Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 15 l-edukazzjoni imma. Għandek ukoll wirt li mhux wisq nies jagħtu kasu. L-għana pereżempju, u wirt storiku ieħor li qed jiġi mormi. Hemm ħafna postijiet fil-Kottonera, bħal Kortina San Nikola u Forti San Klement – forti enormi magħluq mimli ħmieġ. Hemm ukoll l-Isla, li għalkemm qed tiġi żviluppata – hemm ħafna aktar x'jista' jsir." L-interess ta' Josann f 'Bormla twieled miż-żwieġ tagħha – "miżżewġa xi ħadd minn Bormla li kien jilmenta ħafna u ridt nara jekk dak li kien jeqred fuqu kienx verità jew le. Bdejna nfittxu mill-pqs tal-parlament u indunajt li kellu raġun igerger!" L-interess tant kiber li wassal lil JosAnn tikteb ktieb, bit-titlu "Bormla – A Struggling Community" – "dan jinkludi informazzjoni mill-Birgu, Bormla u l-Isla, kif ukoll l-Kalkara – dwar kif inhi s-sitwazzjoni tal- iskola, tal-kriminalità, x'jaħsbu dwar u x'fadal isir mill-kunsill lokali, faċilitajiet pprovduti u riżorsi tal- gvern nazzjonali bħalma hu l-klinik. Jidher li l-akbar tħassib fost in-nies tal-Kottonera huma ż-żgħażagħ li ma jmorrux l-iskola u minflok joqogħdu jduru fl-inħawi – hemm rata ta' assentejiżmu qawwi. Hemm tħassib dwar id-droga u n-nuqqas ta' futur li jħossu dawn iż-żgħażagħ." Għalkemm bħalissa qed jitnedew proġetti ġodda bħall-Waterfront tal-Kottonera, Josann tisħaq li "m'hemmx opportunitajiet ta' xogħol fil-Kottonera. Il-Waterfront tal- Kottonera sar bil-wegħda li joħolqu opportunitajiet ta' xogħol lin-nies tan- naħat – imma ftit li xejn hemm min sab xogħol hemm. Jekk ħa jkun hemm investiment fil-futur irridu naraw li jkun hemm opportunitajiet għal nies unskilled u semi-skilled għax dawn qed jaffaċċjaw suq iebes la hawn riżorsi li jitħallsu b'inqas." Imma fil-verità, għaliex Bormla komunità f 'taqbida – kif jgħid it-titlu tal-ktieb? "Ilhom jinbuttaw biex juru lill-Gvern Ċentrali li hemm bżonn bidla. Pereżempju hemm żoni fejn in-nies ingħataw l-għażla li jixtru jew jikru l-appartament tagħħom mill-gvern li r-rati ta' kriminalità hija aktar għolja minn żoni fejn n-nies jixtru jew jikru mill-privat. Barra minn hekk, hemm ukoll il-kwistjoni tax-xogħol. Kien hemm entitajiet li pprovaw joħolqu x-xogħol imma ħaġa tal-iskantament ma ħallewhomx. Kien hemm min ried jiftaħ saħansitra bed and breakfasts u hostels fl-2013. Issa fetħu xi tnejn, imma dawn li kienu applikaw fl-2013 baqgħu ma fetħu qatt. Kien hemm ukoll min ried jiftaħ ristoranti. Barra minn hekk ipprovaw jiftħu kappella taħt l-art minn żmien il-Biżantini, u hemm xelter enormi qabel San Ġwann t'Għuxa li jistgħu jiddawru f 'attrazzjonijiet għat-turisti. Imma dawn ma tħallewx, għaliex ma nħariġilhomx permess mill-MEPA. Però, kien hemm min ipprova jagħmel bidla – mhux kollox kif jidher fuq l-media." B'konsegwenza ta' dan kollu, il- qasma fis-soċjetà, id-diskriminazzjoni, il-istereotipi jiżdiedu. "Id-differenza tinħass. Il-preġudizzji ta' ċertu nies meta tapplika għax-xogħol tinħass, anke pereżempju meta jiġu għar- relazzjonijiet" twieġeb JosAnn għal jekk fil-verità, in-nies tal-Kottonera jidhrux taħt lenti differenti min-nies ta' barra. Tkompli tfiehem kif is- sitwazzjoni maż-żmien qed tinbidel, imma hemm konsegwenzi li ħafna drabi ħafna ma jindunawx bihom. "Il- Birgu sal-2003 kellhom konnotazzjoni negattiva wkoll – imma issa ogħliet. Minħabba ż-żieda fil-prezzijiet fil-bini li hemm fil-Birgu, għaliex qed tiżdied id-domanda għalihom, in-nies tal-lokal stess qed joħorġu mill-Birgu, b'konsegwenza li ma fadal kważi ħadd mill-Birgu. Dan narawh imbagħad iħalli effett fuq il-festi. Għandek festa tal-Birgu b'volontarji li xi darba kienu jgħixu hemm iżda llum m'għadhomx. Bl-istess mod issa qed jitilgħu l-prezzijiet ta' żoni oħra fil-Kottonera, u nista' ngħid li nittama li ma ssirx ċentrifikazzjoni f 'postijiet oħra – għaliex ħa jibqa' jkollna ħruġ tan-nies tal-lokal sempliċiment għax ma jibqgħux jifilħu jħallsu għall-kirja." Tul l-intervista kollha JosAnn enfazizzat l-importanza tal-volontarji – hekk kif din hija sistema li titmexxa kompletament mill-volontarji. Dan iċ-ċentru jaħdem ħafna ma' NGOs fil-Kottonera, u organizzazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kunsilli lokali u mal-paroċċi – hekk kif dawn jkunu aktar b'saħħithom finanzjarjament, filwaqt li ċ-ċentru jkollu aktar kuntatti – speċjalment f 'każijiet ta' lectures. Il-bżonn ta' aktar volontiera jinħass, speċjalment għall- klassijiet ta' reviżjoni, fejn JosAnn tenfasizza l-ħtieġa ta' aktar volontiera għal ċertu klassijiet speċifiċi bħalma hu l-Ingliż. Il-volontiera huma fil- maġġoranza żgħażagħ – "iż-żgħażagħ jistgħu jidentifikaw aktar is-sistema kif taħdem – hekk kif is-sistema tal-iskola ħin kollu tinbidel. Barra minn hekk iż- żgħażagħ jistgħu jifhmu liż-żgħażagħ aħjar." Il-Ċentru għar-Riżorsi tal-Kottonera kiber ħafna mit-tnissil tiegħu – li toħloq sens ta' tama għall-futur. X'hemm imħejji għall-futur ta' dan iċ- ċentru? JosAnn b'entużjażmu spjegatli li tittama li fil-futur tara liċ-ċentru stabbilit bħala preżenza – "għadna fil-bidu. Irridu nibnu portfolio sew. Ir-rettur irid li dan iċ-ċentru jkopri żoni oħra jekk ikun hemm il-bżonn. Irridu wkoll inżidu wkoll ir-riċerka. Għaddejjin bi proġett dwar stejjer ta' nies tal-lokalità, li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Irridu naraw x'inhi l-istorja tan-nies komuni – it-tfulija tagħhom ir-relazzjonijiet kif kienu jiżvolġu. L-affarijiet kif kienu 50 sena ilu? Kif kienu jiltaqgħu l-għarajjes?" Bi tbissima taqsam kumment li għaddielha wieħed mill-parteċipanti, fejn qaltli li "Pereżempju, qabel fil- Birgu ma kinux jiżżewġu minn ta' San Lawrenz ma' ta' San Duminku! Ma tarax!" Barra minn hekk, JosAnn ssemmi bosta eżempji interessanti dwar użanzi li kien hemm fil-passat li ftit li xejn għadna nisimgħu dwarhom illum il-ġurnata – "ngħidu aħna, jekk tara kamra bl-arkati qabel kien jwelldu fiha. Barra minn hekk, tara d-djar maqsuma differenti – ma tarax djar sħaħ imma dar waħda maqsuma f 'aktar minn waħda minħabba li kellek popolazzjoni kbira fil-Kottonera." Tkompli tgħidli li llum is-sitwazzjoni inbiddlet. "Minn popolazzjoni ta 19,000 din niżlet għal 6,000 f 'Bormla, pereżempju. Għandek bidla enormi mit-80ijat fejn qabel kellek it-tarzna li kienet iġġib ħafna xogħol, u ma ħafna xogħol kienet iġġib ħafna ġid. Trid tqis li l-pagi hemm kienu għoljin meta mqabbla ma' xogħlijiet oħra. Illum? Illum qed jagħlqu l-ħwienet tal-grocer għax m'għadx hemm posthom. Min għandu aċċess biex imur supermarkets kbar, imur hemm mhux għand tal- grocer. M'għadx hemm post għal dawn in-negozji żgħar. Dan kollu ta daqqa ta' ħarta kbira lill-ekonomija tal-post." Ħidma bħal din hija waħda li ilu jinħass il-bżonn għaliha, iżda li qabel ħadd donnu ma għaraf li triq twila tibda b'pass kuraġġuż 'il quddiem. "Bħalissa nħoss li l-Kottonera għaddejja miż-żmien tar-Rinaxximent tagħha" ttemm tgħidli JosAnn – twelid mill-ġdid li jibda' b'passi żgħar lejn id- direzzjoni mixtieqa. "Kien wara analiżi tal-gradwati u minfejn dawn ġejjin li l-Università indunat li sena minnhom ma kien hemm ħadd la mill-Isla, la minn Bormla u lanqas mill- Birgu. Baqgħu mistagħġbin" miż-żmien tar-Rinaxximent Sessjoni ta' taħriġ organizzata miċ-Ċentru għar-Riżorsi tal-Kottonera dwar is-sehem tan-nisa fid-dinja tal-intraprenditorija