Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 In-nies jafu li l-aħjar għażla hija 'l quddiem u mhux lura "Illum hemm sfida kbira ħafna quddiemna f 'pajjiżna. l-isfida hija jekk nimxux 'il quddiem jew noqogħdux weqfin." Dan qalu mark Sultana kelliem tal-kampanja SHout f 'attività quddiem il-qorti l-belt Valletta. Sultana qal li fil-11 ta' April, 2015 għall-ewwel darba mingħajr l-appoġġ tal-partiti politiċi, il-Maltin u l-Għawdxin qed jintalbu jivvutaw le għall-kaċċa fir- rebbiegħa f 'referendum li wkoll għandu tifsira kbira fuq kemm huma importanti in-nies versus l-interessi ta' grupp żgħir ta' nies. "Jekk jintilef dan ir- referendum, ser nibgħatu messaġġ ċar li l-kaċċaturi jistgħu jagħmlu li jridu. Jekk jintilef dan ir-referendum, ser nibgħatu messaġġ ċar li Malta ser tippermetti l-kaċċa fir-rebbiegħa meta pajjiżi oħra fl-Ewropa ma jagħmlux hekk. Infakkar f 'meta pajjiż fetaħ il-kaċċa fir-rebbiegħa fl-Ewropa u spiċċa mċanfar mill-Qorti Ewropea - bħalma ġara fil-każ ta' Malta f '2009." Mark Sultana spjega li din hi deċizjoni li ser nieħdu bħal meta ħadna deċiżjoni ċara f 'referenda oħra. "Jekk jintilef dan ir-referendum ser nibgħatu messaġġ ċar favur dawk li jridu li l-arloġġ jibqa' wieqaf. Għal xhur sħaħ kellna moviment kontra dan ir-referendum, protesti fit-toroq u protesti fil-qorti biex jitwaqqaf dan il-proċess." Il-kelliem kompla jgħid li għax riedu referendum, ġew mgħajra li huma anti- demokratiċi u intoleranti. "Bl-istess argumenti, ir- referenda kollha li saru f 'dan il-pajjiż kienu ħżiena. Huwa d-dritt tagħna li neżerċitaw l-ikbar dritt demokratiku: ir-referendum. Huwa inkreddibli li bqajna nisimgħu dan l-argument." Sultana saħaq li agħar minn hekk, illum fil-mezzi tax- xandir, mhux qed jintwerew il-filmati fejn iż-żewġ mexxejja politiċi Joseph Muscat u Simon Busuttil pubblikament stqarrew li huma ser iħallu f 'idejn in-nies kif jivvutaw. "Aħna nafu li l-politiċi jixtiequ li din il-kontroversja tal-kaċċa tispiċċa darba għal dejjem. Għal snin twal il-kaċċaturi rrikattaw lill-politiċi bil-vot. Wasal iż-żmien li l-affarijiet jinbiddlu. Nafu wkoll li hemm ħafna deputati Laburisti u Nazzjonalisti li huma favur l-inizjattiva, u eluf ta' Laburisti u Nazzjonalisti. Ħadd m'għandu jiddejjaq jekk nirbħu dan ir-referendum bil-Le." Fi tmiem id-diskors tiegħu Mark Sultana qal li jekk fil- 11 t'April jirbaħ il-LE nkunu ksibna rebħa oħra biex Malta tkun aqwa minn ħaddieħor u bħal ħaddieħor. "Għoxrin sena ilu kienet ittieħdet deċiżjoni biex tingħalaq il-kaċċa fir-rebbiegħa. Mhux ser nitkellem fuq ir-reazzjoni sproporzjonata tal-kaċċaturi. Irrid inkun pożittiv. Irrid ngħid li f 'dak il-perjodu partikolari, Malta u Għawdex faret b'għasafar li bdew ibejtu inkluż dawk l-għasafar li qatt ma konna nimmaġinaw li kienu jbejtu. Dik kienet prova ċara li meta ma jkunx hemm kaċċa fir- rebbiegħa, ikollna kampanja isbaħ u aħjar." Saviour Balzan u Mark Sultana waqt l-attività tal-kampanja SHout