Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 11 jekk jerġgħu jiġu eletti Il-bzonn li tigi installata ATM fir-rahal taghna. • X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Ser nizgura li bħala Kunsill inkomplu nieħdu inizjattivi ħalli r-raħal ta' Ħal Għargħur jibqa' jkun wieħed mill-aqwa postijiet residenzjali fil-gżejjer Maltin fejn ir- residenti igawdu kwalità ta' ħajja mill-aħjar. Importanti li l-Kunsill jibqa' jkun viċin tar-residenti u jinsisti mal-Gvern Ċentrali sabiex ikollu r-riżorsi meħtieġa inkluż dawk finanzjarji sabiex ikun jista' jwettaq il- ħidma tiegħu u proġetti ta' fejda għall-lokalità filwaqt li naraw kif nistgħu niksbu finanzjament minn sorsi oħra bħalma għamilna fil-passat. Se naħdem ukoll sabiex matul din is-sena jitlesta l-progett tal-kisi bit-tarmak ta' Triq Fra D. Mifsud. L-aktar ħidmiet prominenti: Il-bini mill-ġdid ta' Ġnien il-Ponta tista' tgħid li • nbena mill-ġdid. Ħadna ħsieb li dan il-ġnien ikun aċċessibli ghal kulħadd Il-bdil tal-bandli ta' Ġnien il-Paċi. Inbnew ħitan • tas-sejjieħ ġodda, b'passaġġi jserrpu qalb is-siġar X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Jekk nerġa' nkun elett fil-Kunsill Lokali jien beħsiebni nibqa' qrib ir-residenti hekk kif dejjem kont tul dawn l-aħħar tliet snin. Ha nibqa' nisma' l-ilmenti u s-suġġerimenti tagħhom u nieħu ħsieb li nressaqhom waqt il-laqgħat tal-Kunsill. Nieħu ħsieb li nibqa' dejjem viċin l-għaqdiet tar-raħal u nkun dejjem ta' għajnuna għalihom. Nara li dejjem jibqa' jkun hemm konsultazzjoni sħiħa mar-residenti u l-għaqdiet tar-raħal f 'kull deċiżjoni li tkun se tolqot lilhom direttament. Ħidmiet l-aktar prominenti: Fil-qasam kulturali ħloqt festa annwali msejħa • Festa Ħut li għaliha jattendu ħafna nies kemm mir-raħal tagħna kif ukoll minn Malta u Għawdex. Rekord dwar l-iktar raħal li għandu bnadar. • Iż-Żrieraq ingħaqdu f 'festa ta' kuluri fuq il-bjut tar-raħal tagħna fejn ittellgħu 'il fuq minn 900 bandiera. Sar xogħol fuq triq traffikuża ħafna - Triq Wied • Babu fejn ingħatala wiċċ ġdid sabiex jitgawda minn dawk kollha li jużawha. Infetħet mill-ġdid dar Mattia Preti sabiex tagħti • raġġ ta' dawl mill-ġdid lil nies imtaqqlin bil- problemi. Din id-dar saret Ċentru tar-Riżorsi għall-Familja taħt il-proġett LEAP X'seta' sar differenti? It-twessigħ ta' Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq • L-għoti ta' wiċċ ġdid lil Triq Ħal Far (triq arterjali • li twassal sa Birżebbuġa). X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Jekk nigi elett mill-ġdid, kif semmejt hawn fuq, beħsiebni nkompli naħdem sabiex titwessa' Vjal ix- Xarolla, u jingħata wiċċ ġdid lil Triq Ħal Far, jinbena ċentru edukattiv għal komunità fiż-żona tal-Bebbux li diġà għandna l-pjanti ta' dan il-proġett. Se naħdem ukoll sabiex ikollna żona miftuħa sabiex titgawda mill- annimali, outdoor gym, ħafna aktar servizzi mill-berġa tas-saħħa, u post għall-kenn fi Pjazza Mattia Preti sabiex dawk li jkunu qed jistennew it-trasport pubbliku jkollhom fejn jistkennu mill-elementi. L-aktar prominenti tul din il-leġiżlatura? Kien hemm ħidma pjanata tajjeb biex tikber • l-attività kulturali permezz ta' attivitajiet li jġibu magħhom ammont sabiħ ta' nies anke minn barra r-raħal X'seta' sar differenti? L-ippjanar irid ikun aktar bil-għaqal • għandna bħala lokalità nimbarkaw fuq proġetti • akbar li jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta' kulħadd. i.e toroq ġodda minflok ħafna patching; Out Door gym u Night shelter għall-anzjani. X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Ilni ghal dawn l-aħħar tlett snin nitħabat biex ikollna Out Door Gym bħal ma għandhom ħafna lokalitajiet anke izgħar miż-Żurrieq. Ser nibqa' naħdem u nistenna li jkollna l-appoġġ mixtieq. Imma wkoll irid inħares li l-liġi li tgħaqqadna lkoll bħala Kunsilliera eletti demokratikament tiġi mħarsa dejjem. Sfortunatament f 'din il-leġiżlatura kien hemm mumenti fejn certi affarijiet setgħu saru b'mod aktar etiku u li tissalvagwardja l-liġijiet li aħna marbutin bihom. L-aktar ħidmiet prominenti? Huwa pożittiv li numru ta' toroq saru mill-ġdid • Proġett prominenti ieħor li huwa pożittiv kien • ir-restawr tal-pont tal-isperanza X'seta' sar differenti? Il-Kunsilliera ma ngħataw ebda opportunita' • li jiddiskutu u jipproponu toroq huma wkoll skont il-ħtiġijiet tal-familji u negozji. Ġejna ppreżentati fil-Kunsill b'lista ta' toroq li kienu diġa' intgħażlu. Nemmen li l-proċess tal-għażla kellu jkun wieħed ħafna iktar trasparenti u miftuħ. X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Għaż-żmien li ġej nemmen li l-kunsill lokali għandu jkun aktar trasparenti u qrib tar-residenti. Kif qed jagħmel fuq livell nazzjonali fejn qed iwettaq dak li wiegħed, il-Partit Laburista jista jagħmel aktar differenza u jdaħħal aktar ottimiżmu anke fuq livell lokali fil-Mosta jekk ikun f 'maġġoranza. Bħala xogħol materjali, huwa fatt li fil-Mosta għad fadal ħafna xogħol importanti xi jsir fuq l-infrastruttura – it- toroq u l-bankini fuq quddiem nett. Kunsill ġdid irid jaħdem id f 'id, u jinsisti, mal-Gvern Ċentrali biex iwettaq ix-xogħol li m'għamilx il-Kunsill preżenti. L-aktar ħidmiet prominenti? Kont nieħu ħsieb id-dekasteru afdat lili, • jiġifieri l-kultura u l-attivitajiet, għent ukoll f 'setturi oħra li fihom għandi • kompetenzi bħalma huma t-trasport u ż-żgħażagħ. Mexxejt numru ta' sottokumitati fuq • ħidmiet varji. Barra dan kont ukoll f 'kuntatt kontinwu • mar-residenti Mostin biex insegwi l-ħtiġijet li kellhom u ngħinhom kif nista' X'seta' sar differenti? Għamilna numru ta' laqgħat għar- • residenti imma forsi stajna għamilna aktar minnhom biex dejjem iżjed nisimgħu ideat, opinjonijiet u suġġerimenti. B'kuntatt akbar inkunu interpreti aktar • preċiżi tar-residenti u x-xewqat tagħhom. X'beħsiebek twettaq jekk tiġi elett f 'din l-elezzjoni? Jekk ningħata l-fiduċja tar-residenti mill-ġdid bi ħsiebni nkompli nsaħħaħ il-kuntatt magħhom. Nara mhux biss l-istampa l-wiesgħa imma wkoll dik aktar personali u individwali. Fuq kollox dan għandu jkun ix-xogħol ta' kunsillier – dak li jressaq liċ-ċittadin lejn il-kunsill u l-kunsill lejn iċ-ċittadin. Irrid nirsisti biex dak li għandu jsir isir, u jsir sewwa. Naħdem biex aktar toroq jiġu rranġata biex b'hekk aktar residenti jkunu sodisfatti. Nara li l-Mosta jkollha ambjent dejjem aktar sikur u akkoljenti. Ngħin biex insibu fondi u għajnuna biex jinġiebu u jitwettqu aktar proġetti ta' fejda. Christopher Fenech Kandidat għall-Partit Laburista fil-Għargħur Ignatius Farrugia Kandidat għall-Partit Laburista fuq iż-Żurrieq Dino Bonnici Kandidat għall-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq Alex Muscat Kandidat għall-Partit Laburista fil-Mosta James Cassar Kandidat għall-Partit Nazzjonalista fil-Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105