Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
20 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 X 'inhuma l-valuri ekoloġiċi ta' gżira miżgħuda bis- slaleb, il-koppli, il-vari tal- qaddisin (inkluż San Franġisk bil-ħamiem) u l-kampnari? Għaliex din il-gżira, bi qtajjiet ta' kaċċaturi ossessivi, trid teqred kwota ta' 16,000 għasfur fir-rebbiegħa? Il-kaċċaturi jargumentaw li dawk l-għasafar jagħmlu borma brodu tajba. Jgħidu li m'hemmx brodu itjeb minn dak tas-summien. Il-lobby kontra l-kaċċa fir- rebbiegħa ġabru 40,000 firma għal referendum, bit-tama li l-maġġoranza tal-poplu Malti twaqqaf il-prattika tal-qtil ta' ħlejjaq fraġli li jpassu mill-Afrika għall- Ewropa eluf ta' kilometri biex ibejtu. Il-lobby targumenta wkoll li fir-Rebbiegħa mhux l-għasafar biss jisfgħu vittmi, imma anki dawk iċ-ċittadini li jibżgħu joħorġu fil-kampanja għax jistgħu jintlaqtu miċ- ċomb. Hu ttamat li wara r-referendum fil-jiem li ġejjin, il-Maltin kollha, b'uliedhom u l-familji tagħhom jkunu jistgħu joħorġu fil-kampanja b'moħħhom trankwill. Il- gvernijiet dejjem beżgħu mill- kaċċaturi, imma issa jidher li l-massa tal-poplu stenbħet u qed tirrealizza mhux biss x'ifisser il-barbariżmu tal-kaċċa, imma xi tfisser id-deċimazzjoni ta' eluf ta' għasafar għall-ġejjieni. Tant il-gvernijiet ħassewhom intimidati mill-vot tal- kaċċaturi li fl-1986 kienu ngħataw il-Miżieb bħala art "tagħhom". Il-kaċċaturi ddikkjaraw dik iż-ż¬ona bħala "arja tal-kaċċa", ftit metri biss bogħod mnejn hemm spazju ieħor għall-picnics. Issa għall-inqas il-lobby tal-Le qed tħabbar li trid tittrasforma l-Miżieb minn ċimiterju tal-ġħasafar għall-foresta żgħira ħajja. Il-konfront bejn l-Iva u l-Le sab ruħu, kif mistenni, fil-programm Xarabank. Għall-Iva għall-kaċċa fir- Rebbiegħa tkellem Joe Perici Calascione u ghal-Le deher Saviour Balzan. Wasal iż- żmien li nbiddlu l-affarijiet, saħaq Balzan u rridu niżnu sewwasew liema huma dawk it-tradizzjonijiet li baqgħu jordmuna taħthom u dawk li għad jista' jkollhom xi valur. Il-kaċċa fir-Rebbiegħa żgur mhix tradizzjoni li tirrendina aktar umani u aktar ċivilizzati. Balzan insista li, biex tagħqad, il-kaċċaturi mhux minnu li qed jisparaw sal- kwota: "Hemm maġġoranza kbira li qed jisparaw fuq għasafar protetti. Jekk il-partiti politiċi huma mbeżżgħin mill-kaċċaturi, il-moviment kontra l-kaċċa ma jibżax," iddikkjara Saviour Balzan. Il-pulizija fid-djar qed isibu anki ajkli ibbalzmati u dan ma jistax jibqa' ittollerat. B'atteġġjament emottiv, Moira Delia, magħrufa għall- qrubija tagħha u l-imħabba għall-annimali, fissret kemm hi ħaġa selvaġġa li l-kaċċaturi jisparaw fuq tajr li jkunu qed itiru mill-Afrika għall-Ewropa u jaslu biex jistrieħu f 'Malta f 'mument kritiku. Delia ma naqsitx tirrakkonta kemm–il darba ġiet mhedda għax taqbeż għad-drittijiet tal-annimali. Personalment, jien se nivvota Le għall-kaċċa fir-Rebbiegħa. Il-mexxejja tal-PL u l-PN (wara li qalu kif se jivvutaw) qagħdu gallarija (u forsi għamlu sew li ħallew għall- kuxjenza taċ-ċittadini). Jien se naħtaf l-opportunità tal- għażla u se ngħid Le. Għasfur vulnerabbli m'għandux jispiċċa mtertaq biċċiet biċ- ċomb biex jispiċċa brodu. KAVALLIERI U KONKUBINI MALTIN Lilna dejjem għallmuna kemm għandna nkunu kburin bil-kavallieri, bl-Ordni tal- Ospitallieri u l-Gwerriera li ddefendew lil Malta mill- attakki misħutin tal-Mislem. Għallmuna kemm bnew swar u bateriji ta' difiża. Għallmuna kemm kienu qalbiena. Tant dejjem kienet kbira l-qima tal-Maltin lejn il- Kavallieri, li sewwasew diversi bliet issemmew għalihom: Senglea Paola, De Rohan, il-belt Pinto u l-aktar, il-Belt Valletta. Dak li qatt m'għallmuna kien kemm il-Kavallieri dejjem żammew ruħhom maqtugħin mill-kotra Maltija ħlief fejn jidħlu n-nobbli u n-nisa, li ħafna minnhom kienu jisfgħu korrotti u sedotti mill- Kavallieri, minkejja l-voti ta' kastità li kienu ħadu. Il-karnival u l-ballijiet bil-maskra kienu fost il- festi opportunistiċi biex il-kavallieri jindiegħsu bl-awdaċja kollha man-nisa Maltin, xebbiet u miżżewġin u "jirranġaw" magħhom. Imma kien hemm skandli oħra, aktar fil-magħluq. Wieħed mill-programmi fis-sensiela Valletta - Storja ta' Belt (TVM) żvela xi ftit minn dawk l-intriċċi ta' natura sesswali. L-iprem wieħed, De Valette, kellu tliet itfal illeġittimi. De Rohan, ta' 93 sena, miet fis- sodda waqt sessjoni ta' delizzji sesswali. Pinto ħataf mara Musulmana u minnha kellu tarbija. Il-kavallieri u l-Gran Mastri kellhom konkubini Maltin kemm trid. Kienu jżommu mara magħhom u jgħidu li hi "kuġina". Wieħed minnhom dam jgħix ma' "kuġina" erbgħin sena iżgħar minnu, u ordna li tindifen miegħu. Kien hemm kavallier li ħataf mara Maltija dakinhar li żżewġet u ħeles minn żewġha billi tturufnah fl-eżilju. L-istorja tal-Kavallieri ta' Malta hi miżgħuda b'dawn l-istejjer, imma bħas-soltu, dan il-pajjiż, imgħaddas fil- bigottiżmu u l-falzità storika, jirrakkonta biss id-dettalji li jaqbillu. L-iskandlu jgħattih. Per eżempju kienet tkun idea eċċellenti kieku l-istatwa l-ġdida ta' De Vallette minflok turih bħala pastur (bħal monumenti oħra fl-akkwati), turih bi tliet tifal illeġittimi mqabbdin ma' djulu. Imma mhux se turi lill-Gran Mastru ewlieni b'dak il-mod, hux? Inkella t-turisti jistgħu jistaqsu domandi imbarazzanti. MEDIASPOT Minn Mario azzopardi GAMIEM U SUMMIEN GĦALL-BRODU Kaċċa għall-ħlejjaq dgħajfin AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT "Jien ħa naħtaf l-opportunità tal-għażla u se ngħid Le. Għasfur vulnerabbli m'għandux jispiċċa mtertaq biċċiet biċ-ċomb biex jispiċċa brodu"