Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 P jan elettorali wara l-ieħor, ta' gvernijiet di erenti, il-proġetti tal- infrastruttura, l-ambjent, u l-monumenti tgħallimnihom bl- amment. Imma x'qiegħed isir mal- komunità, li daqskemm inbidel l-ambjent ta' madwarha, inbidlet hi? L-ewwel mistoqsija tiegħi tkun għaliex ċentru hekk il-bżonn tiegħu nħass propju l-Kottonera? "Kien wara analiżi tal-gradwati u minfejn dawn ikunu ġejjin li l-Università ndunat li f 'sena minnhom ma kien hemm ħadd la mill-Isla, la minn Bormla u lanqas mill-Birgu. Baqgħu mistagħġbin u qalu li jridu jagħmlu xi ħaġa dwarha. Kienet fuq inizjattiva tar-rettur Juanito Camilleri" tgħidli JosAnn, hekk kif ukoll tgħidli li dan hu proġett relattivament riċenti "bdejna -2011 bħala task force. Iltqajna bħala letturi u rajna x'nistgħu nagħmlu. Bdejna bil-mentoring imbagħad ġiet stabbilita f 'Jannar tal-2013." Minn mentoring, dan iċ-ċentru kiber sabiex beda joffri aktar servizzi – bħalma huma l-klassijiet ta' reviżjoni ghall-istudenti tar-raba' sena tas- sekondarja, bi tħejjija għas-SEC. Mhux biss – qed tiġi provduta għajnuna wkoll sabiex tgħin liż-żgħażagħ isibu mod ta' kif jistudjaw u jimmemorizzaw li jaħdem għalihom, u għajnuna oħra sabiex tħejji liż-żgħażagħ jippreparaw għall-futur u għad-dinja tax-xogħol. L-għajnuna ta' dan iċ-ċentru mhix limitata biss għaż-żgħażagħ – din is-sena hemm ukoll is-servizz ta' counselling, kif ukoll servizz tal- għajnuna legali, b'din tal-aħħar tgħin lil min ikollu bżonn parir dwar xi kwistjonijiet legali – "Dawn ikunu studenti tas-sitt sena fil-kors tal-liġi, li jaħdmu vis-à-vis ma' superviżur li jkun avukat, jagħmlu r-riċerka huma imbagħad jekk hemm bżonn jiġu rreferuti għand avukat, jew inkella x'passi jistgħu jittieħdu. Jekk ikun hemm bżonn jiġu rreferuti għand avukat pro-bona." Inizjattiva oħra hija l-Università tat- Tielet Età, fejn JosAnn tgħid li l-aktar korsijiet popolari huma dawk dwar l-istorja tal-Kottonera – fejn l-istudenti jiġu minn madwar Malta u Għawdex kollha. Jidher li l-edukazzjoni u ż-żieda tal-informazzjoni għall-pubbliku hija fil-quċċata tal-prijoritajiet, b'korsijiet bħal STEM – proġett biex iħeġġeġ l-istudju tax-xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika fost l-istudenti tar-raba' sena tas-sekondarja. Hemm ukoll kors apposta għal ħiliet tal- ġenituri, proġetti dwar l-iġene – iżda imbagħad hemm ukoll proġetti bħalma huwa LEAP – proġett li permezz tiegħu jiġu identifikati liem huma l-ispazji miftuħa fil-Kottonera, kif qed jintużaw, minn min, u x'jista' jsir bihom. "Ma tistax tiffoka biss fuq Permezz ta' proġetti varji, minn entitajiet di erenti, bħalissa nistgħu ngħidu li għaddej moviment li jrid jaqla' minn taħt l-perċezzjoni, il-ħsibijiet, u fuq kollox l-istigma li hemm marbutin mal-Kottonera – ideat li jafu l-għeruq tagħhom lil realtà di erenti – ta' soċjetà ħin kollu tinbidel. L-ILLUM tkellmet ma' JosAnn Cutajar, id-direttriċi taċ-Ċentru għar-Riżorsi tal-Kottonera - ċentru li bil-proġetti tiegħu jrid jgħin lir-residenti tal-Kottonera, b'mod partikolari liż-żgħażagħ fuq livell soċjali u ta' edukazzjoni. JosAnn Cutajar Senior Lecturer fl-Istudju tal-Ġeneru fl-Università ta' Malta Direttriċi taċ-Ċentru għar-Riżorsi fil-Kottonera Awtriċi ta' kotba dwar l-ugwaljanza u kwistjonijiet soċjali Il-Kottonera għaddejja miż-żmien Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105