Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 23 CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt Ġimgħa ilu intervistajtek Ecca - però naħseb kienet ġimgħa kemxejn differenti għalik. X'inbidel f 'din il- ġimgħa? Għaddiet gimgħa, iżda nammetti li bejn impenn u ieħor għadni ma rrealizzajtx li meta jkunu qed isejħu r-rebbieħa tal-Għtp, jkunu qed jirreferu għalija. Personalment hija ħolma sabiħa! Kemm taħseb li għandhom valur konkorsi bħal Għanja tal-Poplu f 'Malta? Nemmen u nittama li festivals bhal l-Għtp għadhom valur importanti fis-socjetà Maltija, mhux biss għax iwassal temi soċjali qawwija, li ħafna jsibuha bi tqila jitkellmu fuqhom fil-ħajja ta' kuljum, iżda wkoll minħabba l-fatt li hu ta' vetrina għal mużiċisti u kantanti ġodda fix-xena tal- ispettaklu. Eurovision, x'taħseb? Nittama li l-Eurovision mhux l-unika triq għal kantanti Maltin. Id-diska titratta l-abbuż sesswali. X'wassal biex tintagħżel din it-tema hekk sensittiva? Mark Pellicano, l-awtur ta' din il-kanzunetta, huwa social worker, u ħadem fil- qrib ma' vittmi li għaddew minn esperjenza ta' dan it-tip. Konna nafu li dan il-festival jittrata kanzunetti b'tema soċjali, u meta qrajt il-kliem ta' din il-poeżija, kont bqajt impressjonata bil-mod kif din ir-realtà krudili ġiet espressa. Taħseb li suġġett hekk għadu tabù hawn Malta? Naħseb li huma ħafna li jibżgħu jqajmu dan is-suġġett minħabba id-delikatezza tiegħu. Taħseb li qed isir biżżejjed hawn Malta sabiex jiġu mgħejuna dawn il-vittmi? Jiena b'responsabiltà ngħid li f 'dan il-każ, qatt m'hu biżejjed. X'jista' jsir aktar? X'jista' jsir aħjar? Nemmen li t-tfal għandhom ikunu edukati u mħarrga sew dwar il-privatezza u d-differenza bejn imħabba u abbuż. Sfortunantament mhux kulħadd jagħmel id- distinzjoni bejn sess bejn koppja li tinħabb u abbuż. Xi ħadd li jħobbok, ma jabbużakx! Min iħobbok japprezzak u jirrispettak! Tixtieq tieħu sehem f 'xi proġetti ta' tqajjim ta' kuxjenza dwar kwistjonijiet ta' abbuż? Jiena tlajt fuq dak il-palk biex inwassal messaġġ ta' tama lil kull min għadda minn din is-sitwazzjoni, u sakemm ikolli l-opportunità se nibqa' nisħaq fuq hekk. Tixtieq tibbaża lilek innifsek barra bħala mużiċista? Waħda mill-ħolm tiegħi hija li nqatta' żmien minn ħajti nkanta barra minn Malta. Università, mużika, ħajja soċjali, u l-bqija. Tleħħaq ma' kollox? Kif ? Iva ta, l-ġurnata twila biżżejjed għalija s'issa! Ħafna drabi nipprova ndaħħal u ngħaqqad kollox f 'daqqa biex ma nirrifjuta xejn. Iżda li kieku jkolli nżid huwa l-mumenti żgħar u sbieħ li jibqgħu f 'qalbi, iżda jtiru f 'ħakka t'għajn. Iddeskrivilna ġurnata tipika tiegħek! M'għandiex ġurnata tipika naħseb - għax kull waħda differenti mill-oħra. Jien inħobb il-varjetà! Iżda normalment, inqum wara li l-iżveljarin ikun inħanaq idoqq u jipprova jqajjimni. Bil-ġirja nahseb x'se nilbes u naħrab lejn l-università. Il-ġurnata tiegħi tkompli billi ninġabar mal-familja għall- ikla ta' nofsinhar. Huwa l-ħin fejn kulħadd jaqsam ħsibijietu u kif qatta' l-għodwa. Wara espresso tajjeb, nintefa' fuq il-pultruna nara xi programm taljan(ovvjament!). Filgħaxija normalment ikolli xi laqgħat li jgħinuni nsaħħaħ il-fidi u l-ispiritwalità tiegħi. Wara li flimkien ma' shabi imorru niddevertu fuq tazza kafè sħuna, nerħilha d-dar fejn jew ngħaddi ħini npenġi, naqra xi ktieb sabiħ, nisma' d-diski jew nara xi film interessanti. Mid-dehra ġibnilek ftit tax- xorti bl-intervista tal-ġimgħa li għaddiet. Issa xi jmiss għall-karriera tiegħek? Kien ta' unur kbir għalija li gejt intervistata minnek! Min-naħa tiegħi se nkompli noħlom, naħdem u nittama li l-Mulej itini s-saħħa li nkompli nkanta u nesprimi ruħi permezz tal-mużika tiegħi. Ġimgħa wara li ltqajna magħha l-aħħar, Ecca - issa r-rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Ħames Minuti Ġimgħa wara li ltqajna magħha l-aħħar, Ecca - issa ma' Ecca Muscat Ħames Minuti ma' Ecca Muscat