Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 SportSillum Inawgurat il-bini l-ġdid ta' Inter Club PUPI Zanetti Malta Il-ĦamIs 26 ta' marzu 2015, hija data memorabbli għall-Inter Club PUPI Zanetti malta, fejn ġie inawgurat il- bini l-ġdid ta' dan is- supporters club ġewwa Triq l-Irmiġġ, msida. Din kienet serata memorabbli għall- membri preżenti għal din l-inawgurazzjoni hekk kif il-mistieden speċjali kien propju l-eks captain u Viċi President attwali ta' Inter, Javier Zanetti. Il-President tal-Inter Club PUPI Zanetti Malta, Paul Fenech irringrazzja lill-membri kollha tas-sostenn u l-kollaborazzjoni tagħhom sabiex din il-ħolma saret realtà. Waqt id-diskors tiegħu, irringrazzja wkoll lill- kumitat tax-xogħol siewi tiegħu, hekk kif ġew organizzati diversi attivitajiet importanti fosthom kamp ta' taħriġ ta' Javier Zanetti, kamp ta' taħriġ ta' Ivan Ramiro Cordoba kif ukoll festin għat-tfal fid-djar tal-Knisja taħt il-patronċinju tal- President tar-Repubblika ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca. Faħħar ukoll il-fatt li għalkemm dan il- klabb twaqqaf biss għaxar xhur ilu, il-klabb għandu madwar 420 membru. Mistieden ukoll għal din is-serata kien Nicola Ranieri, Direttur ta' Centro Coordinamento Inter Club fejn irringrazzja lill-Interisti Maltin tal- ospitalità tagħhom. Huwa faħħar l-entużjażmu tal- kumitat ta' dan il-klabb, fejn ammira l-fatt li fi ftit żmien, inkisbu suċċessi ferm importanti f 'isem dan il-klabb. L-aħħar kliem kienu ta' Javier Zanetti, fejn qal li huwa ta' gost u unur li jżur il- gżejjer Maltin, kif ukoll li jiltaqa' mal-Interisti ta' din il-gżira. Fid-diskors tiegħu Zanetti qabel ma' Nicola Ranieri fejn faħħar lil dan il-klabb tax-xogħol li wettaq kif ukoll qal li huwa ta' unur kbir li l-klabb ġie ddedikat lilu. Wara d-diskors ta' Zanetti, ġew imqassma rigali ta' apprezzament lejn membri li għenu waqt ix-xogħol ġewwa dan il-bini l-ġdid, kif ukoll ingħataw tifkiriet ta' dan l-avveniment lil Zanetti u Ranieri. Wara l-ftuħ uffiċjali, ġie organizzat riċeviment ġewwa l-Cavalieri Hotel għall- membri fejn iltaqgħu iktar mill-viċin mal-mistiedna speċjali. Ritratti: Charles Vassallo Javier Zanetti jikxef il-plakka kommemorativa tal-ftuħ tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta Javier Zanetti flimkien mal-kumitat tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta u ma' wħud mill-membri tal-istess klabb li attendew għall-ftuħ ufficjali tal-istess klabb "L-ikbar ħolma tiegħi hija dik li ngħin lil Omonia Nikosija jiksbu post fl-Ewropa" – Andrè Schembri Jekk hemm plejer malti li f 'dawn l-aħħar snin għamel isem kbir għal malta, m'hemmx dubju li dan ma kien ħadd ħlief l-istilla tal- mument, andrè schembri. Wara li reġa' rritorna ma' Omonia Nicosia f 'Ċipru matul Jannar li għadda wara esperjenza mill-iktar deludenti fil-Ġermanja ma' FSV Frankfurt, huwa reġa' qed jikseb il-forma mill- aqwa li nafuh biha permezz ta' numru ta' gowls, uħud minnhom mill-isbaħ. Dan il-ġurnal, għamel kuntatt ma' Schembri nnifsu f 'Ċipru fejn tana dawn il-kummenti rigward l-andament tiegħu bħalissa ma' Omonia Nicosia u rigward kif qed iħares lejn il-futur tiegħu mal-istess tim u x'inhi l-ħolma tiegħu. Huwa afferma li: "Meta tkun kuntent fl- ambjent li tkun qiegħed fih tista' tagħti l-aħjar tiegħek. Kont naf li se niġi milqugħ tajjeb mill-plejers ta' Omonia Nicosia peress li kienu jafu min jien. Barra minn hekk ġejt milqugħ tajjeb ħafna mill-klabb waqt li jien ukoll wieħed mill-plejers favoriti tal- partitarji qalbiena tagħna. Xħin il-kowċ sar jaf li rrid nitlaq minn mal-klabb li kont nilgħab miegħu fil- Ġermanja, FSV Frankfurt, mal-ewwel għamel kuntatt mal-aġent tiegħi għax kien jafni mill-istaġun ta' qabel u riedni bis-saħħa. Fil-kampjonat sejrin tajjeb. Qegħdin fir-raba' post tal-klassifika u l-għan tagħna huwa dak li nidħlu fl-Ewropa mhux li nieħdu l-kampjonat. Dan għax il-baġit tal-klabb niżel għal €3 miljun wara li kellu problemi finanzjarji. Qegħdin fis-semi finali tat-Tazza Ċiprijotta wkoll. Omonia Nicosia kienu sfortunati li fil-play-offs tal- UEFA Europa League sfaw eleminati fl-aħħar sekonda kontra Dynamo Moscow u b'hekk kisser ħafna l-pjanijiet tal-klabb peress li jekk tidħol fil-UEFA Europa League għandek introjtu kbir. Jien fadalli dan l-istaġun u staġun ieħor ma' Omonia Nikosija. Nixtieq li nirbaħ unur ma' dan il-klabb. Din hija l-ħolma tiegħi għax huwa klabb li tani ħafna. Però, l-ikbar ħolma tiegħi hija dik li ngħin lil Omonia Nicoisa jiksbu post fl-Ewropa peress li huwa l-uniku tim mill-klabbs kbar ġewwa Ċipru li qatt m'għamilha fl-Ewropa! Se nagħmel minn kollox biex nilħaq dan it-tragward," temm jgħid Andrè Schembri. Andrè Schembri jifraħ b'mod sarkastiku wara wieħed mill-gowls li skorja ftit tal- jiem ilu bil-flokk ta' Omonia Nicosia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105