Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 35 SportSillum Javier Zanetti u l-Fondazzjoni Pupi Zanetti Malta, Paul Fenech, huwa ħabib kbir tiegħi. Ili nafu għal żmien mhux qasir u huwa dejjem ikun disponibbli għalina bħala Fondazzjoni Pupi. Huwa dejjem ikun lest li jgħin lit-tfal li aħna nieħdu ħsieb fl-Arġentina permezz tal-Fondazzjoni kif ukoll tant persuni oħra li jitolbu l-għajnuna tagħna biex isibu sostenn fost id-diversi tbatijiet u sofferenzi li huma jkunu qed jaffrontaw f 'ħajjithom. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas x'inhuma l-proġetti futuri tal-Fondazzjoni Pupi? Il-fatt li jien nokkupa wkoll l-irwol ta' Ambaxxatur tal-EXPO għall-belt ta' Milan, nhar l-4 ta' Mejju li ġej qed norganizzaw logħba ta' ħbiberija għal skop karitattiv ġewwa San Siro fejn se jkunu qed jieħdu sehem ħafna plejers ta' klassi u statura mondjali. Jien nawgura li dan ikun avveniment kbir u li fih jinġabru ħafna fondi hekk kif dawn se jkunu qed jingħataw lil diversi assoċjazzjonijiet filantropici u ta' karità ġewwa Milan. Twieled fl-10 ta' Awwisu 1973 fi Buenos Aires fl-Arġentina Qabel ingħaqad ma' Inter bejn l-1992 u l-1995, lagħab mal-klabb Arġentin, Banfield, fejn ma' dan it-tim kellu 100 dehra u skorja 3 gowls Lagħab ma' Inter bejn l-1995 u l-2014 u serva bħala captain tal-istess tim mil- 1999 sas-sena li għaddiet Bil-flokk tan-Nerazzurri lagħab xejn inqas minn 615-il logħba u skorja 12-il gowl Ma' Inter rebaħ UEFA Champions League, Tazza tad-Dinja tal-Klabbs tal- FIFA, 5 Kampjonati tas-Serie A, 4 Super Coppa Italiana, u Tazza UEFA li llum hija magħrufa bħala l-UEFA Europa League Mat-tim nazzjonali Arġentin li tiegħu kien ukoll il-captain lagħab 145 logħba bejn l-1994 u l-2011 u skorja 5 gowls Huwa l-Ambaxxatur tat-Turiżmu Malti fl-Italja kif ukoll l-Ambaxxatur tal-EXPO għall-belt ta' Milan Huwa magħruf bħala 'Pupi' u fil-fatt il-Fondazzjoni tiegħu imwaqqfa lura fl-2001 iġġib isem il-laqam tiegħu - 'Fondazzjoni Pupi' Javier Zanetti Il-Fondazzjoni Pupi hija organizzazzjoni volontarja li ma tagħmel l-ebda profitti, imwaqqfa fl-Arġentina fl-2001. Hija taħdem għat-tfal l-aktar foqra u emarġinati mis- soċjetà. Ġiet imwaqqfa mill-eks plejer ta' klassi u fama mondjali u llum viċi president ta' Inter, Javier Zanetti, u mill-mara tiegħu, Paula. L-isem tal-Fondazzjoni Pupi ġej mil-laqam ta' Javier Zanetti nnifsu, appuntu 'El Pupi' bl-Arġentin, waqt li huwa akronimu li bl-Arġentin ifisser 'Por un piberio integrado', li meta maqlub għall-ilsien Malti jfisser: 'Għal tfulija ikar integrata'. Il-Fondazzjoni Pupi hija responsabbli li tissodisfa l-bżonnijiet fundamentali u bażiċi tat-tfal fosthom li tiggarantilhom ikel san, edukazzjoni, iġene u għajnuna oħra għall-familji tagħhom. Inizjalment, hija ħadet ħsieb tad-distrett fl-Arġentina, Lanus, li hija waħda mill-aktar żoni foqra fil-belt kapitali tal-Arġentina, Buenos Aires. Il-President ta' din l-organizzazzjoni huwa Andres de la Fuente waqt li Monica Giacoletto hija l-psikologa tal- istess organizzazzjoni. Tajjeb ngħidu li dawn it-tnejn jiġu l-kunjatu u l-kunjata ta' Zanetti, rispettivament. L-ewwel pass li wettqet din il-Fondazzjoni kien dak li tgħallem lil tfal żgħar foqra, l-aktar elementi bażiċi tal- iġene u li tara li jkollhom ikel ta' kuljum, permezz ta' tliet ikliet bażiċi ta' kuljum. Il-programm tal-Fondazzjoni Pupi jipprevedi li ta' kull filgħodu, it-tfal jiġu akkumpanjati l- iskola, biex wara jiġu mwassla fis-sedi varji tal-organizza- zzjoni għall-attivitajiet oħra ppreparati mill-Fondazzjoni fosthom dawk marbuta ma' mużika, arti, teatru u sport. Barra mid-Dar Ċentrali tal-Fondazzjoni li tinsab f'Lanus, fejn il-Fondazzjoni ġiet imwaqqfa għall-ewwel darba, jeżistu tliet idjar oħra tal-Fondazzjoni Pupi. Il-Fondazzjoni tikkolabora ma' diversi azjendi biex tgħallem lil missirijiet ta' dawn it-tfal żgħar xi xogħol par- tikolari. Anki l-ommijiet tal-istess tfal jiġu assistiti kemm fuq livell mediku kif ukoll dak soċjali. Fil-passat Zan- etti rċieva għajnuna finanzjarja għall-Fondazzjoni tiegħu mingħand eks plejers sħabu ma' Inter, fosthom l-eks ple- jer internazzjonali miċ-Ċili, Ivan Zamorano. Dan kollu jiġi jiswa lill-Fondazzjoni Pupi, is-somma ta' kważi €300,000 kull sena fi spejjeż totali. Sa minn Mejju tal-2009, Fon- dazzjoni Pupi hija responsabbli ta' iktar minn 1,000 per- suna fqira, bejn tfal u l-familji rispettivi tagħhom. "Huwa ta' pjaċir kbir għalija li nokkupa l-irwol ta' Ambaxxatur tat-Turiżmu f 'pajjiż bħal mhu Malta. Dan għax nemmen li Malta huwa pajjiż li wieħed għadu jrid jiskopri – huwa pajjiż li joffri ħafna opportunitajiet diversi, l-iktar għaż-żgħażagħ u għalhekk qed nagħti lili nnifsi biex inkun ta' servizz mill-aħjar li nista' għal dan il-pajjiż." X'INHI L-FONDAZZJONI PUPI?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105