Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Il-lukandi tan-naħa ta' fuq ta' Malta ilhom ma jkunu mimlija daqshekk – PM Il-PrIm ministru semma wkoll kif il-gvern tiegħu dawwar il-problemi f 'opportunitajiet bħalma għamel fil-każ tal-Enemalta li kumpanija li skont il-PN riedu jbigħuha b'€1 irnexxielhom iġibu €320 miljun ta' terz minnha. U semma wkoll il-problema tas-saħħa li barra l-investiment tal- Barts School ta' €200 miljun f 'Għawdex u St. luke's, se jinbena sptar minn kumpannija enormi Amerikana, Johnsons & Johnsons flimkien mal- Università Sapienza ta' ruma li se jibnu sptar b'€100 miljun fi Smart City li jispeċjalizza fl-għadam u nervituri. Qal ukoll li dan se jispeċjalizza wkoll f 'mediċina sportiva fejn l-aqwa atleti mondjali jibdew jinġiebu hawn għal operazzjonijiet speċjalizzati. Muscat qal ukoll li ilhom snin twal li l-lukandi tan-naħa ta' fuq ta' Malta jkunu mimlija kollha bħal m'huma bħalissa. Semma wkoll l-opportunitajiet li qed jinfetħu f 'Għawdex fejn investitur Għawdxi investa miljun ewro biex jibnu 4 boutique hotels, waħda fin- Nadur li nfteħet il-bieraħ stess mill-Prim Ministru, oħra f 'Ta' Sannat, oħra Għajnsielem u oħra x-Xewkija. "Dan ifisser li f 'Għawdex hawn futur" qal Muscat. Dwar il-Kunsilli lokali l-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista qed jaħdem għax irid jbiddel xejra li għall- ewwel darba l-partit fil-gvern jirbaħ il-maġġoranza "żgħira kemm hi żgħira" fil-Kunsilli Lokali. Qal ukoll li Simon Busuttil qal li fetaħ il-bibien tal-Kwartieri beraħ, "għamel sew għax aktar nies ħerġin minn dawn il-bibien filwaqt li hu ssakkar ġewwa. Ma deher imkien f 'din il-kampanja li tant iġġieled biex isiru dawn l-elezzjonijiet. Tgħid beża' li jistaqsuh dwar x'kien jaf dwar l-abbużi f 'Għawdex?" temm Muscat li, qabel ma għalaq bl-għajta tas-soltu ta' "Malta Ottimista".qal li hu jaf li fir-Raħal tan-Nadur diffiċli li jintrebaħ mill-Labour, iżda li "xorta se nagħtuhom a good run for their money." Ikompli mill-ewwel paġna… Dalli jgħid tiegħu fuq il-ħbiberija bejn Busuttil u Kessler JohN Dalli semma' l-opinjoni tiegħu dwar id-diskursata li kellhom il-Kap tal-oppożizzjoni Simon Busuttil u l-Kap tal-olAF Giovanni Kessler, liema storja ħarġet il-gazzetta IllUm. Id- diskursata bejn Busuttil u Kessler saret wara li Kessler kien qiegħed malta biex jixhed fil-każ kontra l-eks Kummissarju Ewropew John Dalli. Dalli stqarr li "Simon Busuttil u Giovanni Kessler huma ħbieb sew. Simon u Giovanni jindirizzaw lil xulxin bl-ewwel isem, u huma ħbieb biżżejjed sabiex Giovanni jitlaq mill- business class u jmur fl- economy class fuq ajruplan biex imur ikellem lil Simon." Kompla billi ressaq ammont ta' mistoqsijiet lejn il-Kap tal-Oppożizzjoni, fejn talbu biex jillumina lill-pubbliku Malti dwar din il-ħbiberija bejnu u Kessler – "f 'ġieħ it-trasparenza." L-eks Kummissarju jistaqsi "kif nibtet u nżammet din ir-relazzjoni? Kienu f 'kuntatt f 'xogħol uffiċjali? Kienu jmorru l-istess klabbs? Huma membri tal-istess gruppi?" Wara jkompli billi jistaqsi kemm ilha din il-ħbiberija bejn Busuttil u Kessler – fejn jistaqsih jekk kinitx relazzjoni li żviluppat riċentament jew le. Jistaqsih ukoll jekk kinux diġà ħbieb meta beda l-iskandlu tat-tabakk li sewa lil Dalli l-post ta' Kummissarju Ewropew. "Din il-ħbiberija kienet teżisti meta Kessler ħa l-investigazzjoni tal- allegazzjonijiet tas-Swedish Match f 'idejh? Simon u Giovanni kienu daqshekk ħbieb meta l-Uffiċċju tal- Prim Ministru beda jitfa' pressjoni fuq il-Pulizija Maltija f 'Diċembru 2012 biex jieħdu azzjoni kontrija akkost ta' kollox? (hekk kif ġie rrapurtat fil-MaltaToday fis-16 ta' Diċembru 2012)? Simon u Giovanni kienu daqshekk ħbieb meta Giovanni beda jagħti l-parir lil wieħed mill-impjegati ta' Swedish Match, li kien wieħed mill-protagonisti fil-konfoffa kontrija,biex ikompli jxerred storja mhux minnha dwari biex ma jfixkilx l-investigazzjoni f 'Malta? Simon u Giovanni kienu daqshekk ħbieb meta Simon beda kampanja enormi ta' interferenza politika li fiha akkuża lil Prim Ministru (fuq suspetti, u mhux fatti – kif jagħmel hu) li interfera fir-rigward tiegħi. Dan kien attentat biex jintimidaw il-pulizija u biex ikomplu l-kampanja ta' mibgħeda kontrija?" Dalli jagħmel riferiment għal intervista li Kessler ta lill-gazzetti Kroati, fejn hu beda "jtenni l-kliem ta' mibgħeda, ta' interferenza politika ta' Simon. Fil- fatt, din il-biċċa dehret fil-gazzetta ta' Simon, għalkemm qalu li l-oriġini kienet Ungeriża." Jirreferi wkoll għal episodju fejn fih Kessler "ġabar evidenza żbaljata dwar Joanna Darmanin u Paola Duarte, u ddeċieda li jibgħatha lill-Pulizija f 'Malta mingħajr (fi kliemu stess) ma ċċekjaha jew investigaha. Meta Giovanni qal li kien bagħat din l-informazzjoni lill-pulizija, Simon intefa jattakka u akkuża lill-pulizija li kisru l-liġi Ewropea talli ma ħadux passi dwar din l-informazzjoni." Fl-aħħar jistaqsi lil Busuttil u Kessler biex jinħarġu dettalji tal-laqgħat li kellhom minn meta "Giovanni nħatar DG OLAF, il-kuntest ta' dawn il-laqgħat, u jekk bdewx jittieħdu minuti ta' dawn l-istess laqgħat."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105