Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 31 SportSillum Tkompli s-saga tat-trasferiment ta' Neymar Tkompli s-saga tat- trasferiment ta' Neymar fejn jidher li affarijiet qed jikkumplikaw ruħhom għal Barcelona. Dan hekk kif jinsabu indagati kemm il-president tal-club Katalan, Josep Maria Bartimeu, kif ukoll Sandro Rosell li kien il-president tat-tim li preżentament qed jokkupa l-quċċata tal-Liga Spanjola, bejn l-2010 u l-2014. Huma qed jirriskjaw bil-kbir li jeħlu sentenza sostanzjali ta' ħabs – b'tal- ewwel jista' jeħel sentejn u tliet xhur waqt li Sandro Rosell jista' jeħel xejn inqas minn seba' snin u tliet xhur ħabs. U dan mhux biżżejjed hekk kif Barcelona jistgħu jeħlu multa ta' xejn inqas minn €33 miljun. B'effett ta' dan, il-Qorti Spanjola qed titlob lill-klabb Katalan biex jikkjarifika l-affarijiet. Dawn il-problemi għal Barcelona qed jikkuntrastaw bil-wirjiet u riżultati miksuba mill- Katalani fil-grawnd bl- aħħar wieħed ikun ir-rebħa ta' 2-1 fuq ir-rivali kbar Real Madrid ilbieraħ filgħaxija. Permezz ta' din ir-rebħa huma saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika tal- Liga Spanjola, b'vantaġġ ta' erba' punti fuq l-istess Real Madrid u jidhru favoriti assoluti li jirbħu l-Liga Spanjola fi tmiem l-istaġun. Is-soċjetà Katalana qed tiġi akkużata li ffalsifikat iċ-ċifra li biha ġie ingaġġat il-fenomenu Brażiljan, Neymar. Dan hekk kif l-avukat Spanjol, Pablo Ruz, li fetaħ kawża kontra Barcelona qed jafferma li t-trasferiment ta' Neymar ma' Barcelona kien jammonta għas- somma fenomenali ta' €83 miljun waqt li Barcelona ddikjaraw li huma xtraw lil Neymar għas-somma ta' €57 miljun. B'hekk hemm diskrepanza ta' xejn inqas minn €26 miljun li jistgħu jitfgħu f 'inkwiet kbir kemm lill-president preċedenti Sandro Rosell kif ukoll lil dak attwali, Josep Maria Bartomeu. B'hekk il-Blaugrana, qed jaffrontaw problema serja oħra barra l-grawnd. Għalkemm mhux kbira daqs dik relatata mat- trasferiment ta' Neymar. Dan wara li huma diġà ġew sanzjonati mill-FIFA talli ma segwewx ir-regoli marbuta mal-Financial Fair Play u b'hekk ma setgħux jaffettwaw trasferimenti tul is-sena kollha li għaddiet. Neymar imħasseb dwar dak li involva t-trasferiment tiegħu ma' Barcelona "Nittama li ma' Seoul E-Land nikseb l-istess suċċess li ksibt ma' Hibernians u iktar" - Tarabai "Ninsab sodisfatt bir-riżultati li ksibna u ma kontx sorpriż bihom" – Mark Gatt FTiT tal-jiem ilu Edison luis dos Santos iktar magħruf bħala Tarabai ħalla malta biex jibda avventura ġdida mal-klabb mill-korea ta' isfel, Seoul E-land, b'self sa bħal daż-żmien sena. Tarabai kien qed ikollu staġun mill- aqwa ma' Hibernians fejn kien qed jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-kampjonat BoV premier b'ammont inkredibbli ta' 25 gowl. Dan il-ġurnal għamel kuntatt mal-istess attakkant prolifiku Brażiljan fil-Korea ta' Isfel fejn tana dawn il- kummenti esklussivi: "Dan huwa mument tassew speċjali f 'ħajti. Hibernians dejjem ħadmu qatigħ biex jagħmlu l-ħolmiet tiegħi realtà. Ta' dan nixtieq verament nirringrazzja lill-familja tal-Pawlisti u ngħidilhom li qed inħoss in- nuqqas tagħhom ħafna. Nixtieq nirringrazzja ħafna wkoll lill-klabb il-ġdid tiegħi Seoul E-Land talli tawni din l-opportunità fejn nittama li magħhom nikseb l-istess suċċess li ksibt ma' Hibernians u iktar," temm jgħid Tarabai. Tarabai jippoża bil-flokk tat-tim il-ġdid tiegħu, Seoul E-Land FTiT tal-jiem ilu t-tim nazzjonali tan-nisa temm fit-tielet post fl-Aphrodite Cup li ntlagħbet f 'Ċipru. it-tim malti mmexxi mill-kowċ ħabrieki mark Gatt kiseb żewġ rebħiet, tilef logħba u ġie draw f 'logħba oħra. L-aħħar logħba li kien involut fiha t-tim nazzjonali Malti kienet ir-rebħa ta' 2-0 kontra l-Latvja bil-gowls għal Maltin jaslu minn Dorianne Theuma u Stephania Farrugia. ILLUM għamlet kuntatt mal-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Mark Gatt, li tana dawn il-kummenti rigward il- logħob li kien involut fih mill-Aphrodite Cup: "Ninsab kuntent għall- mod kif il-plejers tiegħi rnexxielhom jaddattaw ruħhom għall-istil ġdid tiegħi ta' logħob. Inħossni fortunat li lgħabna dawn l-erba' logħbiet għax servewna tajjeb. Kelli l-opportunità li nuża plejers fi rwoli differenti. L-ewwel għan tiegħi kien li nsib sostitut għal Rebecca d'Agostino li rtirat mit-tim nazzjonali, iżda ninsab kuntent li ninnota li Stephania Farrugia daħlet f 'dan l-irwol b'mod tajjeb. Il-plejers iż-żgħar taw lit-tim l-imbottatura neċessarja, waqt li tajna iktar spazju lill-captain tat-tim, Dorianne Theuma. Barra minn hekk il- plejers li għandhom iktar esperjenza fit-tim nazzjonali qed juru iktar maturità fil-logħba tagħhom. Ninsab sodisfatt bir- riżultati li ksibna u ma kontx sorpriż bihom hekk kif nemmen bis- sħiħ fit-talenti ta' dawn it-tfajliet. Issa nħarsu 'l quddiem għal-Logħob ta' Kwalifikazzjoni waqt li sadanittant irridu naħdmu iktar fuq uħud mill-punti dgħajfa tagħna. Dawn iridu jiġu mtejba biex jiġi assigurat iktar logħob pożittiv fil-logħob li ġej," temm jgħid Mark Gatt. It-tim nazzjonali tan-nisa temm fit-tielet post fl-Aphrodite's Cup