Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 29 SportSillum progress kbir. Din kienet il-logħba ta' ħajjitna. Konna ferm viċin li ngħaddu imma wkoll ferm 'il bogħod għax konna konxji tal-qawwa tat-tim li kellna quddiemna. Għall-plejers tiegħi din kienet okkażjoni unika, imma l-fatt li konna se nilagħbu Malta, u l-fatt li rebħa biss setgħet ittina l-kwalifikazzjoni daħlet pressjoni kbira fuq il-plejers. Il-pixxina kienet mimlija daqs bajda, il-preżenza tal-appoġġ qawwi għat-tfal tagħna kkordinata mis-South End Core, il-logħba diretta fuq l-istazzjon nazzjonali kienu kollha fatturi li poġġew pressjoni fuq il- plejers żgħażagħ tagħna! Tilgħab finali bi tragward daqshekk prestiġjużi fl-età ta' 15/16-il sena ma kinitx faċli. Kienet logħba missielta mill-bidu. Konna sfortunati li tlifna żewġ penalties fl-ewwel sessjoni, u mill- ewwel konna b'żewġ gowls vantaġġ. Il-plejers tiegħi iżda taw wirja ta' forza tremenda bi press aggressiv fid-difiża u skemi li wasslu f 'gowls importanti fl-attakk. Il-logħba baqgħet close sal-aħħar iżda mal-aħħar suffara r-riżultat kien favur tagħna b'rebħa meritata u importanti ta' 7-6. Il-ħolma kienet saret realtà! Kien hemm spettaklu li ftit rajt bħalu fil-pixxina, is-sapport ma waqafx mill-ewwel sal- aħħar suffara. Ġibna riżultat prestiġjuż li tant ħdimna għalih bis-serjetà! L-aħħar logħba l-Ħadd filgħodu kienet kontra t-tim qawwi tal-Ġermanja, li kienet bla importanza għax iż-żewġ timijiet ikkwalifikati minn 5 kienu propju aħna u l-istess Ġermanja! Wara bidu tajjeb fejn sa nofs it-tieni sessjoni konna draw, il- qawwa Ġermaniża ddominat bir-riżultat finali ta' 21-6. Mhux se nidħol fil-mertu li nsemmi ismijiet għal kull plejer mit-13 li ta sehmu mill-aqwa f 'dan it-tornew. Insemmi b'mod speċjali lill- captain ħabrieki tat-tim Ben Plumpton u l-goalkeeper bravissimu Jake Tanti li kienu strumentali f 'din il- kwalifikazzjoni. Ovvjament megħjuna mill-11-il plejer l-oħrajn, għax fuq kollox il- waterpolo huwa team sport u kull persuna fl-ilma hija importanti. Kien hemm ċelebrazzjonijiet għal din il-kisba storika, imma issa jrid ikompli x-xogħol għall-fażi finali ġewwa Baku fl-Azerbaijan fejn fir-rawnd inizjali aħna ġejna mtellgħin nilagħbu kontra l-qawwiet tal-waterpolo mondjali fosthom is-Serbja, Spanja u s-Slovakkja. Bħala preparazzjoni għal dan l-ewwel impenn tat-tim Malti se jkun l-EU 8 Nations Tournament li se jsir ġewwa pajjiżna mit-3 sal-5 ta' April. Nispiċċa bir- ringrazzjamenti importanti għal dan is-suċċess li ksibna, l-ewwel u qabel kollox lill-President tal- ASA, is-Sur Joe Caruana Curran, li dejjem emmen fija fit-tim ta' madwari, Anthony Farrugia (assistent kowċ), Adrian Cachia (kowċ tal-goalkeepers), Andrew Cole (fiżjo-terapista) Alan Pace (kowċ fiżiku) u Joseph Sciberras (Nutrizzjonista tat-tim), Pat Bonello (psikoloġista tat-tim), il- membri kollha tal-eżekuttiv speċjalment il-Viċi President is-Sur Karl Galea, is- segretarja Rita Azzopardi, l-MOC tal-għajnuna għall- preparazzjoni permezz ta' kamps ta' taħriġ barra minn Malta, il-KMS tal-possibiltà li jkollna pixxina dejjem disponibbli għat-taħriġ tagħna, il-familja tiegħi u l-ġenituri u familjari tal-plejers kollha li tant ħadu paċenzja tul dawn is-sentejn, u l-aħħar u mhux l-anqas lill-pubbliku Malti kollu li ġie jarana u jagħtina l-appoġġ b'mod kontinwu f 'dawn l-erbat ijiem speċjalment lil Louis Agius tas-South End Core u sħabu," temm jgħid Karl Izzo. FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum Il-plejers li rrapreżentaw lil Malta kienu: Jake Tanti David Fenech Malcolm Manara Jacob Sciberras Jamie Gambin Ben Plumpton (Captain) Jeremy Abela Joseph Galea Matthias Azzopardi Darren Zammit Luke Calleja Kyle Navarro Frederick Buhagiar L-imħuħ wara dan is-suċċess għal pajjiżna, Karl Izzo u Anthony Farrugia - il-'Panelli' Maltija saret realtà