Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Vodafone tniedi s-servizz HD Voice ILPRIM Ministru Joseph Muscat żar il-kumpanija Pharmacare Premium li topera minn Ħal Far fil-qasam farmaċewtiku. Il-kumpanija, li timpjega madwar 40 ħaddiem, tinkludi investiment Palestinjan u Ġermaniż, kif ukoll mill-Ġordan u s-Sirja. Muscat dar il-bini tal- kumpanija mal-management u seta' josserva l-ħidma li ssir f 'partijiet differenti tal-fabbrika. F'kummenti lill-meżżi tax-xandir, id- Direttur tal-Pharmacare Premium Bassim Khoury esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq il-Gvern fl-ewwel sentejn tiegħu u li, fi kliemu, qed tgħin ħafna biex l-intrapriżi jkunu kompettitivi. Hawnhekk Bassim Khoury semma r-roħs fil- kontijiet tad-dawl u qal li din hija deċiżjoni kruċjali li se tnaqqas l-ispejjeż tal-kumpanija u tagħti l-imbottatura meħtieġa għal iktar tkabbir fl-impjiegi u fl-investiment. Khoury ħabbar li Pharmacare Premium se tkun qed tiżviluppa mediċina ġenerika f 'Malta kontra l-marda tal-kanċer li se tkun għall-bejgħ fil- Lvant Nofsani u fl-Ewropa. Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-investiment fi skola medika ġdida jkompli jagħmel lil Malta hub tal- mediċina fil-Mediterran. Muscat ikkonferma li, mill-ġimgħa d-dieħla, kif imwiegħed se jorħsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-kumpaniji privati. Il- Prim Ministru qal li din hija għajnuna prattika u tanġibbli li tgħin lill- intrapriżi jkomplu jinvestu fl-impjegati u fil-faċilitajiet tagħhom. Għal-laqgħa kien hemm ukoll preżenti s-Segretarju Parlamentari għall- Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku José Herrera u s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne. VODAFONE Malta ħabbret li se toffri t-teknoloġija HD Voice lill-klijenti kollha. Din se tkun disponibbli awtomatikament bl-ebda spiża addizzjonali fuq telefonati li jsiru minn linja ta' Vodafone lejn linja oħra ta' Vodafone, b'mowbajl li jippermetti l-HD Voice. Dak li jagħmel l-HD Voice differenti u ferm aħjar minn teknoloġiji Voice oħra hu li jippermetti telefonati ċari daqs il-kristall u HD filwaqt li jnaqqas l-istorbju fl-isfond għal ammont minimu. Il-frekwenzi wżati jagħmlu l-ilħna jinstemgħu aktar naturali. Kif qal Tamas Banyai, Il-Kap tal-Unit għan-Negozju tal-Konsumaturi ta' Vodafone "Aħna ferm kuntenti li qed noffru l-ewwel HD Voice f 'Malta lill-klijenti tagħna peress li dan verament se jbiddel l-esperjenza tagħhom fil-każ tat-telefonati. Bl-HD Voice, kull kelma hi aktar ċara, kull frażi distinta: litteralment il-persuna li qed titkellem magħha tkun qisa qegħda fil-kamra miegħek. Il-kwalità ta' dawn it-telefonati tant hi tajba li tista' tagħmel ukoll telefonata fil-pubbliku mingħajr ma jkollok toqgħod tgħajjat biex tinftiehem." Il-Kap tat-Teknoloġija ta' Vodafone Malta, Andrew de la Torre kkummenta: "Konna konvinti li se noffru l-HD Voice kemm jista' jkun malajr peress li din it-teknoloġija tipprovdi l-aqwa kwalità lill- klijenti tagħna. Għal darb'oħra dan hu pass importanti fl- impenn ta' Vodafone li toffri l-aqwa u l-aktar network versatili fil-gżira." Vodafone hu l-uniku operatur f 'Malta li joffri din it-teknoloġija, li hi internazzjonalment hi kkunsidrata li tipprovdi l-aħjar livell possibbli ta' kwalità fil-vuċi fil-komunikazzjoni mobbli [Sors: GSMA]. Klijenti ta' Vodafone li għandhom mowbajl li jippermetti l-HD voice u li jċemplu fuq in- network 3G jew 4G se jkunu jistgħu jesperjenzaw l-HD Voice meta jċemplu klijenti oħra ta' Vodafone b'mowbajl li jippermetti wkoll l-HD Voice. Pharmacare Premium qed tiżviluppa mediċina ġenerika kontra l-kanċer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105