuh Anthony, rigward ħajt tas- sejjiegħ li jinsab l-għelieqi tagħhom f 'Ħal Safi. Waqt li kien qiegħed fl-għalqa tiegħu. Joseph Cachia kellu tilwima ma' ħuh u ż-żewġt aħwa qabdu jwaddbu l-ġebel lil xulxin, iżda f 'ħin minnhom, l-argument eskala u l-akkużat qabad is-senter u spara xi tiri fid- direzzjoni ta' ħuh. Kawża tal-inċident, ħu l-akkużat sofra ġrieħi f 'wiċċu u rasu. Oriġinarjament Joseph Cachia kien akkużat b'attentat ta' qtil, iżda l-prosekuzzjoni u d-difiża għamlu patteġġjament, u l-akkuża nbidlet għal ferità gravi. Għaldaqstant il-Qorti, ppresseduta mill-Imħallef Michael Mallia, sabet lil Cachia ħati li kkaġuna ferità gravi lil ħuh, li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar u kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin u mmultatu €1,165. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Ġużi Galea - il-vittma Qtil ieħor premedidat fil-Marsa fl-2014 Sparati bejn 17 u 20 tir AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT