Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 17 Matul din il-kampanja elettorali kompliet toħrog aktar biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewg partiti, fuq naħa waħda għandna Gvern ottimist li qed imur quddiem il-poplu b' ammont kbir ta' riżultati li rnexxielu jikseb matul dawn l-aħħar sentejn, u fuq in-naħa l-oħra għandna oppożizzjoni negattiva li spiċċat tibni kampanja sħiħa fuq il-fatt li skont hi dan il- Gvern falla f ' kollox. Għalhekk nemmen bis-sħiħ li affacjati b'dan id-diżastru kollu li Simon Busuttil qed jitkellem fuqu, għandu jġib maġġoranza tajba ta' voti f 'dawn l-elezzjonijiet lokali li ġejjin, għaliex skontu l-poplu jinsab diżilluż minn dan il-Gvern. Spiċċajna f 'assurdità hekk kbira li l-Kap tal-Oppożizzjoni spiċċa jgħidilna li numru ta' mizuri li qed nimplimentaw bħala Gvern ġdid, bħat-traħħis fil-kontijiet u l-introduzzjoni tal-vot liż-żgħazagħ ta' 16–il sena qed isiru bis-saħħa tal- Oppożizzjoni. Mela tajjeb, lill- Kap tal-Oppożizzjoni ngħidulu ibqa' fl-Oppożizzjoni, għaliex dak li l-Partit Nazzjonalista ma rnexxielux jimplimentah meta kien fil-Gvern, spiċċajna ndaħħluh fis-seħħ aħna permezz tiegħek għaliex issa spiċċajt fl-Oppożizzjoni! Nemmen bis-sħiħ li dan huwa Gvern li verament qed jaħdem favur l-aqwa interess taż- żgħażagħ Maltin u Għawdxin kollha, ħdimna favur kull faxxa taż-żgħażagħ f 'pajjiżna – favur żgħażagħ studenti, favur żgħażagħ ħaddiema, favur ommijiet żgħażagħ, favur anka dawk iż-żgħażagħ li waqgħu lura. Fuq in-naħa tal-istudenti Konna nisimgħu għal snin twal il-Partit Nazzjonalista u lill-esponenti tiegħu jbeżżgħu lil sħabna l-istudenti u jgħidulhom li bi gvern Laburista kienet qisha ser tispiċċa d-dinja għalihom. Beżżgħuhom li konna ser naqtgħu l-istipendji u nibgħatuhom jiddejnu, beżżgħuhom li konna ser innaqqsu s-somma vvutata mill-Gvern fil-Budget favur l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna bħall-Università, MCAST u Higher Secondary. U ftit xhur biss wara li l-poplu tagħna l-fiduċja, fqajna f 'wiċċ il- Partit Nazzjonalista din l-akbar bużżieqa ta' biża' li kienu ilhom snin twal jonfħu. Żidna l-istipendji tal-istudenti kollha, żidnihom is-sena li għaddiet, qed inkomplu nżiduhom din is-sena, u ser inkomplu nżiduhom sakemm il-poplu jibqgħa jagħtina l-fiduċja. Mhux talli żidna l-istipendji, iżda l-ġimgħa li għaddiet tajna r-rigal tal-bonus addizzjonali ta' €35 lill-istudenti Maltin u Għawdxin kollha. Dan il-Gvern ħaseb ukoll f 'dawk l-istudenti li waqgħu lura. Konna l-ewwel gvern fl-istorja ta' pajjiżna li tajna wkoll stipendji lil dawk l-istudenti li qed jirrepetu sena sabiex nagħtuhom kuraġġ u motivazzjoni biex ma jaqtgħux qalbhom - miżura oħra li l-Oppożizzjoni ħarġet tikkritikana fuqha bil-kbir! Garanzija taż-Żgħażagħ Konna l-ewwel gvern fl- Unjoni Ewropea li implimenta l-Garanzija taż-żgħazagħ – xogħol , edukazzjoni jew apprentistat għal dawk iż- żgħażagħ li għal snin twal kienu jispiċċaw emarġinati u dipendenti biss fuq il-benefiċċji socjali. Miżura konkreta li permezz tagħha f 'sena waħda biss irnexxilna naqtgħu l-qgħad fost iż-żgħażagħ tagħna b'terz. Miżura li l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil iddeskriviha bħala l-garanzija tal- washing machines! Din hi garanzija li permezz tagħha 75 minn kull 100 żagħżugħ li qed ipoggi għal apprentistat qed jispiċċa jidħol fid-dinja tax-xogħol, li permezz tagħha qegħdin nagħtu wkoll privat b'xejn lil dawk l-istudenti li jkunu weħlu minn xi ezami f ' livell ordinarju jew mill- MCAST. Hija garanzija li bil-fatti u mhux biss bil-kliem qed isservi bħala għodda siewja għal dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jingħataw opportunità oħra f ' ħajjithom sabiex jitilgħu skaluna oħra f 'ħajjithom u ma jinbelgħux mis-sistema tad- dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali. Child care centres b'xejn. Ħsibna wkoll f 'dawk l-ommijiet li kienu jispiċċaw iħallu d-dinja tax-xogħol għaliex ikollhom tarbija. Filwaqt li ħloqna l-fond tal-leave tal- maternità, fond li ser ikun qed jaqta' d-diskriminazzjoni siekta li kienet teżisti fl-opportunitajiet ta' xogħol bejn l-irgiel u n-nisa, tajna wkoll għodda oħra lill- ommijiet zgħażagħ, dik ta' child care centres mingħajr ħlas. Investiment kbir li għamel dan il-Gvern sabiex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Investiment dirett fil-koppji żgħażagħ tagħna sabiex huma t-tnejn ikunu jistgħu jibdew jaħdmu sabiex b'hekk ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar kemm għalihom u kif ukoll għal uliedhom. Vot liż-żgħażagħ ta' 16–il sena Fil-11 t' April ser nkunu qed nassistu wkoll għal rivoluzzjoni oħra fil-ħajja demokratika ta' pajjiżna - dik li għall-ewwel darba ser nkunu qed nagħtu d-dritt tal-vot liż-żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-18–il sena f 'pajjiżna. Dritt li fl-Unjoni Ewropea implimentawh biss l-Awstrijaċi qabilna. Prova oħra ċara ta' kemm dan il- Gvern jemmen fiż-żgħażagħ tagħna - jemmen li huma wkoll għandhom jingħataw leħen fl-għażla tar-rappreżentanti tal- lokali tiegħu. Ikkritikawna li ma estendejniex dan id-dritt liż- żgħazagħ ukoll fir-referendum dwar il-kaċċa. Ikkritikawna l-istess paladini tad-demokrzija li kellhom 25 sena ċans jimplimentaw dan id-dritt, iżda dejjem baqgħu gallarija. Nemmen li dan huwa biss l-ewwel pass favur aktar drittijiet demokratici liż-żgħażagħ tagħna. Però nemmen ukoll li dan il-proċess m'għandux isir b'għaġġla żejda. Għandna nħallu lill-Kumitat ta' Moniteraġġ Vot 16 jagħmel xogħlu wara l-proċess elettorali tal-11 t'April, u minn hekk inħarsu sabiex nestendu dan id-dritt anka fuq bażi nazzjonali. StaRt Huwa għal dawn ir-ragunijiet kollha li llum il-ġurnata l-Partit Laburista verament sar id- dar naturali taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kollha. Konna l-leħen taż-żgħazagħ matul dawn l-aħħar sentejn, u hekk ser nkomplu nkunu sakemm il-poplu jogħġbu jibqa' jagħtina l-fiduċja tiegħu. Ser nkomplu naħdmu sabiex ngħollu l-kwalità tal-ħajja taż- żgħażagħ kollha. Ser inkomplu naħdmu favur aktar drittijiet għaż-żgħażagħ tagħna, u ser inkomplu nimxu b'onestà mal-istudenti u mal- ħaddiema żgħażagħ. Ma kinitx kumbinazzjoni għalhekk li fil-11 t' April li ġej ser nkunu qed imexxu 'l quddiem l-akbar kandidatura żagħżugħa li partit politiku f 'pajjiżna qatt kellu fuq bażi lokali - 58 żagħżugħ u żagħżugħa taħt il-35 sena li ser ikunu qed joffru l-enerġija u l-kompetenzi tagħhom sabiex id f 'id mal- kandidati l-oħra kollha tal- Partit Laburista jkomplu jġibu bidla pożittiva fil-lokalitajiet tagħhom. Bħala Forum Żgħażagħ Laburisti għal darb'oħra nedejna l-kampanja START - kampanja li qed isservi bħala pjattaforma għal dawn il-kandidati zgħazagħ matul din il-kampanja elettorali. Kampanja fejn matulha qed norganizzaw diversi attivitajiet fosthom, attivitajiet taħt it-tinda flimkien mal-Prim Ministru, attivitajiet fuq skala iżgħar f 'diversi lokalitajiet fejn iż-żgħażagħ qed jitkellmu mal-kostitwenti tal-lokalitajiet fuq il-pjan ta' ħidma tagħhom, diversi sessjonijiet ta' door-to- door fil-lokalitajiet kollha fejn qed isiru l-elezzjonijiet lokali u kif wkoll kampanja fuq il-media soċjali fejn qed immexxu 'l quddiem diversi materjal sabiex l-elettorat isir jaf aħjar lill- kandidati żgħażagħ tagħna. Għalhekk inħeġġeġ liż- żgħażagħ kollha sabiex fil-11 ta' April li ġej jagħtu sinjal ta' fiduċja ieħor lil dan il-Gvern. Vot ta' fiduċja ieħor li ser jissarraf f 'aktar ħidma kemm fuq bażi lokali, u kif wkoll fuq bażi nazzjonali - għaliex aħna ottimisti li dan il-poplu kapaċi jkompli jimxi 'l quddiem, ottimisti li dan il-partit huwa verament l-għażla naturali taż- żgħażagħ Maltin u Għawdxin kollha. Alex Saliba hu l-President Forum Żgħażagħ Laburisti Kif Naħsibha Alex SAlibA Gvern fuq in-naħa taż-żgħazagħ L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Grazzi lill-Mission Fund bro. CArmel muCAt, SDb Jiena, flimkien ma' sħabi l-missjunarji Salesjani li naħdmu f 'Don Bosco technical School – Shillong, india rridu nirringrazzjaw mill-qalb lill-Mission Fund għall-għotja ġeneruża ta' €2,000, sabiex aħna ngħinu studenti foqra li jaslu għandna mill-irħula minsija u mbiegħda tal-muntanji Himalayas. Fl-iskola tagħhna, aħna nipprovdu lil dawn iż- żgħażagħ għixien xieraq u t-tagħlim meħtieġ sabiex huma jitħarrġu f 'sengħa li tiswielhom għal ħajjithom kollha. B'hekk huma jkunu jistgħu wkoll iżommu l-familja tagħhom f 'qagħda ferm aħjar. Nixtieq inħajjar lill-qarrejja tiegħek jibgħatu bolol użati u donazzjonijiet lil Mission Fund 500, 'Eureka Court' Blk A, Flt 6, Main Str Mosta MST 1018, sabiex jissokta jsir il-ġid minna l-missjunarji Maltin li ninsabu naħdmu fil- pajjiżi foqra tat-tielet dinja. Donazzjonijiet lil Mission Fund jistgħu jintbagħtu online inkella dirett lil banek f 'dawn il-kontijiet: HSBC A/C No. 061197448050; BOV A/C No. 1630078019; APS A/C No. 20000820762; jew BANIF A/C No. 00087963101. Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jidħol fis-sit: www. missionfund.org.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105