Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 33 SportSillum Galea jirbaħ l-Autocross u Camilleri jirbaħ il-Motocross Nhar il-Ħadd li għadda, l-assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bil-Kampjonati autocross u Motocross tal-aSMK Pasta Poiatti 2014/2015. B'kollox għal din l-attività rreġistraw 30 kompetitur. Intant ħarsa lejn l-Autocross tal-ġurnata fejn fil-klassi Autocross Modified Philip Vella fuq Opel Corsa ddomina l-Heats kollha tal- ġurnata kif ukoll irnexxielu jakkwista l-ogħla punteġġ tal-ġurnata. Dan b'mod awtomatiku żgura postu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Josef Abela fuq Opel Nova, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Noel Vella fuq Ford Escort Mk 1 u Malcolm Borg fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Galea u Philip Vella waqt li kienu segwiti viċin minn Noel Vella u l-aħwa Borg - Malcolm u Matthew. Galea mill-ewwel beda jinqata' 'l quddiem lap wara l-oħra fejn ħalla lil Philip Joe u Noel Vella jikkumbattu quddiem u mal-aħwa Borg flimkien ma' Abela. Hawn l-ispettaturi segwew spettaklu ta' sewqan sportiv sakemm Noel Vella b'azzjoni anti-sportiva fuq Philip Joe ħalla lir referi tal-ġurnata jieħu azzjoni fuqu. Hawn l-attenzjoni tal-finali marret fuq it-tielet post fejn Noel Vella kompla jikkumbatti l-pressjoni mill-aħwa Borg u Abela. Fis-sitt dawra Matthew Borg u Abela rnexxielhom jissuperaw lil Vella iżda ftit wara Malcolm Borg spiċċa jnaqqas il- veloċità minħabba ħsara teknika. Riżultat ta' din il-finali huwa: Galea jirbaħ għal darb'oħra segwit minn Philip Joe Vella u Matthew Borg. Fir-raba' post spiċċa Abela segwit fil-ħames post minn Noel Vella. Fil-Finali Klassi B rajna Start Line kompost minn Gordon Johnson fuq Peugeot 205, JeanPaul Grech fuq Peugeot 106, Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta, Godwin Martin fuq Opel Corsa, Noel Zammit fuq Fiat Punto u Jonathan Camilleri fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna lil Martin jagħmel ħruġ tajjeb ħafna flimkien ma' Johnson biex sal-ewwel kantuniera Martin ħa t-tmun tal-finali segwit minn Johnson. Dawn kienu segwiti minn Gauci u Grech rispettivament. L-ordni tkompli b'Camilleri u Zammit. Matul din il-finali kull sewwieq iddefenda sew il-post tiegħu sakemm fis-sitt dawra Camilleri tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu bil-konsegwenza li ħareġ mal-ġenb tal-korsa tant li kellu jirtira minħabba prekawzjoni ta' sigurtà. Ir-riżultat finali kien dan: Martin jirreġistra r-raba' rebħa tiegħu f 'din il-klassi segwit minn Johnson u Gauci. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Grech u Zammit. Fil-Klassi Autocross Standard kellna rebbieħa differenti waqt iż-żewġ heats bejn erba' karozzi. Il-Finali ta' din il-klassi ntrebħet minn Dean Farrugia fuq Citroen AX segwit minn Salvu Micallef fuq Volkswagen Polo li rebaħ it-tieni post waqt li Joseph Vella fuq Ford Fiesta u John Agius fuq Peugeot 206 rebħu t-tielet u r-raba' postijiet rispettivament. Fil-Motocross klassi A rajna lil Clayton Camilleri fuq mutur KTM jiddomina l-ġurnata bir-rebħ tiegħu fiż- żewġ heats. Camilleri kien dejjem segwit minn Edward Ciantar fuq mutur Kawasaki u Kyle Camilleri fuq mutur KTM. Fil-Motocross Klassi B rajna għal darb'oħra lil Ludvick Muscat fuq mutur KTM jiddomina u jirbaħ għat-tielet darba f 'din il- klassi. Muscat kien segwit minn Elvin Debono fuq mutur Kawasaki u Mark Mamo fuq mutur Yamaha. Il-Kategorija muturi Open Race ntrebħet mill-aħwa Camilleri bi Clayton jirbaħ l-ewwel post segwit minn ħuh Kyle, it-tnejn fuq muturi KTM. Fit-tielet u r-raba' post spiċċaw Edward Ciantar fuq Kawasaki u Ludvic Muscat fuq KTM rispettivament. L-ASMK xtaqet tieħu din l-okkażjoni biex tawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd fejn għal dawn il-jiem li ġejjin tkun wiefqa mill- attivitajiet tal-motorsport għall-festi tal-Għid. L-attivitajiet tal-ASMK se jkomplu nhar il-Ħadd 19 ta' April, fejn is-sezzjoni Trials se torganizza l-ħames attività tal-Kampjonat li fiha jkun hemm l-Autocross u l-Motocross fil-Kumpless ta' Ta' Qali. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www. asmk.org.mt jew permezz tal-paġna uffiċjali fuq Facebook, A.S.M.K. Malta. Christian Galea fuq Fiat Ritmo Hamilton ikompli jiddomina u jikseb l-40 pole tal-karriera tiegħu fil-Malasja Iċ-chaMPIoN tad-dinja tal-F1, il-Brittaniku, Lewis hamilton, ilbieraħ kiseb l-40 pole position fil- karriera mill-aqwa tiegħu fil-F1 meta kiseb l-aħjar ħin fil-Malasja u b'hekk illum se jkun qed jibda fl-ewwel post fil-GP tal-Malasja li se jsir fiċ-ċirkwit ta' Sepang. Din il-pole position kienet ikaraterizzata minn maltempati kostanti bir- ragħad, sajjetti ma jaqtgħu xejn u xita kontinwa, iżda jidher li ħadd u xejn ma jista' jwaqqaf lil Lewis hamilton fil-F1. Fl-aħħar sekondi ta' din il-pole, is-sewwieq Ġermaniż tal- Ferrari, Sebastian Vettel, resaq viċin li jikseb l-pole position għas-spejjeż ta' hamilton, iżda huwa ma rnexxielux jikseb dan għal biss frazzjonijiet ta' sekonda. Tajjeb ngħidu li fit- tieni fażi ta' kwalifikazzjoni, hamilton, deher li kien qed jaffronta xi problemi meta nfetħu bwieb is-sema għall- ewwel darba matul din il-pole, iżda huwa rnexxielu jirkupra sew biex finalment kien huwa li rnexxielu jikseb l-aħjar ħin fost sħabu s-sewwieqa. Sieħeb Hamilton fuq Mercedes, Nico Rosberd, kiseb riżultat kemxejn diżappuntanti hekk kif illum se jkun qed jibda biss mit- tielet post tal-gradwatorja. Madanakollu, Rosberg qatt ma ta sfida denja lil Hamilton hekk kif is- sewwieq champion tad-dinja kien għal kollox superjuri minn Nico Rosberg, minkejja l-kundizzjonijiet klimatiċi xejn favorevoli għal Hamilton. Rimarkabbli huwa l-fatt li din kienet l-ewwel darba minn għaxart itlielaq li Mercedes mhux se jkunu qed jibdew mill- ewwel żewġ postijiet tal-GP. Il-karozzi Red Bull misjuqa mid-duo, Daniel Ricciardo u Daniil Kvyat se jkunu qed jibdew mir-raba' u l-ħames post rispettivament, waqt li l-Mclaren, għal darb'oħra reġgħu ddiżappuntaw wara li naqsu milli jiksbu riżultat pożittiv anzi ddeludew bil- kbir. Dan hekk kif id-duo ta' sewwieqa tagħhom ta' ċertu isem, Jenson Button u Fernando Alonso se jkunu qed jibdew biss mis-17 u t-18 -il post rispettivament, fejn se jkunu biss il-karozzi mhux daqstant ta' kalibru, Marussia Manors, li se jkunu qed jibdew warajhom. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is- sewwieqa tal-F1 illum fiċ- ċirkwit ta' Sepang, fil-Malasja: Lewis Hamilton fl-azzjoni fiċ-ċirkwit imxarrab ta' Sepang, fil-Malasja Riżultati 1 Lewis Hamilton Mercedes 2 Sebastian Vettel Ferrari 3 Nico Rosberg Mercedes 4 Daniel Ricciardo Red Bull Racing 5 Daniil Kvyat Red Bull Racing 6 Max Verstappen Toro Rosso 7 Felipe Massa Williams 8 Romain Grosjean Lotus 9 Valtteri Bottas Williams 10 Marcus Ericsson Sauber 11 Kimi Raikkonen Ferrari 12 Pastor Maldonado Lotus 13 Nico Hulkenberg Force India 14 Sergio Perez Force India 15 Carlos Sainz Toro Rosso 16 Felipe Nasr Sauber 17 Jenson Button McLaren 18 Fernando Alonso McLaren

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105