Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 5 Reporter, jixxandar għada t-Tnejn fid- 8.40pm fuq TVM2, b'ripetizzjoni fuq TVM, fl-21.45PM Din il-ġimgħa fil-programm Reporter, Saviour Balzan ikompli jiddiskuti x-xogħol u l-ħidma tal-Kunsilli Lokali qabel l-elezzjonijiet li se jsiru fil-11 t'April. Investiment ġdid ta' €100 miljun fil-qasam tas-saħħa San Ġiljan u Paceville b'konċentrazzjoni qawwija ta' traffiku – Arnold Cassola "Pajjiżna ntgħażel għal investiment ġdid ta' €100 miljun, fejn kumpanija kbira amerikana, johnson & johnson Medical flimkien mal-Università La Sapienza ta' Ruma, ser jagħmlu sptar ġdid ta' 200 sodda fi Smart City, li mistenni jiftaħ fl-2017, li permezz tiegħu se jkunu maħluqa 500 impjieg ġdid." Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista joseph Muscat waqt attività politika f 'Ħal Kirkop. Muscat qal li dan huwa investiment apparti mill- investiment l-ieħor ta' €200 miljun li permezz tiegħu se jkunu żviluppati l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech. Il-Prim Ministru spjega li l-isptar, Joannes Paulus II – International District of Healthcare, ser jipprovdi kura speċjalizzata fl-oqsma tal-Ortopedija, in-Neurloġija u anke ċentru fejn tkun kreata mediċina apposta skont il-ħtiġijiet tal-pazjent b'mod individawali, fost l-oħrajn. "Dan l-isptar se jkun qed jilqa' wkoll ċentru tal-mediċina sportiva, fejn il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali flimkien mal-Federazzjoni Taljana tal-mediċina sportiva, se jkunu qed joffru għadd ta' servizzi li permezz tagħhom huwa anke maħsub li jkunu attirati diversi atleti minn dixxiplini sportivi differenti." Muscat kompla jgħid "Kburin ħafna li dawn l-iġganti fil-qasam tal- mediċina, bħal Barts, Johnson & Johnson Medical, qed jemmnu f 'dak li nemmnu aħna. Permezz ta' dan l-investiment jidher ċar li hemm ir-realizzazzjoni li pajjiżna jista' jsir ċentru ewlieni fil-qasam tas- saħħa. L-isfida issa hija li nħajru aktar żgħażagħ sabiex jistudjaw fl-oqsma tal-mediċina u s-saħħa u għalhekk huwa maħsub li jkun varat pjan fejn flimkien mal-istakeholders kollha, b'sinerġija, iż-żgħażagħ kollha jkunu mħajra u ggwidati li jistudjaw f 'dawn l-oqsma biex eventwalment jibdew karriera fil-qasam tas-servizzi mediċi." Il-Prim Ministru semma kif anke l-qasam turistiku jrid ikun involut għax permezz ta' dawn l-investimenti se jkunu kreati niċeċ ġodda turistiċi li jattiraw bosta persuni lejn pajjiżna. "Bħalma l-Gvern ħajjar lil Barts sabiex jiftħu l-iskola medika f 'Għawdex u b'hekk, b'mod sussegwenti, ser tkun qed tingħata palata lill-ekonomija Għawdxija, l-istess sar bl-Isptar Ġwanni Pawlu II, fejn mhux biss ser tingħata spinta lin- naħa t'isfel ta' Malta, iżda anke li l-istess Smart City, jingħata l-ħajja. Dan huwa dak li konna tkellimna mal-investituri mill-Emirati Għarab Magħquda, li dan il-Gvern irid jagħti l-ħajja lill-proġett ta' Smart City." Joseph Muscat temm jgħid li din hi t-tifsira ta' Malta Tagħna Lkoll, li kull naħa ta' Malta tgawdi u tieħu xi ħaġa lura sabiex tkun mgħejjuna "Ix-xogħol li qed isir mhux qed isir mil-lum għal-lum, iżda se jgawdu minnu dawk kollha li ġejjin warajna, uliedna u wlied uliedna." Meta introduċa lil julio Caruana, il-kandidat ta' aD għall-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali f 'San Ġiljan, iċ- Chairperson ta' alternattiva Demokratika arnold Cassola qal li San Ġiljan u Paceville huma akkwati turistiċi ewlenin, b'konċentrazzjoni qawwija ta' traffiku, u bħala riżultat ta' dan, b'ħafna tniġġis tal-arja u tal-istorbju. "Huwa importanti ħafna li jittieħdu miżuri biex jgħinu ħalli jitnaqqas it-tniġġiż u d-dewmien fit-traffiku. Jeħtieġ ukoll li jiġu infurzati liġijiet li ma jħallux lill-kuntratturi jingumbraw bankini bil- krejnijiet għal tul ta' żmien." Cassola qal ukoll li l-liġi preżenti rigward il-volum ta' ħsejjes permess fi stabbilimenti kummerċjali jeħtieġ li tkun infurzata biex tiżgura li r-residenti jkunu jistgħu jistrieħu bil-lejl. Intant, Julio Caruana, kandidat ta' AD għal San Ġiljan qal li apparti milli nżidu l-medda ta' spazji miftuħa f 'San Ġiljan, b'kollaborazzjoni ma' Transport Malta jeħtieġ li niżguraw li l-ilma fil-bajjiet popolari tal-Balluta u Spinola jibqgħu nodfa biex wieħed ikun jista' jgħum fihom u mhux imniġġsa mill-ħafna dgħajjes li jitfgħu l-ankri fil-bajja u jqattgħu ġieli anke tmiem il-ġimgħa kollha jokkupaw il-bajja. "Hemm bżonn ukoll li tiġi ppjanata sistema biex l-ilma tax-xita ma jitħalliex jiddepożita kull tip ta' skart fil-baħar." Caruana qal li bħala kunsillier elett, se jkun qed jaħdem biex tiġi implimentata sistema effiċjenti ta' ġbir ta' skart elettroniku u ta' ħwejjeġ u lbies użati, ibbażata fuq il-mudell tas-sistema li diġa' qed taħdem b'suċċess f 'Ħ'Attard. "Hemm bżonn aktar informazzjoni li tkun imqassma lir-residenti dwar tipi ta' skart u dwar il- ħinijiet ta' ġbir tal-iskart." Tkellem ukoll dwar it-trasport fejn qal li b'konċentrazzjoni ta' tant turisti fil-lokal, is-sistema tat-trasport pubbliku jeħtieġ li tiġi msaħħa, iktar u iktar speċjalment fir-rebbiegħa u fis- sajf, meta n-numru ta' karozzi tal-linja fuq ir-rotot 12 u 13 jeħtieġ li jiżdiedu sew. "Huwa importanti wkoll li jkun hawn aktar magni minn fejn tixtri l-biljetti fuq il-promenade ta' San Ġiljan u tas-Sliema." Caruana temm jgħid li bħala kunsillier elett hu jara li l-librerija ta' San Ġiljan tkun iktar aċċessibbli għal dawk li jixtiequ jużawha. "Kburin ħafna li dawn l-iġganti fil-qasam tal-mediċina jemmu f 'dak li nemmnu aħna" It-tim rappreżentattiv mill-Alternattiva Demokratika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105