Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
12 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Kelmtejn ma' Dun Mario Grech Erba' kilometri ta' baħar mill-isbaħ jaqsam Għawdex minn Malta. Żewġ gżejjer li fuqhom tperper l-istess bandiera, bl-istess gvern jilleġiżlahom. Jitkellmu l-istess lingwa bi djalett differenti. Iżda Għawdex hu awtonomu bħala Knisja għax hu djoċesi għalih. U l-Knisja Kattolika mhix magħmula mill-pajjiżi iżda minn djoċesijiet u id-djoċesi ta Għawdex taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Isqof Mario Grech. Dwar dan il-fatt L-Isqof Għawdxi qalli, "Il-Knsija Kattolika hi artikolata. Djoċesi hi Knisja għaliha, awtonoma. L-isqof jirrapreżenta lil Kristu. Iżda l-Knisja hi sħiħa u taħdem f 'komunjoni mal- Papa." Meta ktibtlu hu qalli li jħossu aktar komdu jekk nindirizzah bħala Dun Mario. Indunjat li fis- sagħtejn li qattajt nitkellem ma' Dun Mario li hu kapaċi jitkellem fuq kollox u dwar kollox - għandu opinjoni iżda jisma' l-opinjonijiet ta' kulħadd u għandu kapaċità kbira li jagħraf x'għandu jgħid u kif jgħidu. Il-karattru fabbli tiegħu magħqud mal-għerf li rnexxielu jakkwista bl-esperjenza li tagħtik il-ħajja u l-istudji li għamel jgħinuh biex jifhem aktar lil kull persuna ġejja minn liema ambjent tal- ħajja ġejja. Quddiemi sibt mhux isqof iżda lil Dun Mario, li kien lest li jisma' aktar milli jitkellem u mis- suġġett tal-vokazzjonijiet fost iż-żgħażagħ Għawdxin spiċċajna nitkellmu fuq kollox. Meta kellimtu dwar is- saħħa tal-Knisja f 'Għawdex, li dehret fil-kwistjoni tad- divorzju fejn il-LE rebaħ fuq l-IVA bil-kontra ta' dak li ġara f 'Malta, Dun Mario qalli li ma kinitx biss mertu tal-knisja, "Il- familja f 'Għawdex hi iżjed b'saħħitha u dan irrefletta fil-fatt li vvutaw kontra d-divorzju. Għalkemm hawn konsenturi fil-familji Għawdxin." Mistoqsi dwar iż-żgħażagħ u l-Knisja Għawdxija, Dun Mario qalli li f 'Għawdex hemm differenza kbira bejn l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. "L-adoloxxenti għadhom jiffurmaw gruppi sbieħ fil- parroċċi. Iżda fil-qasam taż- żgħażagħ għandna lakuna għax iż-żgħażagħ Għawdxin qegħdin Malta mhux hawn. Jistudjaw u jaħdmu Malta. Jekk irridu futur għal Għawdex, irridu noħolqu opportunitajiet biex ma jibqax ikun hawn eżodu ta' Għawdxin li la darba jitilqu, ma jerġgħux jiġu lura." "Il-Knisja f 'Għawdex lanqas tista' torganizza attivitajiet għaż-żgħażagħ għax ma nsibuhomx. Sibna problema anke għall- eżerċizzi taż-żgħażagħ, għax matul il-ġimgħa dawn ikunu Malta. Il-laqgħat għal koppji għarajjes qed nagħmluhom fi tmiem il-ġimgħa biss għax inkella ma jkun hawn ħadd." Dwar il-vokazzjonijiet Dun Mario qal li naqsu. Jgħidli li fi żmien li kien qed jistudja hu, kien hemm 30, illum f 'Għawdex hemm 11-il seminarist filwaqt li f 'Malta hemm madwar 30. "Iżda hemm raġunijiet oħra għaliex qed jonqsu. Il-fatt li l-popolazzjoni qed tiċkien minħabba r-rata ta' twelid kif ukoll li minħabba l-proċess tas-sekulariżmu, issa saru jaħsbuha darbtejn." Staqsejtu jekk iċ-ċelebat igerrixx il-vokazzjonijiet u hawn Dun Mario tani tweġiba interessanti - "l-ewwel ħaġa ċ-ċelebat mhux stmerrija tas-sess. Is-sesswalità tahielna Alla u għandha l-ġmiel tagħha. Però hu minnu wkoll li ċ-ċelebat jista' jaqta' l-qalb ta' dawk li jkunu jixtiequ jsiru saċerdoti." "Iċ-ċelebat jekk ma tagħrafx il-ġmiel tiegħu jagħmlek mostru, iżda jekk tapprezzah jagħmlek instrument meħtieġ għall- ministeru. Għax wieħed irid jifhem li jekk tkun miżżewweġ ma tistax tagħti l-ħin biżżejjed għas-servizz tal-knisja u l-poplu tagħha. Iżda rridu nammettu li f 'paragun ma' djoċesijiet oħra, anke jekk il- vokazzjonijiet naqsu, xorta għadna tajbin. Fil-fatt Turin hemm 12-il vokazzjoni. Barra minn hekk nemmen li llum l-vokazzjonijiet huma aktar awtentiċi u motivati. Il-kwalità hi aħjar u żgur li mhux għax imbuttati mill-familji iżda għax huma konvinti xi jridu." Meta tkellimna dwar il- pedofelija, Dun Mario ma qabilx miegħi li ċ-ċelebat jaħti li saċerdoti abbużaw minn tfal fil-passat. Qalli li dak il-fatt iweġġgħu immens illum@mediatoday.com.mt John Busuttil M'għadniex fi żmien il-Knisja tal-qanpiena • F'Għawdex iż-żgħażagħ sparixxew • Is-suttana ġieli ntużat biex wieħed jiddandan biha • Li tabbuża mit-tfal mhux minħabba nuqqas ta' sess, iżda • għax tkun pedoflu "Iċ-ċelebat jekk ma tagħrafx il-ġmiel tiegħu jagħmlek mostru, iżda jekk tapprezzah jagħmlek instrument meħtieġ għall-ministeru" "L-adolexxenti għadhom jiffurmaw gruppi sbieħ fil-parroċċi"