Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/483472
10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Marzu 2015 Statistika ta' kronaka għall-ewwel tliet xhur tas-sena Inqas traġedji mis-sentejn ta' JOHN PISANI jpisani@mediatoday.com.mt MINN statistika li żżomm il-gazzetta ILLUM, jirriżulta li bejn Jannar u lbieraħ, is-Sibt 21 ta' Marzu, seħħew inqas traġedji mis-sentejn ta' qabel, filwaqt fejn jidħlu każijiet ta' hold-ups din is-sena kien hemm sitt każi, tnejn aktar mis-sena l-oħra u wieħed inqas mill-2013. Mhux qegħdin neskludu li fil-fatt seta' saru aktar hold-ups għax il-Pulizija mhux dejjem jinfurmaw lill- mezzi tax-xandir b'kull każ ta' hold-up li jseħħ. Inċidenti fatali tat-traffiku Bħala statistika minn Jannar sal-bieraħ, fit-toroq Maltin u Għawdxin tilfu ħajjithom żewġ persuni. Dawn l-inċidenti fatali kienu dawn: Fl-1 ta' Jannar tilef ħajtu Matthew Meliak ta' 22 sena mis-Swieqi f 'inċident li seħħ fi Triq ir-Rabat fin- Nadur għall-ħabta tal-3.45am. Dakinhar karozza Peugeot 106 misjuqa minn Terrance Tanti ta' 22 sena minn San Ġwann ħabtet f 'ħajt u arblu tad-dawl. Fit-12 ta' Jannar, Ramier Mader ta' 42 sena mill- Ġermanja, għall-ħabta ta' 11.55am kien qed jaqsam Triq it-Torri f 'Tas-Sliema meta safa' mtajjar minn karozza misjuqa minn Mario Gatt ta' 36 sena miż-Żurrieq. Matul l-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra seħħew ħames inċidenti fatali tat-traffiku. Dawn kienu: Fl-10 ta' Jannar, fejn Clive Brincat ta' 32 sena mill-Belt, magħruf bħala "l-Ġoja" tilef ħajtu fil-5.12am fi Triq il-Konvoj ta' Santa Maria, fl-Imqabba. Karozza Peugeot 206 misjuqa minn Jean Claude Mangion ta' 19-il sena mill- Qrendi li laqtet il-mutur li kien fuqu Brincat li dak il-ħin kien wieqaf mal-ġenb tat-triq. Fil-15 ta' Jannar Karen Cutajar ta' 38 sena minn San Pawl il- Baħar għall-ħabta tas-2.35pm kienet qed issuq karozza Fiat 600 u ħabtet head-on fi trakk misjuq minn Matthew Mangion ta' 28 sena min-Naxxar. L-inċident seħħ fi Triq is-Salini, limiti tan-Naxxar. Fl-24 ta' Jannar Philip Scott Attard ta' 44 sena, Ingliż, li kien joqgħod Ħal Għaxaq kien miexi fi Triq Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa meta għall-ħabta tas-6.35am Attard intlaqat minn karozza Opel Corsa misjuqa minn ġuvni ta' 21 sena minn Ħal Qormi u kif il-vittma kien fl-art karozza Ford Escort misjuqa minn raġel ta' 33 sena minn San Ġwann għaddiet minn fuqu. Fil-5 ta' Marzu John Darren Casey, Ingliż ieħor, minn San Pawl il-Baħar, tilef il-kontroll tal-karozza VW Polo u baqa' dieħel f 'Vauxhall Brava misjuqa minn John Paul Azzopardi ta' 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Dan l-inċident fatali seħħ għall-ħabta tas-7.15am fi Triq Burmarrad fil-Mosta. Il-ħames każ seħħ fl-24 ta' Marzu meta Ibrahim Ismail Yasin mis-Somalja ta' 19-il sena fis-2.30pm kien qed jaqsam Triq Aldo Moro fil-Marsa meta ntlaqat minn karozza Fiat Fiorentino misjuqa minn Warren Frendo ta' 23 sena minn San Pawl il-Baħar. Fl-2013 fl-ewwel tliet xhur tas-sena ġew irrapportati tliet fatalitajiet fit-toroq tagħna u dawn seħħew kollha fix-xahar ta' Marzu. Fl-10 ta' Marzu raġel ta' 60 sena mill-Mosta ħabat head- on bil-mutur tiegħu BMW f 'Mitsubishi misjuqa minn raġel ta' 64 mill-Mosta fl-inħawi taċ-Ċirkewwa għall-ħabta tal- 9.50am. Fit-22 ta' Marzu raġel ta' 83 sena minn Birkirkara ħabat ma' arblu tad-dawl x'aktarx wara li ħassu ħażin. Dan l-inċident seħħ fi Triq l-Imdina, f 'Ħaż- Żebbuġ fit-3.30pm. Fis-26 ta' Marzu Joseph Portelli ta' 52 sena mill-Marsa għall-ħabta tas-6.40am, ħabat bil-karozza tiegħu Vitz mal- akwadott biex jevita karozza oħra, misjuqa minn Keith Cassar ta' 24 sena minn Birkirkara, fi Triq il-Kbira San Ġużepp, f 'Santa Venera. Portelli miet jumejn wara fl-Isptar Mater Dei. Imwiet fuq il-post tax-xogħol Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena seħħ każ wieħed fejn ħaddiem tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol. L-istess ġara s-sena l-oħra, filwaqt li fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2013 ma kinux irrapportati l-ebda inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol. L-inċident li seħħ din is-sena ġara fit-28 ta' Frar meta Patrick Vella ta' 36 sena miż-Żejtun kien qed jaħdem f 'baċir fit- Tarzna ta' Palumbo. Dak tal-2014 seħħ fil-11 ta' Marzu meta Modibo Konate ta' 37 sena mil-Liberja waqa' minn għoli ta' erba' sulari fi Triq il-Pont fil-Mosta. Mewt kawża ta' għarqa S'issa din is-sena seħħew żewġ każi li fihom tilfu ħajjithom żewġ persuni kawża ta' għarqa, filwaqt li fl-ewwel tliet xhur tas-sentejn ta' qabel kien hemm għarqa waħda kemm fl-2014 u fl-2013. Fil-25 ta' Frar mara ta' 27 sena, turista Ċiniża, inġibdet minn mewġ kbir fid-Dwejra, Għawdex. It-tieni każ huwa dak li semmejna aktar 'il fuq, ta' Patrick Vella li għereq f 'baċir fit-Tarzna ta' Palumbo. Fl-2014 seħħet fatalità oħra eżatt bħal dik tat-turista Ċiniża meta fit-3 ta' Marzu Jacek Malek mill-Polonja wkoll kien qed jieħu ritratti fid-Dwejra u nġarr minn mewġa. L-għarqa fl-ewwel tliet xhur tal-2013 seħħet ukoll fit-3 ta' Marzu, kif ukoll fid-Dwerja, meta Manuel Sammut ta' 43 sena minn Birkirkara sab ruħu f 'diffikultajiet meta kien qed jogħdos. Omiċidji Din is-sena seħħew żewġ omiċidji - l-aħħar wieħed il- Ġimgħa filgħaxija, wieħed aktar mis-sena 2013. Fl-2014 fl-ewwel kwart tas-sena kienu seħħew erba' omiċidji. Fil-11 ta' Marzu li fih inqatlet Silvana Muscat ta' 36 sena Il-karozza Peugeot li fiha kien hemm Matthew Meliak ta' 22 sena