Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Kif twieldet il-'Fondazzjoni Pupi'? Il-'Fondazzjoni Pupi' twieldet lura fl-2001. Din kienet sena diffiċli ħafna għall-Arġentina u għalhekk iddeċidejna li kien id-dmir sagrosant tagħna li nagħmlu xi ħaġa ta' ġid għal tant tfal li kienu qegħdin ibatu tbatija ta' kull xorta. Ridna noffrulhom altrernattivi biex huma jkunu jistgħu jikbru u jimmaturaw b'mod edukat u b'saħħtu. Meta nqisu l-fatt li int ħabib kbir ta' Ivan Ramiro Cordoba li huwa l-President tal-Fondazzjoni Colombia Te Quiere Ver, jeżistu xi proġetti b'amalgamazzjoni ma' din il-Fondazzjoni fil-futur qrib? Iva, fil-fatt għandna ppjanati ħafna proġetti. Jien nemmen li meta Ivan jorganizza xi ħaġa permezz tal-Fondazzjoni tiegħu, aħna bħala Fondazzjoni Pupi nkunu qrib ħafna. Dan għaliex naf il-valuri marbutin mal-familja li Ivan iħaddan b'tant għożża. Din l-amalgamazzjoni bejn il- Fondazzjonijiet tagħna huma xi ħaġa dejjem mill-isbaħ u li ttini ħafna ferħ! Barra minn hekk jeżistu xi proġetti mill-Fondazzjoni Pupi li fihom jistgħu jagħtu sehemhom kompatrijotti tiegħek Arġentini fosthom plejers ta' klassi mondjali bħal Lionel Messi, Juan Sebastian Veron u Esteban Cambiasso fost oħrajn? Minn dejjem l-Arġentina kien pajjiż fejn twieldu ħafna stilel tal-futbol. Ċertament teżisti l-possibiltà li naħdmu ma' stilel oħra Arġentini fil-futur iżda għalissa għadu kmieni wisq! Jien naħseb li t-tim nazzjonali Arġentin qed jaħdem tajjeb ħafna u nawgura minn qalbi li ħafna stilel Arġentini jibdew avventura ġdida tal-futbol fl-Ewropa. Iddeskrivi l-irwol tiegħek bħala Ambaxxatur tat-Turiżmu Malti fl-Italja. Huwa ta' pjaċir kbir għalija li nokkupa l-irwol ta' Ambaxxatur tat-Turiżmu f 'pajjiż bħal m'hu Malta. Dan għax nemmen li Malta huwa pajjiż li wieħed għadu jrid jiskopri – huwa pajjiż li joffri ħafna opportunitajiet diversi, l-iktar għaż-żgħażagħ u għalhekk qed nagħti lili nnifsi biex inkun ta' servizz mill-aħjar li nista' għal dan il-pajjiż. Kif nibtet il-ħbiberija tiegħek mal-President tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech u dan xi rwol għandu fil-Fondazzjoni Pupi permezz ta' Malta? Il-President tal-Inter Club Pupi SportSillum Il-ġentlom leġġenda Interista Javier Cristian Antony Muscat Jekk hawn plejer fid-dinja li huwa magħruf għall-ġentilezza, umiltà u għall-brillantezza tiegħu fil- grawnd, m'hemmx dubju li dan mhu ħadd ħlief il-leġġenda ħajja ta' Inter Javier 'Pupi' Zanetti li fost karigi oħra llum qed jokkupa wkoll il-kariga prestiġjuża ta' Viċi President ta' Inter fejn jaħdem spalla ma' spalla mal-President ta' Inter, il-biljunarju Indoneżjan, Erick Thohir. "Il-President tal-Inter Club Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech, huwa ħabib kbir tiegħi. Ili nafu għal żmien mhux qasir u huwa dejjem ikun disponibbli għalina bħala Fondazzjoni Pupi. Huwa dejjem ikun lest li jgħin lit-tfal li aħna nieħdu ħsieb fl-Arġentina permezz tal-Fondazzjoni kif ukoll tant persuni oħra li jitolbu l-għajnuna tagħna biex isibu sostenn fost id-diversi tbatijiet u sofferenzi li huma jkunu qed jaffrontaw f 'ħajjithom"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105