Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
2 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 24 54 59 8 26 64 49 11 Regent Pharmacy, Valletta 70, Triq Merkanti tRinity Pharmacy, Marsa 32, Triq il-Marsa Fatima Pharmacy, Santa Venera tRiq iż-Żonqor maRRit Pharmacy, Fleur De Lys tRiq l-1 ta' Mejju O'Hea Pharmacy, Gżira 115, Triq Manoel De Vilhena KRyptOn Chemists, Swieqi tRiq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ Stella Maris Pharmacy, Sliema 34, Milner Street Balzan Pharmacy, Balzan 70, Triq San Franġisk gROgnet Pharmacy, Mosta 41, Triq il-Kostituzzjoni BROwn'S Village Pharmacy, Mellieħa main Street St. Monica Pharmacy, Paola 157, Triq Santa Monica KalKaRa Pharmacy, Kalkara nO. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi San Ġwakkin Pharmacy, Marsascala 1, Triq Sant'Anna St. Philip Pharmacy, Għaxaq tRiq iċ-Ċeppun ŻuRRieq Dispensary, Żurrieq 68, Triq il-Kbira BROwn'S Pharmacy, Żebbuġ 47, Vjal il-Ħelsien ideal Pharmacy, Rabat 63, Triq il-Kbira CaStle Pharmacy, Victoria, Gozo 2, Misraħ l-Indipendenza lauRetana Pharmacy, Għajnsielem... 36, Triq l-Imgarr mia Airport Pharmacy, Luqa Open from 7:30am till 10pm. l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 12˚ Ċ teMp: Sabiħ Viżibilità: Tajba riħ: Majjistral forza 5 lokalment forza 5 għal 6 bAħAr: Qawwi iMbAtt: Baxx għal moderat mill-Grigal li jsir baxx mill-Punent l-oGħlA: 17˚Ċ l-inQAS: 12 Ċ teMp: Ftit imsaħħab lokalment pjuttost imsaħħab Viżibilità: Tajba riħ: Punent Majjistru forza 5 għal 6 li jsir forza 6 għal 7 u jdur mill-Majjistral forza 6 mal-lejl bAħAr: Qawwi iMbAtt: Baxx mill-Majjistral li jsir Punent Peter Paul Zammit qallu biex jimla formola ta' lment Ikompli minn paġna 1 Il-każ ta' Josmar agius ta' 44 sena minn Marsaxlokk imur lura għal nhar is-7 ta' Ġunju 2013, meta bint Josmar agius, Maria, li dak iż-żmien kellha 16-il sena u għaldaqstant kienet minorenni, kienet ma' xi ħbieb tagħha Wied il-Għajn. Meta kienet fuq karozza tal-linja fi triqtha lejn id-dar Maria agius indunat li l-mowbajl tagħha kien insterqilha u għalhekk kif waslet Ħaż-żabbar baqgħet sejra l-Għassa tal-Pulizija biex tagħmel rapport. Minħabba li t-tfajla kienet taħt l-età l-Pulizija talbuha tagħmel kuntatt mal-ġenituri tagħha biex xi ħadd imur l-għassa biex il-Pulizija jkunu jistgħu jieħdu r-rapport. Huma talbuha wkoll biex tmur u ġġib il-kaxxa tal-mowbajl mid-dar biex jikkonfermaw in-numru tar-reġistrazzjoni tas-sett. Peress li l-mowbajl tagħha kien insterqilha, Maria talbet lill-Pulizija biex tuża t-telephone tal-Għassa, iżda kif qed ikun allegat din ma tħallietx tagħmel dan. Għaldaqstant it-tfajla kellha tuża mowbajl ta' waħda mill-ħbieb tagħha. Kien meta mar missierha, Josmar Agius, fl-Għassa tal-Pulizja li allegatament inqala' argument bejn is-surġent u l-missier bis- surġent jagħmel rapport li safa aggredit. Kien wara li dan il-każ tqajjem diversi drabi mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi fejn anke indirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem il- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija li fiha talab biex il-Gvern jippubblika l-inkjesta interna, li l-Pulizija ħarġu l-akkużi fil- konfront ta' Josmar Agius. Fil-jiem li għaddew, Agius ippreżenta Protest Ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-konfront tal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Intern u l-Kummissarju tal-Pulizija fejn qal li huwa rċieva telefonata mingħand bintu fejn talbitu jmur l-Għassa tal-Pulizija ta' Ħaż-Żabbar peress li l-uffiċjali tal-Pulizija fl-Għassa dak il-hin ma ridux jieħdu rapport li hija riedet tagħmel għax kienet minorenni. Agius kompla jgħid fil-protest li meta mar fl-Għassa ġie milqugħ b'atteġjament żorr u li minkejja li kien mitlub biex imur l-Għassa ma' bintu, is- Surġent fl-Għassa beda jirrifjuta li jieħu r-rapport. Meta ra dan l-atteġjament, Agius oġġezzjona u dak il-ħin stess għamel telefonata lill-eks Kummissarju Peter Paul Zammit u talbu jiċċaralu jekk kienx qed jaġixxi korrettament li jinsisti li s-Surġent kellu jieħu r-rapport tal-allegat serq tal-mowbajl ta' bintu. Min-naħa tiegħu, jgħid Agius, Peter Paul Zammit qallu biex jimla formola ta' lment. Skont hu, l-Uffiċjali fl-Għassa setgħu jissoponu li t-telefonata kienet diretta lil xi ħadd fi grad superjuri għal tagħhom, għalkemm ma kienx qalilhom lil min kellem. Wara din it- telefonata s-Surġent inkarigat, b'suppervja qal lil Agius u lil bintu biex ipoġġu bilqiegħda sakemm iġibu l-formola ta' lment peress li ma kellhomx. Kif instabet formola, Agius u bintu mlewha u għaddewha lis-Surġent u wara telqu mill- Għassa. Fil-protest Josmar Agius qal li kien artiklu fil-media li sar jaf li kien sar rapport minn diversi uffiċjali tal-Pulizija stazzjonati fl-Għassa ta' Ħaż-Żabbar fejn kien qed jiġi allegat li huwa (Agius) kien ħebb u aggredihom u li f 'dan ir-rigward kienet għaddejja inkjesta. Meta sar jaf b'dan, Agius ħass li ma kellux għalfejn jibda proċeduri la darba kienet infetħet inkjesta fuq l-allegazzjonijiet u kien qed jistenna li jingħata kull opportunità biex jagħti l-verżjoni tiegħu. Iżda minkejja li għaddew ix-xhur, la hu u lanqas bintu ma ġew imsejħin biex jagħtu l-verżjoni tagħhom. Kien nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Frar 2015, li Josmar Agius ġie servut b'avviż fejn ġie ordnat jidher għas-seduta ta' nhar il-21 ta' April 2015 u hemm jirrispondi għal akkuża miġjuba kontra tiegħu. B'din iċ-ċitazzjoni, Agius ħassu aggravat bl-aġir tal-Awtoritajiet kompetenti involuti u jsostni li l-proċedura adottata fil- konfront tiegħu fiha nuqqasijiet proċedurali serji u għalhekk hi nulla, għar-raġuni li nkiser il-prinċipju "Audi et Alteram Partem", li tfisser li fl-ebda ħin ma ġie mogħti l-opportunità li jagħti l-verżjoni tiegħu. Inkiser ukoll il-prinċipju ta' "Nemo Gudex in Causa Propria" u dan billi min mexxa l-inkjesta libes żewġ kpiepel billi serva tal-investigatur u anke ddeċieda lil min jisma' bħala xhud. B'hekk diġà kkomunika verdett fl-investigazzjoni tiegħu b'mod li aċċetta dak li qed jallega l-allegat vittma meta jista' jkun li dak li qed jallega l-vittma jaqa' meta wieħed jiżen dak li kellu xi jgħid Josmar Agius. Għaldaqstant fil-Protest Ġudizzjaru tiegħu, Agius qed jgħid li "dan il-ksur flagranti ta' dawn iż-żewġ prinċipji fundamentali tad-dritt naturali tal-protestant, illum din l-inkjesta ġiet konkluża, komunikata u r-riżultat tagħha jinsab f 'idejn l-awtoritajiet kollha, inkluż dawk ġudizzjarji, li issa jinsab mgħajjat biex jidher quddiemha." Għalhekk l-inġustizzja fil-konfront ta' Agius, f 'każ li l-proċeduri kriminali mibdija abbażi tal-inkjesta li ġiet konkluża abbażi ta' liema nħarġu l-akkużi kontra Agius, se tkompli tiggrava u m'hemm l-ebda alternattiva oħra għajr dik li din l-inkjesta għandha tiġi ddikjarata nulla u jinbeda l-proċess biex mill-ġdid tiġi inkarigata persuna li tisma' l-partijiet kollha involuti. Dawn jinkludu lil Agius, lil bintu u lill- uffiċjali kollha li kienu xogħol dakinhar, u mhux lil dawk biss li deher lil xi individwu. B'hekk jasal għal konklużjoni ġusta li mhux biss tistabilixxi l-allegat aġir ta' Josmar Agius, iżda wkoll x'seta' wassal biex l-uffiċjali tal- pulizija, li allegaw l-okkorrenza tal-allegat aġir ta' Agius, kienx, wara kollox, sempliċi attentat biex jinħeba nuqqas tal-Pulizija. Il-Protest Ġudizzjarju jġib il-firma tal-Avukat Josephine Farrugia Mifsud u tal- Prokuratur Legali Nicholette Aquilina. Sadanittant minkejja li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi saħaq diversi drabi li Josmar Agius kien ħebb għall-Pulizija, sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalulna li fil-fatt fir-rapport li għamel l-istess surġent imkien m'hemm li Josmar Agius ħebb jew aggredixxa lil xi ħadd fl-Għassa tal-Pulizija. Dr Azzopardi ġie kkwotat jgħid li "raġel li f 'Ġunju 2013 daħal fl-Għassa ta' Ħaż-Żabbar u agredixxa erba' uffiċjali tal-pulizija". L-istess Membru Parlamentari Nazzjonalista staqsa wkoll "kif iħossuhom l-uffiċjali tal-pulizija meta wieħed minnhom safa aggredit f 'Għassa tal-Pulizija iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni?" Fis-7 ta' Novembru 2014, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista saħansitra ppreżentat mozzjoni lill-Ispeaker tal-Kamra tar- Rappreżentanti biex tiċċensura "l-aġir ta' ħabi" tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u tordnalu li immedjatament jippubblika r-riżultati ta' żewġ inkjesti, waħda minnhom dwar dan il-każ. Il-mozzjoni kienet ippreżentata mid-Deputati Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Mario Demarco fil-preżenza tal-Whip tal-Oppożizzjoni, David Agius. Nifhmu li l-akkużi li oriġinarjament kienu se jinħarġu fil-konfront ta' Agius, inbidlu u mhux eskluż li lanqas fl-akkużi li Agius irid jirrispondi għalihom fil-21 ta' April li ġej m'hemm xi akkuża ta' aggressjoni, kif dejjem allega Jason Azzopardi.