Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 25 Bank of Valletta jiċċelebra t-tielet sena ta' BOV Mobile Uffiċċju Reġjonali tal-Middlesea Group ġewwa Birkirkara BOV qed jiċċelebra t-tielet anniversarju minn meta introduċa f 'Malta l-ewwel applikazzjoni ta' bbankjar permezz tal-mowbajl. BOV Mobile kienet l-ewwel app li introduċiet l-ibbankjar fuq il-mowbajl u l-ħlas permezz tal-mowbajl fl-2012. Din l-app toffri lill-klijenti informazzjoni dak il-ħin stess fuq il-kontijiet tagħhom filwaqt li tippermettilhom jagħmlu tranżazzjonijiet bankarji u ħlasijiet b'mod sigur u mingħajr l-ebda problema mill-mowbajl tagħhom. "Is-suċċess ta' BOV Mobile jikkonferma li llum il-ġurnata l-mowbajl sar il-mezz ta' informazzjoni ewlieni għal numru dejjem jikber ta' klijenti," qal Michael Galea, Chief Electronic Banking Officer tal-Bank of Valletta. Huwa kompla jsostni li "Aħna kuntenti bir-rispons pożittiv tal-klijenti tagħna u għaldaqstant qed inkomplu niżviluppaw u nimplimentaw is-sistema distinta tagħna mmirata b'mod speċifiku għall- klijent." Is-Sur Galea ħabbar li sal-lum saru aktar minn 3.3 miljuni ta' logins permezz ta' BOV Mobile minn klijenti reġistrati. Dan kollu jsaħħaħ il-valur li dan il-mezz ta' komunikazzjoni qed joffri lill-klijenti tagħna. "Huwa pożittiv li tara li fi żmien daqstant qasir, il- BOV Mobile app ingħatat numru ta' unuri, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll dak internazzjonali, inkluż l-unur daqstant prestiġjuż għall-innovazzjoni fis-servizzi finanzjarji fil-proposti għall- klijenti u d-disinn tal-prodott," qal is-Sur Galea. "Bħala Bank of Valletta, aħna naħdmu bi sħiħ sabiex nużaw it-teknoloġija biex nipprovdu soluzzjonijiet innovattivi għall- klijenti tagħna. L-ibbankjar permezz tal-mowbajl jagħtina aktar flessibilità fl-assistenza li nistgħu nipprovdu lill-klijenti, b'mod speċjali fid-dinja tal- lum, billi nagħmlu l-ibbankjar tant faċli qisek qed tibgħat SMS," temm Michael Galea. Il-BOV Mobile app tista' titniżżel b'xejn mill-Apple App Store u minn Google Play. Għal aktar dettalji u għajnuna kif tirreġistra għal dan is- servizz, tista' ċċempel lill-BOV Customer Service Centre fuq 2131 2020. Il-MInIstru tal- Finanzi Edward scicluna reċentement inawgura uffiċjalment l-uffiċċju reġjonali ta' Middlesea Insurance u MsV life, f 'Birkirkara, flimkien maċ- Chairman Martin Galea , il-President u ĊEO ta ' Middlesea Insuranċe plċ Alfredo Muñoz Pérez , u s-ĊEO ta' MsV life David Ċurmi . Alfredo Munoz sostna li filwaqt li spiss jingħad li s-suq lokali tal-assigurazzjoni huwa diġà saturat bi ftit jew ebda lok għal tkabbir, hija l-missjoni tal-kumpanija li turi li dan mhux minnu. Dan se jsir permezz ta' strateġija li biha tersaq eqreb lejn il-klijent kif ukoll l-introduzzjoni ta' prodotti u servizzi aktar innovattivi, bl-appoġġ tal- kompetenzi internazzjonali miksuba mill Grupp MAPFRE, wieħed mill–ikbar gruppi tal-assigurazzjoni fid-dinja, li hu l-azzjonist maġġoritarju tal-Middlesea. David Ċurmi qal li l-istrateġija tal-MSV li tagħti importanza assoluta lill- klijent, diġà qed turi r-riżultati hekk kif fl-2014 , il-kumpanija kibret id-doppju tar-rata tas -suq. Huwa esprima ottimiżmu dwar is-suq lokali speċjalment fir-rigward tas-settur tal-pensjonijiet , fejn diġà bdiet il-ħidma fuq prodotti ġodda f 'konformita mar-reġim regolatorju l-ġdid. Matul l-indirizz tiegħu, il-Ministru Scicluna faħħar l-inizjattiva ta' Middlesea u stqarr li: "Huwa dejjem inkoraġġanti li operaturi lokali jinvestu fit-tkabbir, jiftħu uffiċini ġodda, jersqu iktar viċin il-klijenti tagħhom , u jwasslu għall-iktar tkabbir ekonomiku." L-Uffiċċju Reġjonali, li jinsab fi Triq Wignaċourt, Birkirkara, joffri one stop shop għall- prodotti ta' assigurazzjoni, fejn tim speċjalizzat jassisti lill-klijenti f 'dak kollu li għandu x'jaqsam mal- assigurazzjoni, protezzjoni, tfaddil, investimenti u tfaddil għall-irtirar, jiggwidahom lejn il- prodotti li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom - filwaqt li jipprovdu wkoll assistenza f 'każ ta' claims. Dan l-uffiċċju reġjonali joffri ukoll l-opportunità li klijenti jieħdu l-karozza tagħhom hemm sabiex jaraha surveyor. Dan jippermetti lill-klijenti li jevitaw l-inkonvenjenza li jħallu l-karozza tagħhom għand il-mekkanik u minflok jistgħu imorru għand is-surveyor fl-iktar ħin konvenjenti għalihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105